KullĦadd 19.06.2022

Page 1

Il-Ħadd, 19 ta’ Ġunju, 2022

Ħarġa Nru 1,510

Prezz €1

L-EBDA MP TA’ GRECH MHU SE JOFFRILU SPALLA Rapport f’paġni 6 u 7

19,000 IMPJIEG ĠDID MINN JANNAR 2020 Żieda qawwija fil-postijiet tax-xogħol inkluż f’setturi li, skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, kienu fi kriżi Il-Labour Force Survey li sar fl-ewwel kwart ta’ din is-sena jindika li kien hemm kważi 274,500 persuna jaħdmu f’pajjiżna, li jfisser żieda ta’ aktar minn 19,000 impjieg minn Jannar tal-2020 meta Dr Robert Abela sar Prim Ministru għall-ewwel darba u minn qabel laqtitna l-COVID-19. Fil-fatt, minkejja l-effetti tal-pandemija, li ħasdet l-ekonomija dinjija, jirriżulta li, bħala medja,

f’pajjiżna żdiedu 23 persuna jaħdmu kull ġurnata jew kważi persuna kull siegħa. Il-Labour Force Survey jindika wkoll li r-rata tal-impjiegi f’pajjiżna issa laħqet il-figura rekord ta’ 76%, l-ogħla rata ta’ impjiegi li qatt ġiet irreġis­trata f’dan il-kwart mindu din l-istatistika bdiet tinġabar għal pajjiżna. Minbarra hekk, waqt li sal-2012 pajjiżna dej­

RIFORMI LI JĦALLU L-FROTT Malta ħarġet mil-lista l-griża fi żmien rekord, filwaqt li ma seħħewx il-profeziji tad-dlamijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni … pajjiżna baqa’ jikber ekonomikament u joħloq l-impjiegi mingħajr preċedenti Il-pjan t’azzjoni maqbul mal-Financial Action Task Force (FATF), li wassal biex nhar ilĠimgħa pajjiżna joħroġ formalment mill-hekk imsejħa “lista griża”, kien pass ieħor ta’ suċċess fl-impenn ta’ riformi b’saħħithom li imbarka fuqhom il-Gvern, immexxi minn Robert Abela, u li diġà taw il-frott tagħhom f’dawn l-aħħar sentejn u nofs. L-aħbar li ngħatat mill-President tal-FATF Dr Marcus Pleyer fi tmiem il-plenarja li saret f’Berlin, il-Ġermanja, kienet b’riżultat ta’ riformi akbar li twettqu kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Wara li f’Marzu sar magħ­ruf li, fi żmien rekord, pajjiżna wet­ taq ir-rakkomandazz­jonijiet filpjan t’azzjoni u ġie vve­rifikat flaħħar ġimgħat mill-istess FATF bil-preżenza ta’ uffiċjali tagħha fostna, il-vot fil-plenarja talFATF għalaq dan il-kapitlu u l-Gvern qed iħares ’il quddiem biex il-pajjiż ikompli jikseb iżjed riżultati li huma importanti

anke fil-fora internazzjonali. “Fuq kollox, nemmen li r-riżul­tat tal-lum (tal-Ġimgħa) hu xhieda oħra ta’ meta naħdmu bħala Tim Malta. L-ispirtu ta’ Tim Malta, jiġifieri spirtu ta’ tim kompatt u magħqud, hawn ħaddimnieh bis-saħħa,” tenna l-Prim Ministru meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara li ngħatat l-aħbar uffiċjali. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet rikbet fuq id-deċiżjoni tal-FATF is-sena l-oħra u bassret kriżi ekonomika, b’mijiet ta’ kumpaniji li kellhom jagħlqu u eluf ta’ ħaddiema li jitkeċċew. Minkejja dan, mhux talli dawn il-profeziji tad-dlami­jiet qatt ma mmaterjalizzaw, iżda tul il-proċess li wassal għallaħbar pożittiva tal-biraħtlula pajjiżna xorta baqa’ jikseb riżultati bla preċedent fit-tkattir tal-ġid, b’żidiet f’kumpaniji u investimenti, tkabbir ekonomiku aqwa u l-inqas livell storiku ta’ qgħad, fost oħrajn. Tkompli f’paġna 4

jem kellu rata ta’ impjiegi ferm inqas mill-medja Ewropea, tant li l-Kummissjoni Ewropea kienet dejjem twissi lill-Gvern Nazzjonalista fuq dan l-aspett, issa qbiżna dan il-livell u qed ingawdu minn waħda mill-aqwa rati ta’ impjiegi fost l-istati membri kollha.

INBNEW MILL-ĠDID 90 TRIQ RESIDENZJALI MINN JANNAR Rapport f’paġna 9

Tkompli f’paġna 8


02

19.06.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 20°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja tkompli tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mil-Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 23°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

31°C UV 11

21°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

32°C UV 11

22°C

Il-Ġimgħa

33°C UV 11

22°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

35°C UV 11

24°C

35°C UV 11

24°C

35°C UV 11

24°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart Pharmacy, 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta ­— 21246051 Remedies Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun — 21245627 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi — 21487311 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara — 21488613 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira — 21311797 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan — 21369426 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema — 21344722 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar — 21417652 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard — 21436531 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba — 27441160 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien — 21802986 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara — 21673811 Polymer Żabbar Pharmacy, 30 Triq tal-Ħofra, Ħaż-Żabbar — 21676263 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun — 21661644 Safi Pharmacy, St. John Street k/m Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi — 21649552 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà — 21232954 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat — 21455479 Għawdex

Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat ­— 21551841 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem — 21563017 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


in housing Analysing Perceptions and Challenges faced by Youths in the Local Housing Sector

Date: 4th July Time: 09:00 Location: The Grand Hotel Excelsior, Great Siege Road, Floriana Enter your details by scanning the below QR Code


