7 minute read
fid-Dar tal-Providenza
11.2 Żjarat mis‑CEO tal‑Aġenzija Sapport, is‑Sinjura Ruth Sciberras
Fix‑xahar ta’ Jannar, is‑Sinjura Ruth Sciberras, is‑CEO tal‑Aġenzija Sapport, għamlet żjarat fir‑residenzi Shalom, Dar Pirotta u Akkwarell li huma mmexxija mid‑ Dar.
11.3 Żjara mill‑President Emeritus, l‑E.T Dott. Eddie Fenech Adami
Fl‑okkażjoni ta’ għeluq sninu, bħal ma’ jagħmel kull sena, l‑E.T. Dr Eddie Fenech Adami, nhar il‑Ħadd 9 ta’ Frar attenda għal quddiesa fid‑Dar tal‑Providenza akkumpanjat mill‑familjari tiegħu. 11.4 Żjara mis‑Segretarju Parlamentari l‑ġdid l‑Onor. Silvio Parnis
Nhar il‑Ħamis 13 ta’ Frar is‑Segretarju Parlamentari l‑ġdid għad‑Drittijiet tal‑ Persuni b’Diżabiliità u Anzjanità Attiva, l‑Onor. Silvio Parnis fuq stedina tad‑Dar tal‑Providenza għamel żjara ta’ kortesija lid‑Dar fejn seta’ jara mill‑qrib il‑ħidma li ssir mid‑Dar.
11.5 Żjara mill‑E.T. Dott. George Vella President ta’ Malta fl‑okkażjoni tal‑inawgurazzjoni tal‑proġett infrastrutturali tat‑teknoloġija tal‑ informatika.
Nhar it‑Tlieta 10 ta’ Marzu 2020, il‑ President ta’ Malta, Dr George Vella, inawgura proġett infrastrutturali tat‑ Teknoloġija tal‑Informatika tal‑ogħla livell fid‑Dar tal‑Providenza. Il‑Proġett sar b’investiment ta’ €100,000, għaxar kilometri ta’ cable, ’l fuq minn elfejn siegħa ta’ volontarjat, aktar minn erba’ mitt point, tagħmir ta’ networking u madwar sittin punt ta’ aċċess għall‑WiFi. Sar xogħol estensiv ta’ networking fejn inbidlet l‑infrastruttura kollha tal‑ICT fil‑ħdax‑il blokk li hemm fid‑Dar u ġie introdott WiFi fl‑inħawi kollha tal‑kumpless tas‑Siġġiewi. Fr Martin Micallef, id‑Direttur tad‑Dar, qal li bis‑saħħa tal‑għajnuna mogħtija mill‑ MITA Cares, id‑Dar se tibda tgawdi minn dan il‑proġett tat‑teknoloġija tal‑informatika li l‑benefiċċjarji l‑ewwel u qabel kollox se jkunu r‑residenti li jużaw jew li se jkunu qed jużaw is‑servizzi residenzjali fiż‑żmien li ġej. Infrastuttura tajba u aġġornata tfisser mhux biss li x‑xogħol amminstrattiv jista’ jkun aktar effiċjenti imma li din tista’ tkun ukoll ta’ benefiċċju għar‑residenti, familjari u viżitaturi. Jibqa’ l‑fatt li Organizzazzjoni mhux Governattiva (NGO) bħad‑Dar tal‑ Providenza, li tiddependi fuq il‑ġenerożità tal‑ poplu Malti u Għawdxi, ħafna drabi ma tistax twettaq proġetti ta’ ċerta portata, anke jekk ma tistax tgħaddi mingħajrhom, mingħajr l‑appoġġ professjonali u anke finanzjarju minn entitajiet governattivi, parastatali jew kummerċjali biex twettaq dan. “Illum”, tenna Fr Martin, “qegħdin ninawguraw twettiq ta’ ħolma li kellna imma li żgur li mingħajr il‑ MITA Cares ma setgħetx tkun irrealizzata.” Fr Martin żied jgħid li meta l‑MITA emmnet fl‑
importanza ta’ dan il‑proġett kienet qed turi li temmen f’dak li tesiġi l‑Konvenzjoni tal‑ Ġnus Magħquda għad‑Drittijiet tal‑Persuni b’Diżabilità, li tagħha Malta hija firmatarju, jiġifieri li l‑Istati Membri jridu jippromwovu aċċess lill‑persuni b’diżabilità għal teknoloġiji u sistemi ġodda tal‑informazzjoni u l‑komunikazzjoni, inkluż l‑internet. Illum id‑dinja tal‑informatika fetħet dinja ta’ opportunitajiet kbar lill‑persuni b’diżabilità biex itejbu l‑edukazzjoni tagħhom, għarfien akbar tad‑dinja ta’ madwarhom, l‑inklużjoni, ħbiberiji kif ukoll biex jaħtfu opportunitajiet ta’ xogħol li jistgħu jinqalgħu. Fr Martin irringrazzja lill‑Gvern, rappreżentat mis‑ Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo, ta’ din l‑għajnuna li ngħatat mill‑MITA għat‑ twettiq ta’ dan il‑proġett li sar b’investiment hekk qawwi u bil‑ħidma tal‑ħaddiema kollha tagħhom li ħadmu b’qalb kbira, bi professjonalità u anke b’mod volontarju fuq dan il‑proġett. Huwa temm billi rringrazzja lill‑President, Dr George Vella għall‑preżenza tiegħu u li aċċetta li jinawgura proġett ieħor li l‑MITA Cares qed tagħmel b’qalb soċjali. Kelliema oħra kienu s‑Sur Wayne Valentine, Project Coordinator, is‑Sur Tony Sultana, Chairman Eżekuttiv tal‑MITA, Is‑Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo u l‑President ta’ Malta, Dr George Vella li għamel id‑diskors tal‑għeluq.