04

19.06.2022

IL-PM: KONVINT LI GĦANDNA FUTUR SABIĦ ILLUM AKTAR MINN QABEL Tkompli minn paġna 1 Fil-fatt, il-Prim Ministru ħabbar li mhux biss l-ekonomija baqgħet tikber b’mod ġene­rali, iżda fis-setturi tas-servizzi finanzjarji u tal-gaming, li skont l-Oppo­ żizzjoni kienu se jispiċċaw minn fostna, intlaħqu livelli bla preċedent ta’ impjiegi. Hu qal li, preżentament, in-numru ta’ impjegati fis-settur finanzjarju hu ta’ 5% aktar minn meta ġie maqbul il-pjan t’azzjoni, waqt li fl-industrija tal-gaming hemm 4% aktar impjegati min-numru li kien hemm f’Ġunju tal-2021 meta pajjiżna tpoġġa fil-“lista l-griża”. Minbarra hekk, il-valur miżjud fil-qasam tal-gaming u tas-servizzi finanzjarji fl-ewwel kwart ta’ din is-sena kien l-ogħla wieħed li qatt ġie rreġistrat – 9% u 4% aktar milli kien is-sena li għaddiet rispettivament. “Dan kollu għamilnieh f’mument fejn pajjiżna kien qed jiffaċċja pandemija u eventwalment bdiet il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja, u ċertament li dan ma kienx sfond faċli li wieħed jaħdem fih,” insista l-Prim Ministru, waqt li semma kif il-pajjiż baqa’ għaddej bil-bidliet. “Filwaqt li kkonċentrajna sew fuq ilbidliet fil-qasam tal-governanza tajba u l-bidliet li kien jirrikjedi r-rapport Moneyval, kif ukoll il-bidliet li kien jirrikjedi l-action plan tal-FATF, fl-istess waqt ma naqqasniex l-enfasi tal-ħidma fuq setturi li huma importanti ħafna għallpajjiż. Fost dawn ir-riformi li għamilna kien hemm il-qasam soċjali, il-ħolqien tax-xogħol, kif ukoll il-miżuri li tajna u se nibqgħu nagħtu biex nilqgħu għallfenomenu tal-inflazzjoni fil-kuntest tal-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa.” Waqt li sellem lill-istituzzjonijiet konċernati, li ħadmu bla waqfien biex seta’ kellna dan ir-riżultat, qal li l-Gvern għamel u se jibqa’ jagħmel sforzi sinifikanti biex tiddaħħal kultura ta’ impenn u aktar għarfien, biex niġġieldu, b’mod partikolari, kontra l-kriminalità ta’ ċerta portata, kontra l-kriminalità organizzata. Fl-istess ħin qal li se jsir aċċenn ukoll fuq dawk il-forom ta’ kriminalità li l-aktar jikkonċernaw lill-FATF u lill-Moneyval, jiġifieri l-kwistjoni tal-ħasil ta’ flus u tal-finanzjament għat-terroriżmu. “Filwaqt li tajna direzzjoni politika ċara, il-bidliet li saru fl-aħħar snin ma kinux ikunu possibbli mingħajr il-ħidma dedikata ta’ ħafna istituzzjonijiet ġewwa pajjiżna,” kompla jgħid, waqt li rringrazzja lit-tmexxija u t-timijiet tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), il-Korp tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenera­li, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), fost oħrajn. Dr Abela qal li, fl-istess ħin, pajjiżna kompla jikseb aktar riżultati. “Riżultati li ksibniehom, għax fl-ebda ħin ma qtajna l-fiduċja f’pajjiżna. Konvint li dan il-pajjiż għandu futur sabiħ, illum aktar minn qatt qabel. Dan pajjiż fejn tista’ taħdem, fejn tista’ tinvesti u fejn se tibqa’ ssib ħafna appoġġ biex tkun tista’ taħdem u tinvesti. Kif dejjem

għedt, l-enfasi kienet fuq sistemi robus- b’aktar ħeġġa u determinazzjoni biex ti li jirreżistu u jiġġieldu l-kriminalità. inkomplu mmexxu ’l quddiem lil dan ilEbda witch hunt fuq negozji leġittimi, pajjiż.” kif kien hawn min prova jagħti x’jifhem,” Hu kkonkluda jgħid li “hemm fejn qal il-Prim Ministru. bdejna naslu u allura rridu nsostnu dak “Għax żammejna l-fiduċja bqajna li ksibna. Iżda hemm oqsma fejn irridu nikbru u qed nirkupraw b’saħħa mill-ef- naħdmu iżjed biex naslu u se nkunu qed fetti tal-pandemija. Aġenziji tal-kreditu, naħdmu iżjed biex naslu f’dawn l-oqswaħda wara l-oħra, komplew ipoġġu lil ma. Sabiex fl-aħħar mill-aħħar ikollna pajjiżna b’rating ‘A’. It-tbassir ekonomi- pajjiż aħjar. Dak il-pajjiż li verament jixku għal li ġej baqa’ wieħed b’saħħtu u raq lil uliedna u lilna.” rajna kif is-sena l-oħra t-tkabbir ekonoL-imsieħba soċjali kollha laqgħu miku ta’ pajjiżna laħaq l-10%, filwaqt li b’mod pożittiv l-aħbar mill-FATF u wrew fl-ewwel kwart ta’ din is-sena kważi 8%.” il-konvinzjoni tagħhom li Malta għandHuwa kompla jgħid ha biss x’tiggwadanja li issa pajjiżna xorta mid-deċiżjoni. jrid iħares ’il qud­diem. Josef Bugeja, Segre“L-għan hu li nassigu­ tarju Ġenerali tal-Genraw s-sostenibbiltà eral Wor­kers’ Union Fl-istess waqt li tal-mi­żuri li implimen­ (GWU), qal li r-rifor­ kkonċentrajna sew tajna. Qatt aktar paj­ mi li saru fl-aħħar jiż­na m’għandu jerġa’ fuq dawn il-bidliet, ma snin kienu kruċjali u jispiċċa f’lista bħal saħaq li l-Gvern għannaqqasniex il-ħidma du jkompli bit-triq din. Fuq kollox se na­ raw li fiż-żmien li ġej tar-riformi, li permezz f’setturi importanti noħolqu aktar oppor­ tagħhom ikompli jgħin tu­nitajiet biex il-privat jinvesti, anke lill-ħaddiema. b’sinerġiji mal-Gvern, u jinvesti flusu Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzħalli joħloq investiment u xogħol ta’ joni Maltija ta’ Min Iħaddem (MEA), Jokwalità.” seph Farrugia, qal li din l-aħbar tfisser Fil-messaġġ tiegħu, Dr Abela wkoll li pajjiżna se jattira iżjed investiment, fakkar fil-mandat ġdid u b’saħħtu li waqt li wkoll faħħar l-impenn tal-Gvern l-elettorat ta lill-Partit Laburista f’Mar- fl-aħħar xhur biex wasal dan ir-riżultat. zu li għadda u kif “dan ikompli jimliena Il-Kamra tal-Kum­merċ qalet, fi stqar­

rija, li l-esperjenza tal-aħħar sentejn bniet kompetenzi fi ħdan l-industrija tas-servizzi finanzjarji li mhux biss se jgħinuna nkunu iżjed selettivi bħala ġurisdizzjoni dwar it-tip ta’ negozju li nservu, imma wkoll se tipprovdi għarfien akbar fil-qasam regolatorju li wkoll iwessa’ dak li noffru fl-industrija. Il-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji tenniet li l-każ tal-FATF għandu jservi bħala lezzjoni għalina lkoll għal żmien twil li għad irid jiġi. Nawguraw li Malta tibqa’ taħdem u tikseb ir-riżultati f’dan ir-rigward. Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) qalet li, jekk xejn, l-aħbar turi li kull meta jkun hemm impenn kollaborattiv f’kull livell u direzzjoni strateġika biex jiġu implimentati r-riformi meħtieġa, Malta tista’ tagħmel id-differenza. Hi qalet li l-Gvern kellu rwol importanti x’jilgħab matul il-pandemija u issa qed jilgħab parti importanti biex jiġġieled l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna. “U jekk hemm sinerġija bejn il-partijiet kollha konċernati, il-pajjiż jista’ jilħaq il-miri mfasslin. Dan għandu jservi ta’ benchmark biex jingħelbu sfidi oħrajn ’il quddiem f’diversi oqsma,” qalet ilGBC. L-Istitut Malti tal-Accountants u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera wkoll esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għad-deċiżjoni tal-FATF.


19.06.2022

PASS EQREB GĦAL TKATTIR TA’ IŻJED ULIED U ĠENITURI L-emendi l-ġodda fil-liġi tal-In Vitro Fertilisation (IVF), li għandhom l-għan li jwessgħu sew il-possibbiltajiet li jitwieldu iżjed ulied lil persuni li jsibuha diffiċli biex isiru ġe­nituri huma wkoll għaddew minn fażi oħra fit-triq biex jidħlu fis-seħħ meta nhar l-Erbgħa filgħaxija fil-Parlament ġie konkluż id-dibattitu fl-istadju tat-Tieni Qari. Id-dibattitu, li wkoll qabad lill-Oppożizzjoni mhux ippre­ parata u għal darb’oħra spiċċat f’sitwazzjoni mill-aktar imbarazzanti, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne qal li l-IVF toffri t-tama u s-soluzzjoni medika lill-persuni li jkollhom problemi ta’ infertilità. Hu spjega l-punti ewlenin fil-protokoll marbut mal-liġi mressqa u li se jżidu l-possibilità li jkollna aktar ħajjiet b’firxa usa’ ta’ persuni, bl-ispejjeż iġorrhom dej­jem l-Istat. Bil-liġi l-ġdida proposta, se jsiru emendi fejn jidħlu donazz­ jonijiet tal-gameti, l-età tal-ommijiet eliġibbli se titla’ sa 45 sena f’każ ta’ Oocyte Retrieval, waqt li trasferimenti ta’ embrijuni jista’ jsir sa 48 sena. Se jiġi pprovdut ukoll qafas legali biex f’każi ta’ ċerti kundizzjonijiet ġenetiċi serji jsir il-PGT-M jew Pre-implantation Genetic Testing for Monogenic Diseases, waqt li ġenituri prospettivi li għandhom embrijuni krijopriservati barra minn Malta jistgħu wkoll jittrasferixxuhom lejn pajjiżna biex ikomplu bil-proċess lokalment. Tul id-dibattitu, Mr Fearne wkoll iċċara l-fatt li l-embri­ juni li hemm iffiriżati se jiġu kollha impjantati. “Kellna 461 embrijun li kienu ffriżati u ġew impjantati … u għandna numru ta’ embrijuni li huma ffriżati, li kollha hemm il-pjan li jiġu impjantati, għax inti meta tagħmel l-IVF, ma tagħmlux b’kapriċċ. Meta tagħmel l-IVF u tgħaddi minn din il-proċedura kollha, l-embrijuni li jkollok iffriżati tkun tridhom, u allura, iva, l-embrijuni li għandna ffriżati kollha qegħdin ipprogrammati li jiġu impjantati.” Id-Deputat Prim Ministru saħaq kif Malta għandha u se jkollha r-riżorsi meħtieġa sabiex jitħaddmu l-emendi fil-liġi tal-IVF. Tul id-dibattitu l-Partit Nazzjonalista, li wkoll illimita ruħu għal ftit kelliema biss, inqabad li lanqas biss kien qara l-emendi li kienu mressqin. Bernard Grech spiċċa saħansit­ ra jirredikola ruħu meta insista li għandha tiddaħħal refe­ renza għal proċedura importanti fil-proċess mediku, dik tal-body polar testing, iżda meta nġibditlu l-attenzjoni li dan kien diġà fl-abbozz li ilu quddiemu ġimgħa u insista biex jiġi identifikat eżatt fejn qiegħed kelma b’kelma, kellu jbaxxi rasu meta din inqratlu mid-Deputat Prim Ministru.

05


06

19.06.2022

MILL-GRUPP PARLAMENTARI Perici Calascione, li ma telax fl-elezzjoni u kkontesta għal Kap fl-2017 mingħajr suċċess, jimla t-toqba fl-aħħar nofs siegħa … inqas minn sena ilu tneħħa minn President tal-Eżekuttiv “biex il-PN jiġġedded” u issa se jitwikkew bih Viċi Kap Il-kariga numru tnejn tal-Partit Nazzjonalista se timtela minn Alex Perici Calascione, biex il-Viċi Kap ta’ Bernard Grech mhux se jkun ġej mill-Grupp Parlamentari tiegħu. Filwaqt li f’partiti oħrajn jeżisti l-mudell ta’ żewġ viċi kapijiet jew deputati mexxejja, fejn wieħed li jkun iffokat fuq il-partit, jista’ ma jkunx deputat, tradizzjonalment filPN in-numru tnejn dejjem kien Deputat Parlamentari, mhux l-inqas għax mill-Grupp Parlamentari kien iservi ta’ Viċi

Prim Ministru meta fil-poter. Simon Busuttil kien Membru Parlamentari Ewropew meta daħal għal din il-kariga, iżda dakinhar daħal għal ftit xhur peress li kienet ġejja l-elezzjoni u tant kien hemm interess li saħansitra kien hemm elezzjoni taħraq ma’ Tonio Fenech. Min-naħa l-oħra r-rwol iffokat fil-Partit jaqdih is-Segretarju Ġenerali. Wara tibdil fl-istatut, il-PN elimina waħda miż-żewġ pożizzjonijiet li sa dawn il-jiem kienu okkupati minn Robert Arrigo u David Agius. Din id-darba, iżda, l-ebda deputat ma kien lest joħroġ għat-tellie­ qa u jkun il-Viċi ta’ Grech. Waqt li Arrigo kien ħabbar mill-ewwel wara t-telfa elettorali tas-26 ta’

BERNARD GRECH … l-ebda deputat ma jrid joffrilu spalla

Avviż Nisa Laburisti L-Eżekuttiv tan-Nisa Laburisti jixtieq jinforma lill-membri nisa ­tal-Partit Laburista li l-Konferenza Ġenerali ta’ Nisa Laburisti se tkun qed ­issir fiċ-Ċentru Laburista l-Ħamrun nhar it-Tnejn, 27 ta’ Ġunju 2022 ­fis-18:00. L-aġenda se tkun: 1. Ħatra ta’ Chairperson 2. Qari ta’ Minuti 3. Qari ta’ rapporti 4. Diskors mill-President ta’ Nisa Laburisti 5. Qari ta’ nominazzjonijiet għall-ħatra ta’ Eżekuttiv ta’ Nisa Laburisti 6. Ħatra ta’ Awdituri 7. Mozzjonijiet/Diskussjonijiet: Tisħiħ Legali – il-Qorti tal-Familja 8. Diskorsi tal-okkażjoni mit-tmexxija tal-Partit In-nominazzjonijiet għall-ħatra ta’ Uffiċjali tal-Eżekuttiv ta’ Nisa ­Laburisti, kif ukoll mozzjonijiet għall-Konferenza Ġenerali ta’ Nisa Laburisti jiġu milqugħa minn nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Ġunju bejn it-08:30 u s-19:30 kif ukoll nhar il-Ħamis, 23 ta’ Ġunju bejn it-08:30 u s-18:00. L-ebda nomina ma tiġi aċċettata wara l-ħin stabbilit skont dan l-avviż.