11.6 Żjara mis‑Supretendent tas‑Saħħa, il‑Professur Charmaine Gauci
Is‑Supretendent tas‑Saħħa, il‑Professur Charmaine Gauci żaret id‑Dar tal‑Providenza fl ‑okkażjoni tat‑tnedija tal‑kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għad‑dar bl‑isem ta’ “Sabiħ li tagħti.” Il‑Prof. Gauci, iltaqgħet u tkellmet ma’ bosta ħaddiema tad‑Dar u rringrazzjathom tal‑impenn u d‑dedikazzjoni li wrew matul il‑perjodu tal‑pandemija. Hi rringrazzjat ukoll lill‑amministrazzjoni tad‑Dar għall‑miżuri li ħadu biex jiżguraw is‑saħħa u s‑sigurtà tal‑ ħaddiema u r‑residenti.
11.7 Żjara mill‑Ministru Clifton Grima 12 ta’ Awwissu
Nhar it‑Tlieta 12 ta’ Awwissu 2000 saret żjara mis‑Segratarju Parlamentari għaż‑ Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, l‑Onor. Clifton Grima kif ukoll minn Dr Noel Camilleri Chairperson tal‑Kunsill Malti għas‑Settur tal‑Volontarjat u s‑Sur Mauro Kap Eżekuttiv tal‑istess Kunsill fejn ġiet ippreżenatata s‑somma ta’ €560,000 lid‑Dar tal‑Providenza bħala parti mill‑Iskema għall‑ Assistenza Operazzjonali fi ħdan il‑pjan ta’ riġenarazzjoni ekonomika. Din l‑allokazzjoni mill‑Gvern kellha l‑għan li tkopri l‑ispejjeż relatati ma’ impjiegi, kontijiet tad‑dawl u ilma u spejjeż relatati ma’ servizzi li ngħataw waqt il‑pandemija tal‑COVID‑19.
11.8 Żjara mill‑Ministru Michael Falzon
Nhar il‑Tlieta 24 Awwissu 2020 il‑ Ministru għall‑Familja, id‑Drittijiet tat‑ Tfal u s‑Solidarjetà Soċjali għamel żjara fid‑Dar tal‑Providenza fejn seta’ jara mill‑ qrib is‑servizzi li toffri d‑Dar. F’kumment li għamel waqt din iż‑żjara huwa qal li: “ illum żort id‑Dar tal‑Providenza u rajt b’għajnejja kemm hawn nies li għandhom bżonn assistenza u kemm għandna ħaddiema u volontarji b’qalb tad‑deheb. Inħeġġeġ biex ngħinu lid‑Dar tal‑ Providenza sabiex tkompli tagħti s‑servizzi tant bżonnjużi lil persuni b’diżabilità.”
11.9 Żjara mill‑Arċisqof, il‑President ta’ Malta, is‑Segretarju Parlamentari għad‑Drittijiet tal‑ Persuni b’Diżabilità u s‑Shadow Minister tal‑Oppożizzjoni
Fl‑okkażżjoni tal‑55 sena mit‑twaqqif tad‑Dar tal‑Providenza saret quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla mmexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Fr Trevor Fairclough u Fr Lino Cardona SJ ikkonċelebraw miegħu. Għal din il‑quddiesa speċjali kienu mistiedna il‑President ta’ Malta, Dr George Vella u s‑Sinjura Vella, is‑Segretarju Parlamentari għall‑ Anzjanità Attiva u l‑Persuni b’Diżabilità l‑Onor. Silvio Parnis, Dr Marija Deguara, il‑kelliema għall‑Oppożizzjoni għall‑ Persuni b’Diżabilità, il‑Kummissarju għas‑Saħħa Mentali, Dr John M. Cachia u rappreżentanza tas‑Sorijiet tal‑Karità.