Marzu li għadda li m’għandu l-ebda interess li jokkupa xi pożizzjoni oħra fil-Partit, Agius baqa’ jittratieni salaħħar biex jgħid jekk hux se jerġa’ jikkontesta għall-pożizzjoni. Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa mar fuq l-istazzjon tal-Partit stess biex jagħti l-aħbar madwar 12-il siegħa qabel jagħlaq iż-żmien għan-nominazzjonijiet. Dan kollu qed ikompli jixhed innuqqas ta’ interess u apatija kbira fil-Partit, b’Perici Calascione jaċċetta wara pressjoni, anke għax ilu mħajjar li jilħaq l-ogħla karigi tal-PN. Hu kien ikkontesta għall-kariga ta’ Kap fl-2017, iżda mingħajr suċċess. Minbarra hekk, hu magħruf ukoll kif il-kontestant għall-Viċi Kap hu qrib tal-establishment jew il-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil u kien jippresiedi fuq l-Eżekuttiv Naz-

Numru ta’ deputati li bdew jissemmew fil-pubbliku li setgħu kienu interessati fil-kariga ma damux wisq biex jibdew jaqgħu wieħed wieħed


07

19.06.2022

ĦADD MHU LEST JASSISTI LIL GRECH Fl-apatija li taħkem lill-PN u qatgħet qalb għadd ta’ kontestanti potenzjali bħaż-żewġ Viċi Kapijiet attwali Agius (1) u Arrigo (2), Chetcuti (3), Galea (4), Giglio (5), Sammut (6), Borg (7) u Schembri (8), se jkun Alex Perici Calascione (xellug) li jispiċċa jimla t-toqba

zjonalista fil-perjodu mqalleb tal2020 li ra sseħħ ir-rivolta kontra l-Kap Adrian Delia mill-istess deputati tiegħu. Is-sena l-oħra, iżda, huwa kien

tneħħa mill-kariga ta’ Presi­dent tal-Eże­ kuttiv bl-argument biex ikun hemm it-tiġdid fil-PN, iżda issa se jkollhom jitwikkew bih bħala Viċi Kap, tant kemm ma nstab ħadd biex jikkon­testa l-kariga. Kien hemm għadd ta’ deputati li bdew jissemmew li setgħu jkunu interessati jew anke wrew ix-xewqa li jikkontes­ taw għall-kariga ta’ Viċi Kap. Kien hemm min beda jiddandan bil“kapa­ċita­jiet” tiegħu. Minkejja dan, ma damux wisq biex jibdew jaqgħu wieħed wieħed.

Ewlenin fosthom kien hemm id-Deputati Joe Giglio, Janice Chetcuti, Mark Anthony Sammut, Graziella Galea, Justin Schembri u l-Għawdxi Alex Borg. Imbuttati wkoll mill-fatt li l-Kap Nazzjonalista kien iddikjara li jrid mara bħala Viċi Kap, Galea, li kienet l-ewwel mara eletta għall-PN fl-aħħar elezzjoni, u Chetcuti kienu l-aktar interessati. Stqarrija mill-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista qalet li, wara li għalaq iż-żmien għal dikjarazzjoni ta’ interess għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap, fejn tefa’ n-nomina tiegħu Perici Calascione biss, il-Kummissjoni Kandidati se tibda l-proċess ta’ diliġenza fuq l-interessat. Imbagħad ikun jista’ jiftaħ il-proċess għan-nomina uffiċjali.

1

2

3

4

5

6

7

8


08

19.06.2022

MEJJU WKOLL ISOSTNI L-IRKUPRU TURISTIKU It-tieni xahar konsekuttiv li fih jiġi rreġistrat traffiku ta’ aktar minn nofs miljun persuna fl-Ajruport Malti F’Mejju li għadda kważi 555,000 pas­ siġ­ġier użaw l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA), rata li hi seba’ darbiet aktar it-traffiku osservat fl-istess xahar ta’ sena ilu. Kien ukoll jimmarka l-ogħla numru ta’ passiġġieri li użaw l-Ajruport tagħna minn Ottubru tal-2019 ’l hawn. Meta mqabbel mal-livell tat-traffiku tal-passiġġieri ta’ qabel il-pandemija, l-attività fl-Ajruport għax-xahar li għadda kienet ta’ 82%. Ta’ min jinnota li f’Mejju tal-2021 it-traffiku tal-passiġġieri kien jammonta biss għal 11% tal-attività fl-istess xahar sentejn qabel. Imqabbel ukoll mal-attività ta’ qabel il-pandemija, il-proporzjon ta’ Mejju 2022 kien l-aħjar moviment

MOVIMENT TAL-PASSIĠĠIERI (%) IMQABBEL MAL-LIVELL TAL-2019 2020 2021 2022

Jan

Fra

Mar

Apr

Mej

Ġun

Lul

Aww

Set

Ott

Nov

Diċ

114 11 44

117 8 55

35 7 66

0 6 79

0 11 82

0 26 -

19 39 -

31 49 -

17 55 -

16 61 -

8 64 -

10 53 -

ta’ pas­siġ­ġieri fl-Ajruport mill-bidu tal-pandemija. Tant hu hekk li n-numru ta’ dawk li għaddew mill-MIA f’dan ix-xahar kien akbar minn dak ta’ Awwissu tas-sena li għaddiet, waqt li jidher li qabeż ukoll il-livell fl-2017. Minbarra hekk, it-tul medju ta’ kemm idumu t-turisti fostna u

n-nefqa tagħhom ras għal ras qegħdin jiżdiedu b’mod sostanzjali. Dan ifisser li, anke jekk bi 18% inqas turisti mill-2019, pajjiżna qed ikollu dħul ekonomiku ferm tajjeb. Bit-tneħħija ta’ aktar restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, hu mistenni li s-settur turistiku jkompli jirkupra fix-xhur li ġejjin.

Jidher li l-għadd ta’ passiġġieri fl-MIA f’Mejju li għadda qabeż ukoll il-livell tal-istess xahar fl-2017

SA GĦAXAR IMPJIEGI ĠODDA KULJUM F’SETTURI LI L-PN BASSAR LI SE JMUTU Tkompli minn paġna 1 Is-saħħa tal-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna toħroġ mill-fatt li fl-ewwel kwart tal-2022 kien hemm kważi 11,500 persuna jaħdmu aktar mill-istess perjodu sena qabel. Li jfisser li f’sena, li fiha kienet għaddejja pandemija, żdiedu medja ta’ kważi 1,000 impjieg kull xahar ma’ dawk li kien hemm diġà. F’sena, li skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, kellha twassal għal kriżi kbira fis-settur tas-servizzi finanzjarji u dawk professjonali, minflok, joħroġ li n-numru ta’ dawk jaħdmu f’tal-ewwel tela’ minn 15,819 sena qabel għal 16,584, żieda ta’ 5% jew aktar minn żewġ persuni ġodda kull ġurnata. Fis-servizzi professjonali issa hemm jaħdmu 31,163, meta sa sena qabel kien hemm 27,645. Din tfisser li fl-istess sena li l-Oppożizzjoni tant beżżgħet li se jitilqu kum­paniji minn Malta, ġew impje­gati medja ta’ 10 persuni aktar kuljum. Meta tħabbar li l-FATF kienet kuntenta bl-iżviluppi li twettqu f’Malta fil-pjan t’azzjoni, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana spjega li l-ħidma sfiqa, li saret fl-aħħar xhur, tat il-frott tagħha, minkejja li kien hemm min ried juża din is-sitwazzjoni bħala ballun politiku. Hu kien qed jirreferi għallOppo­żizzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Bernard Grech li mhux biss instigat li pajjiżna jiddaħħal fl-hekk imsejħa lista l-griża, iżda bassret ukoll inkwiet ekonomiku serju għal

Bl-istess mod sal-aħħar tal2021 kien hemm rekord ta’ kum­paniji joperaw fis-settur tas-servizzi finanzjarji, b’żieda ta’ istituzzjoni finanzjarja, tliet impriżi tal-assigurazzjoni u ditta tas-servizzi ta’ investiment. Minbarra hekk, il-ġid nazzjo­ nali Malti s-sena l-oħra kien nofs biljun ewro aktar milli kien fl-2019, qabel bdiet il-pandemija. Sadanittant, żvilupp ieħor inte­ressanti osservat mill-ista­ tistika ppreżentata fil-Labour Force Survey huwa li fl-ewwel kwart tal-2022 il-paga bażika medja fix-xahar laħqet l-€1,706. Dan kien l-ogħla ammont qatt osservat mindu beda jsir il-Labour Force Survey. Minbarra hekk, imqabbla ma’ sena qabel il-paga bażika medja żdiedet b’4.5%, żieda ftit ogħla minn dik osservata fl-indiċi tal-prezzijiet. F’dan ir-rigward, madwar l-Ewropa kollha, il-pagi żdiedu bi 2.7% jew b’terz iż-żieda fil-prezzijiet.

pajjiżna. Permezz ta’ esponenti ewle­ nin, fosthom l-Eks Deputat Jason Azzo­pardi, dak iż-żmien sostniet li din kienet daqqa talmewt għas-settur tal-gaming

u tas-ser­vizzi finanzjarji, fost oħrajn. Qalu wkoll li l-pajjiż se jkun qed jitlef madwar €250 miljun jew 7.6% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD). Dan l-inkwiet mhux talli qatt

Kontra l-profezija tal-PN, il-ġid nazzjo­nali Malti s-sena l-oħra kien nofs biljun ewro aktar milli kien fl-2019

ma seħħ, talli sa tmiem is-sena li għad­diet pajjiżna rreġistra għadd rekord ta’ kumpaniji li jope­raw fis-settur tal-gaming, b’żieda ta’ 6% fuq l-2020.


09

19.06.2022

Dawret il-Qalb Imqaddsa, BIRŻEBBUĠA

MILL-BIDU TAS-SENA NBNEW MILL-ĠDID 90 TRIQ RESIDENZJALI Matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 90 triq residenzjali oħra mferrxin madwar il-pajjiż. Hekk kif il-programm nazz­ jonali għal toroq residenzja­ li aħjar f’Malta mifrux fuq seba’ snin jinsab fir-raba’ sena tiegħu, f’dik li hi ħidma biex ittejjeb il-kwalità ta’ dawn it-toroq matul l-2022 l-aġenzija għadha għaddejja bir-ritmu li tibni mill-ġdid medja ta’ erba’ toroq fil-ġimgħa. Fl-2021 Infrastructure Malta lestiet 220 triq residenzjali li flimkien iġibu 52 kilometru. Id-90 triq f’żoni residenzjali li nbnew mill-ġdid bejn Jannar u Mejju li għaddew ifissru 19-il kilometru oħra ta’ toroq b’infrastruttura ta’ kwalità ogħla. L-eluf ta’ familji li jgħixu f’dawn it-toroq jingħaqdu ma’ eluf oħrajn li jgħixu f’toroq li l-aġenzija lestiet fit-tliet snin ta’ qabel, b’ambjent aħjar u aktar sigur quddiem djarhom. F’dawn id-90 triq Infrastructure Malta żiedet jew bniet mill-ġdid 38 kilometru ta’ bankini u qiegħdet aktar minn 64

kilometru ta’ servizzi ġodda għad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art, li jinkludu pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, ka­tusi u kanali għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u paj­pijiet (ducts) għall-cables tal-internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.

Dawk ta’ din is-sena jfissru 19km oħra ta’ toroq b’infrastruttura ta’ kwalità ogħla Uħud mit-toroq lokali li Infrastructure Malta tibni millġdid kull sena huma wkoll toroq ewlenin fil-qalba ta’ lokalitajiet differenti. Waħda minn dawn it-toroq li tlestiet ftit ġimgħat ilu hija Dawret il-Qalb Imqaddsa, it-triq li ddur max-xatt ta’ Birżebbuġa, mill-Bajja ta’ San Ġorġ sal-Bajja s-Sabiħa. F’din it-triq twila madwar 1.2

kilometri, l-aġenzija għamlet investiment ta’ madwar €1 miljun li kien jinkludi wkoll il-bini ta’ sistemi ġodda għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita biex jingħaqdu ma’ oħrajn li l-aġenzi­ja għamlet is-sena l-oħra fi pro­ġett ieħor madwar il-Bajja ta’ San Ġorġ, fl-istess inħawi. F’dan il-proġett separat ta’ madwar €400,000 l-aġenzija ħadmet mad-Dipartiment taxXogħ­lijiet Pubbliċi biex ittaf­ fi d-diffikultajiet ta’ għargħar bil-maltemp u bi frugħ il-baħar f’dawn l-inħawi. L-investiment bla preċedent għat-titjib ta’ toroq residenzjali se jissokta bla heda fix-xhur li ġejjin, tant li diġà għaddej il-bini mill-ġdid t’aktar minn 100 triq oħra biex jitlestew sa tmiem l-2022 u se jinbdew xogħ­­lijiet f’toroq oħrajn fixxhur li ġejjin. Fl-istess waqt, matul din is-sena Infrastructure Malta qed twettaq ukoll proġetti ewlenin oħrajn bħall-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project, il-Luqa Junction Pro­ ject u l-Grand Harbour Clean Air Project fil-Port il-Kbir.

Triq Dawret it-Torri, SANTA LUĊIJA

Triq Cordina Perez, IL-ĦAMRUN


10

19.06.2022

€6.5M FI SKEMI LILL-BDIEWA U R-RAĦĦALA Il-fondi għandhom l-għan li jnaqqsu l-piżijiet fis-setturi u jagħmluhom sostenibbli