Fl‑omelija tiegħu Mons. Arċisqof iddeskriva d‑Dar bħala: “monument tal‑ħniena”. Huwa żied jgħid li meta Dun Mikiel, il‑ fundatur tagħha, laqa’ l‑ewwel residenti fid‑Dar tas‑Siġġiewi laqagħhom b’ħarsa ta’ ħniena mhux għax imsieken imma għax ried li l‑għożża li d‑Dar dejjem ikollha lejn ir‑residenti tagħha tkun mera tal‑għożża li Alla għandu lejn il‑bniedem. 11.10 Żjara mis‑Sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal‑Marigold Foundation BOV in the the Community
Fl‑okkażżjoni tal‑Jum Dinji tal‑Persuni b’Diżabilità, is‑Sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal‑Fondazzjoni Marigold żaret Dar Żerniq fis‑Siġġiewi biex tara x‑xogħol ta’ rinovar li sar f’din id‑dar fil‑komunità. Parti sostanzjali mill‑investiment li sar kien finanzjat minn din il‑Fondazzjoni.
12
Finanzi tad-Dar
12. FINANZI TAD-DAR
Waħda mill‑akbar ħidmiet amministrattivi tad‑Dar hi l‑amministrazzjoni tal‑eluf ta’ donazzjonijiet li jingħataw lid‑Dar kemm personalment kif ukoll bil‑posta, fil‑kontijiet bankarji u permezz ta’ faċilitajiet elettroniċi. Biex jiġu rreġistrati d‑donazzjonijiet id‑Dar għandha programm elettroniku li barra li jħaffef il‑ħidma amministrattiva, jagħti rendikont faċli tad‑donazzjonijiet kollha li jidħlu.
Il‑finanzi tad‑Dar ikunu awditjati kull sena mill‑Kumpanija tal‑Awdituri PriceWaterhouseCoopers. Ir‑rapport finanzjarju awditjat jintbagħat lill‑ Kummissjarju tal‑Volontarjat kif mitlub bil‑Liġi.
13
Is-Siti Elettroniċi u paġna tal-Facebook
13. IS-SITI ELETTRONIĊI U PAĠNA TAL-FACEBOOK
Is‑sit tad‑Dar tal‑Providenza www. dartalprovidenza.org għandu diversi taqsimiet u kull waħda minnhom tiffoka fuq l‑aspetti varji tad‑Dar inklużi l‑istorja tagħha, is‑servizzi li tipprovdi, l‑attivitajiet, il‑modi kif wieħed jista’ jkun ta’ appoġġ lid‑Djar u kontenut ieħor ta’ multimedja. L‑informazzjoni kollha hija bil‑Malti kif ukoll bl‑Ingliż. It‑taqsima tal‑avvenimenti tipprovdi kalendarju ta’ attivitajiet tad‑Dar waqt li t‑taqsima tal‑multimedja fiha ritratti panoramiċi ta’ diversi taqsimiet fid‑Dar tal‑Providenza fis‑Siġġiewi. Is‑sit elettroniku hu ta’ għajnuna għal kull min irid isir jaf aktar dwar Id‑Dar tal‑Providenza, is‑servizzi li toffri u kif tista’ tiġi mgħejuna. 13.1 Sit elettroniku www.sabiħlitagħti.org
F’Lulju ta’ din is‑sena d‑Dar tal‑Providenza fuq inizjattiva tal‑membru tal‑Bord tad‑Dar, is‑Sur Jesmond Saliba tnieda sit elettroniku ġdid www.sabiħlitagħti.org, bl‑iskop ewlieni li jagħmilha aktar faċli għan‑nies li jixtiequ jagħtu donazzjoni biex jagħmlu dan.
13.2 Il‑paġna tad‑Dar fuq Facebook
Il‑paġna tad‑Dar fuq Facebook sal‑lum għandha aktar minn 16,405 like. Din tagħti informazzjoni dwar aħbarijiet u attivitajiet tad‑ Dar b’mod regolari.
14
Rappurtaġġ tal-Midja
14 RAPPURTAĠĠ TAL-MIDJA
Id‑Dar permezz tal‑Bord fasslet pjan ta’ strateġija biex ikollha coverage tajjeb fuq il‑midja lokali. L‑aktar promozzjoni li ngħatat id‑Dar din is‑sena kien permezz tal‑Festa ta’ Ġenerożità u t‑tnedija tal‑ Kampanja “Sabiħ li tagħti”.