L-INDUSTRIJA ĠDIDA LOKALI TAL-KANNABIS MEDIĊINALI TILĦAQ PASS IEĦOR STORIKU Materia Malta ssir l-ewwel kumpanija stabbilita f’pajjiżna li issa qiegħda tesporta l-prodotti tagħha mindu l-liġi għaddiet mill-Parlament erba’ snin ilu F’pass ieħor storiku għall-industrija ġdida lokali tal-kannabis mediċinali, il-kumpanija Materia Malta saret l-ewwel waħda li esportat il-prodotti tagħha lejn pajjiż ieħor, il-Ġermanja. F’industrija li mistennija tkun stma­ ta aktar minn €55 biljun sa sitt snin oħra, numru ta’ operaturi tal-kannabis mediċinali ngħataw il-liċenzja lokali minn erba’ snin ’l hawn wara li pajjiżna ħoloq qafas regolatorju f’dan is-settur għal skop ta’ riċerka. Fl-2018 pajjiżna sar l-ewwel stat membru fl-Unjoni Ewropea li lleġiżla qafas regolatorju ħolistiku biex ikun hawn produzzjoni tal-mediċina magħmula mill-kannabis u minn dakinhar bdejna ngawdu minn aktar investimenti innovattivi u impjiegi ta’ kwalità. F’rapport intitolat “Who’s who in Malta’s Medical Cannabis Sector”, li deher fil-CountryProfiler, jingħad li minn meta l-Gvern Malti daħħal din il-leġiż­ lazzjoni, kien hemm xejn inqas minn 26 kumpanija internazzjonali speċjalizzati fis-settur li wrew xi forma ta’ interess biex joperaw minn hawnhekk. Il-KullĦadd hi infurmata li attwalment hawn ħames operaturi sussidjarji ta’ kumpaniji internazzjonali li ġew liċenzjati diġà u qed jipproduċu l-prodotti relatati. Magħhom hemm ukoll żewġ kumpaniji simili li għamlu l-investiment miljunarju meħtieġ u jinsabu filproċess biex ikunu liċenzjati mill-awtoritajiet relevanti. Kien fis-seduta tat-Tnejn 16 ta’ April 2018 li l-Parlament approva l-att li jirregola l-produzzjoni tal-kannabis għal użu mediku, liġi li l-Gvern Laburista għadda biex tkun mezz ieħor ta’ kif Malta tkompli tiddiversifika l-ekonomija tagħha b’mod effettiv u fuq kollox timmassimizza l-potenzjal ta’ negozju u opportunitajiet ta’

impjiegi ta’ kwalità. Din il-liġi kienet waħda minn sensiela ta’ inizjattivi li konsistentement qed jieħu l-Gvern biex jixpruna l-potenzjal ta’ pajjiżna u jfittex niċeċ ekonomiċi innovattivi li qed jinħolqu internazzjonalment, bl-għan aħħari li jkompli jsaħħaħ l-ekonomija Maltija. Hemm proċess riġoruż li jwassal biex kumpanija simili tiġi liċenzjata mill-Awtorità Maltija tal-Mediċini (MMA), wara l-approvazzjoni mill-Malta Enterprise. F’kummenti li ta lil ONE News din il-ġimgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia qal: “Il-fatt li kumpanija għaddiet minn dan ilproċess kollu, wara valutazzjonijiet u spezzjonijiet rigorużi ħafna, hu proprju l-għan għalfejn il-liġi kienet saret b’dak il-mod, biex pajjiżna jieħu iktar valur miżjud f’dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjoni ta’ prodotti. Fil-każ ta’ Materia Malta llum il-ġurnata mhux biss għandha l-liċenzja, u qed tipproduċi, imma qed tesporta wkoll.”

26 kumpanija barranija ġiet attirata lejn xtutna mindu ddaħħlet il-liġi Materia Malta hi sussidjarja talkum­panija Ġermaniża Materia, waħda mill-akbar produtturi tal-kannabis me­ di­ċinali fl-Ewropa. Id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija, Nick Pateras, kellu kliem ta’ tifħir għal pajjiżna u qal li l-kumpanija temmen li Malta se jkollha rwol kruċjali f’dan is-settur. Qal ukoll li

hu kburi li l-kumpanija qed tiftaħ orizzonti ġodda permezz ta’ din l-esportazzjoni minn pajjiżna. Kollox jindika li l-futur tal-industri­ ja f’pajjiżna hu b’saħħtu, waqt li aktar kumpaniji tal-kannabis mediċinali mistennija jingħataw il-liċen­zji biex jibdew joperaw minn hawn u eventwalment jesportaw ukoll il-prodotti tagħhom. F’April li għadda kumpanija oħra simili faħħret il-pożizzjoni ta’ pajjiżna f’dan is-settur. MPXI Malta, sussidjarja tal-kumpanija MPX International Corporation bi sħab mal-Bortex Group Holdings Company Ltd, qalet: “Malta tipprovdi passaġġ strateġiku għasswie­q emer­ġenti fl-UE u għandha wkoll livelli għoljin ferm fis-settur farmaċewtiku, apparti li għandha wkoll framework regolatorju b’saħħtu”. Il-kumpanija sussidjarja tagħha lokali, Alphafarma Operations Ltd., ingħa­tat il-liċenzja għall-produzzjoni u r-riċerka fil-qasam tal-kannabis medi­ċinali wara li f’Jannar li għadda l-MMA ħarġitilha ċertifikat magħruf bħala l-European Union Good Manufacturing Practice certification (EU-GMP Certification). Dan iċ-ċertifikat hu l-pass finali biex MPXI Malta tibda l-produzzjoni kummerċjali u l-esportazzjoni tal-kannabis mediċinali minn Malta għal swieq madwar l-Ewropa u wkoll lil hinn. ZenPharm Ltd, sussidjarja tal-kum­ panija Kanadiża Zenabis, ukoll għandha l-liċenzja mill-awtoritajiet Maltin u diġà laħqet ftehim ma’ klijent fil-Ġermanja biex tibda tipprovdi mill-inqas 500kg ta’ kannabis mediċinali fis-sena. Ma’ dawn it-tlieta, qed joperaw ukoll ASG Pharma Ltd u Panaxia Pharmaceutical Malta. Flimkien dawn impjegaw mijiet ta’ ħaddiema, mhux l-inqas Maltin, f’impjiegi ta’ livell għoli.

Tliet skemi, li huma mmirati speċifikament għall-bdiewa u r-raħħala, se joffru €6.5 miljun minn fondi Ewropej bi tliet miri prinċipali – l-għan li jitnaqqsu l-piżijiet fuq is-setturi; dak li jiġu mħaj­ ra aktar żgħażagħ jaqbdu karriera simili; u anke biex dawn is-setturi jkunu aktar reżiljenti u kompetittivi, filwaqt li l-bdiewa jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom. F’konferenza tal-aħbarijiet f’għe­­lie­qi ta’ sidien li diġà bbenefikaw minn fondi Ewropej, ġie spjegat kif għajnuna simili għamlet differenza kbira biex ix-xogħol u l-prodotti tal-familja Gauci jkunu iżjed sostenibbli, inkluż bl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ irrigazzjoni, pannelli solari, sistema biex tikber il-produzzjoni u l-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ, fost oħrajn. Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qalu li din il-familja hi eżempju ċar tal-benefiċċji li jistgħu jkollhom ilbdiewa u r-raħħala. Waħda minn dawn l-iskemi se tagħti opportunità lill-bdiewa biex jixtru apparat jew jagħmlu investiment fl-għelieqi tagħhom sa massimu ta’ €150,000. It-tieni skema tinċentiva bdiewa żgħa­żagħ jidħlu fis-settur, speċjalment biex jingħelbu l-ostakli li jridu jiffaċċjaw, bħal spejjeż tax-xiri jew kiri tal-frammentazzjoni tal-art. It-tielet skema tħeġġeġ lill-bdiewa jid­diversifikaw il-prodotti tagħhom u anke joħolqu opportunitajiet ta’ agri­ turiżmu. Il-Ministru Schembri fakkar ukoll fl-għajnuna prattika li l-Gvern qed jagħti lis-setturi, fosthom permezz tal-Kordin Grain Terminal, fejn importaturi lokali qed jiġu offruti spazju akbar biex jaħżnu kwantitajiet kbar tal-ġwież u l-qamħ u b’hekk anke jżommu l-prezzijiet stabbli kemm jista’ jkun. Il-Ministru Refalo tenna li miżuri simili se jkomplu jservu ta’ spalla għal dawk involuti, fl-impenn ċar tal-Gvern li jevita li dawn ma jiġux impattati ħażin mill-effetti tal-pandemija u tal-gwerra fl-Ukrajna. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Par­ la­mentari Bonett qal li dan il-Gvern minn dejjem investa f’dawn is-setturi u għen lill-bdiewa u r-raħħala f’xogħol importanti biex ta’ kuljum ikollna fiddjar tagħna prodott lokali frisk. It-tlieta li huma ħeġ­ġew lir-raħħala u l-bdiewa biex jagħmlu użu minn dawn l-iskemi ħalli jippromwovu l-prodott Malti u jgħinu l-ekonomija Maltija tkom­pli tiffjorixxi. L-applikazzjoni­jiet se jibdew jintlaqgħu minn għada t-Tnejn u jagħlqu nhar it-30 ta’ Settembru. Aktar dettalji jinsabu fuq is-sit uffiċjali għall-fondi Ewropej (www.eufunds. gov.mt).


11

19.06.2022

Il-Gvern ħabbar żewġ skemi ġodda fl-aħħar jiem li jħajru lin-negozji u lill-familji biex jagħmlu iżjed użu minn enerġija alternattiva u iżjed effiċjenti bħala parti minn impenn bla preċedent bil-għan li titnaqqas il-carbon footprint nazzjonali. Waqt li €20 miljun huma mmirati biex jgħinu lin-negozji jagħmlu retrofitting b’tali mod li n-negozju tagħhom isir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, €400,000 oħra jaħsbu biex fi djar residenzjali jinbidlu t-twieqi għal double jew triple glazing tat-twieqi, waqt li jista’ jsir ukoll roof insulation. Minn tagħrif tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li ġie ppubblikat ukoll din il-ġimgħa, joħroġ li n-negozji jsegwu sew wara d-djar residenzjali flużu tal-pannelli fotovoltajċi. L-akbar skema mħabbra fil-bidu talġimgħa mill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, hi mmirata għal proġetti ta’ rinnovar ta’ binjiet diġà eżistenti, mhux ġodda, u kull applikazzjoni tista’ tikkwalifika sa massimu ta’ €1 miljun. Dawn il-fondi huma parti mill-Pjan tal-Kummissjoni Ewropea għal Malta għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fejn ġew identifikati numru ta’ investimenti u riformi li se jkunu ffinanzjati minn fond ta’ €257 miljun allokati għal Malta. Il-Ministru Schembri spjega li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-fondi ta’ rkupru huma ddisinjati biex ikollhom effett immedjat. Għaldaqstant, bil-għan li jkollna ekonomija aktar reżiljenti, il-proġetti kollha taħt dawn il-fondi jridu jkunu lesti sa Diċembru 2025. “Sabiex nilħqu din il-mira, irridu naraw li n-negozji tagħna jinvestu aktar fid-diġital kif ukoll joperaw prattiċi aktar ħodor u li jniġġsu inqas. B’hekk inkunu qed nimmassimizzaw ir-riżorsi tagħna, innaqqsu l-ispejjeż operazzjo­ nali tan-negozji u nżidu l-effiċjenza u l-kompetittività,” saħaq il-Ministru, waqt li spjega kif din l-iskema u l-pjan sħiħ ta’ rkupru għal pajjiżna ġie diskuss mal-istakeholders kollha. Is-Segretarju Parlamentari Bonett tenna li din l-iskema hi mmirata biex

€20.4 MILJUN FI SKEMI FAVUR IMPENN AKBAR FL-ENERĠIJA EFFIĊJENTI il-kumpaniji jwettqu investiment fil-binjiet tagħhom biex isiru aktar kompetittivi u jsiru aktar reżiljenti għall-isfidi tal-futur. Hu qal li l-gżira Għawdxija wkoll se tibbenefika minn dan il-pjan, b’mod partikolari biex jitwettqu riformi u investimenti dwar it-tranżizzjoni għalleko­nomija l-ħadra u għall-qalba diġitali. Wieħed mill-proġetti hu l-qalba għal enerġija nadifa fl-Iskola Primarja tan-Na-

di 50% tal-ispiża eliġibbli, sa massimu ta’ €1,000 kemm fuq retrofitted double jew triple glazing kif ukoll fuq retrofitted roof insulation. Il-Ministru Dalli spjegat li, wara li l-pubbliku wera interess għal roof insulation u double jew triple glazing, il-Gvern ħaseb biex permezz ta’ din l-iskema jissussidja djar antiki eżistenti li m’għandhomx din it-tip ta’ protezzjoni. Din l-iskema hi miftuħa

Il-Gvern hu kommess li jwettaq il-pjan ambizzjuż ta’ dekarbonizzazzjoni nazzjonali, inkluż bil-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza approvat mill-Kummissjoni Ewropea dur. Fl-iskema b’allokazzjoni ta’ €400,000, il-pubbliku se jkun jista’ jibbenefika mill-iskema tad-double jew triple glazing tat-twieqi u roof insulation biex jgħin fl-użu aktar sostenibbli tal-enerġija. Permezz ta’ għotja fuq ix-xiri ta’ sistemi għall-użu domestiku, se tingħata l-għajnuna biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. L-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u hi wkoll miżura tal-Baġit. L-iskema tħabbret nhar l-Erbgħa mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u mill-Kap Eżekuttiv tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), l-Inġinier Marjohn Abela. B’din l-iskema, il-Gvern se jirrifon-

għal min diġà għandu l-bejt u l-aperturi lesti u jrid jibdilhom. “Il-Gvern hu impenjat li jkompli jwettaq il-viżjoni tiegħu lejn id-dekarbonizzazzjoni, li nnaqqsu t-tniġġis minn sorsi ta’ enerġija, anke billi ngħinu lir-residenzi jkollhom binjiet aktar sostenibbli. Permezz ta’ dan qed insaħħu s-sostenibbiltà u nżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija,” qalet il-Ministru. L-applikanti eliġibbli jistgħu japplikaw għal din l-għotja permezz tal-formola li tinsab fuq is-sit elettroniku tar-REWS (www.rews.org. mt), bl-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-aħħar ta’ din is-sena. Sadanittant, b’rabta mar-reviżjoni fuq l-ammont ta’ fondi li Malta se

tkun qed tirċievi taħt il-Pjan ta’ Rkupru b’riżultat tat-tkabbir ekonomiku b’saħħtu li pajjiżna kellu s-sena li għaddiet, is-Segretarju Parlamentari Bonett spjega li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern Malti se jagħmel talba formali biex jingħata €60 miljun minn dak li hemm allokat għal Malta. Fl-ewwel kwart tal-2022, l-ekonomija Maltija kibret b’7.6% u skont rapport tal-Kummissjoni Ewropea stess is-sena li ġejja se jkollna t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Meta indirizza l-konferenza annwali dwar il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Dr Bonett qal li pajjiżna se jagħmel din it-talba wara li wettaq b’suċċess 17-il riforma u żewġ investimenti maġġuri. Bħalissa l-Gvern hu impenjat biex iwettaq 38 mira sal-aħħar kwart ta’ din is-sena. Mill-Pjan ta’ Rkupru pajjiżna diġà ngħataw €41 miljun bħala pre-financing payment. “Għaddejja ħidma biex naraw li l-proġetti li kellhom isiru mill-Pjan ta’ Rkupru jsiru xorta waħda, iżda mill-akbar pakkett finanzjarju li qatt innegozja l-Gvern Malti, dak ta’ €2.2 biljun fil-baġit għas-snin 2021-2027,” enfasizza s-Segretarju Parlamentari. Hu qal li l-Gvern hu kommess li jwettaq dan il-pjan ambizzjuż li minnu se jkompli jgawdi l-poplu Malti, b’aktar proġetti f’diversi oqsma, fosthom fl-oqsma tal-enerġija, tal-ambjent, tal-edukazzjoni u tas-saħħa.


12

19.06.2022

IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI Ministru

Illum pajjiżna qed igawdi minn rata qawwija ta’ ħolqien tax-xogħol u naħseb li huwa opportun ħafna li, filwaqt li nifirħu b’dawn ir-riżultati ekonomiċi f ’dan il-qasam, inħarsu anke lejn dawk li huma l-awtoritajiet illi jagħtu t-tħaris meħtieġ biex nassiguraw li f ’pajjiżna jkollna xogħol ta’ kwalità u

kundizzjonijiet xierqa. Huwa dritt ta’ kull ħaddiem li jkollu post tax-xogħol sikur u huwa obbligu ta’ min iħaddem illi joffri dan lill-impjegati tiegħu. Kull ħaddiem iżda, għandu wkoll id-dmir li josserva dak li huwa meħtieġ minnu biex titħares issaħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kemm tiegħu kif ukoll ta’ dawk ta’ madwaru. L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) trid tkun il-katalista biex insaħħu kultura favur dan il-għan. Ma nistgħux inħarsu lejn dan il-qasam bħala obbligu legali biss jew bħala kwistjoni ta’ kemm din l-Awtorità tħarrek nies li ma jimxux mal-liġijiet konċernati. Jeħtieġ li nkunu aktar pożittivi. Irridu nħarrġu aktar ħaddiema biex jaħdmu mingħajr ma jipperikolaw ħajjithom jew saħħithom. Irridu nagħmlu

impenn ċar kif nindirizzaw din ir-realtà biex insaħħu l-ħidma li qed issir u nkomplu nżidu mad-diversi inizjattivi biex inkomplu nwasslu dan il-messaġġ kemm mal-ħaddiema Maltin kif ukoll mal-ħaddiema barranin li jiġu jaħdmu fostna. Huwa dritt ta’ kull ħaddiem li jkollu post tax-xogħol sikur u huwa obbligu ta’ min iħaddem illi joffri dan lill-impjegati tiegħu. Mhux biss biex ma tinkisirx illiġi imma għaliex tali ħarsien huwa mezz kif ikollok post tax-xogħol aħjar u post tax-xogħol aktar produttiv. Fl-estimi finanzjarji ta’ l-Awtorità li ppreżentajt fl-ewwel diskors tiegħi ta’ din il-leġiżlatura fil-Parlament, ħabbart li se jkun qed isir investiment ta’ €150,000 fi proġett kapitali li jinkludi l-iżvilupp ta’ Management Information System, web

portal ġdid, u titjib fil-hardware eżistenti. Dan huwa investiment importanti sabiex nagħtu aktar għodda lill-uffiċjali ta’ din l-Awtorità kif ukoll biex nagħmlu pass ieħor lejn id-diġitalizzazzjoni bħala parti integrali mill-viżjoni tal-Gvern biex ikollna qafas diġitali b’saħħtu f ’kull entità. Barra minn hekk, beħsiebna nsaħħu din l-Awtorità b’żieda ta’ uffiċjali fi ħdanha biex insaħħu kemm l-operat kif ukoll il-preżenza u s-sorveljanza fejn meħtieġ fuq il-postijiet tax-xogħol. Żgur li din l-Awtorità tista’ tgħin biex aħna nkomplu ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Irridu niggarantixxu li l-postijiet tax-xogħol tagħna jkunu l-aktar ambjent san u sikur possibbli fejn ħaddiem imur jaħdem. Irridu nifhmu aktar x’inhuma r-riskji u nħeġġu lil min iħaddem biex jimplimentaw

dak kollu li jnaqqas il-periklu fuq il-post tax-xogħol. Irridu naraw li kull ħaddiem filwaqt li jmur għax-xogħol u jaqla’ l-għajxien tiegħu, ikun qed jaħdem f ’ambjent komdu li jirrispetta s-saħħa u s-sigurtà tiegħu.

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) trid tkun il-katalista biex insaħħu kultura favur dan il-għan

IL-PRIMAZIJA TAL-LIĠI EWROPEA U L-IMPLIMENTAZZJONI TAGĦHA

CYRUS ENGERER

Membru Parlamentari Ewropew

Il-primazija tal-liġi Ewropea hi suġġett li jinsab fil-qalb tal-Unjoni Ewropea, u suġġett li f’dawn l-aħħar snin, ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna. Tant hu hekk, li fix-xhur li ġejjin il-Parlament Ewropew se jkun qiegħed jeżerċita d-dritt tal-inizjattiva biex jaħdem fuq dan is-suġġett importanti dwar kif tiffunzjona l-Unjoni Ewropea stess. F’dan ir-rigward, kont onorat ħafna meta

ġejt mitlub immexxi din il-ħidma fil-Parlament Ewropew. Fiż-żmien li ilni Membru Parlamentari Ewropew, tkellimt fuq temi varji li kienu importanti kemm għall-valuri li jien inħaddan, kif ukoll għalina bħala Maltin, li niġu minn gżira żgħira f’nofs il-Mediterran li għandha ħafna x’toffri fuq livell Ewropew. Dan ir-rapport li ġejt fdat bih, mhu se jkun xejn inqas. Anzi, hija responsabilità li se nġorr bl-akbar dedikazzjoni. It-tir tiegħi hu li bix-xogħol li se nwettqu, inħalli impatt pożittiv fuq pajjiżna, fuq l-Unjoni Ewropea inġenerali, iżda wkoll fuq kull ċittadin Ewropew li ma ħaqqu xejn għajr sistema legali li taħdem, u li tirrispetta d-drittijiet fundamentali tagħna lkoll. Il-primazija tal-Liġi Ewropea toffri soluzzjoni f’każijiet ta’ kunflitt bejn liġijiet Ewropej u dawk nazzjonali. Dan huwa essenzjali b’mod partikolari f’oqsma bħall-ambjent, tra-

sport u s-suq ħieles. Liġijiet Ewropej li jirregolaw dawn is-setturi jieħdu preċedent fuq dawk lokali sabiex naċċertaw sinerġija bejn l-Istati Membri u ugwaljanza bejn iċ-ċittadini Ewropej kollha. Setturi oħrajn li huma iżjed domestiċi, jiġu regolati mill-Istati Membri nnifishom fis-sistemi legali tagħhom, lokalment. Il-kunċett li fuqu huwa bbażat dan ir-rapport - dak tal-primazija tal-liġi Ewropea, ġie msawwar u msaħħaħ matul is-snin permezz ta’ sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kif ukoll permezz ta’ dikjarazzjoni annessa mat-Trattat ta’ Liżbona. Din tal-aħħar tagħti d-definizzjonijiet bażiċi li jiddettaw kif tiffunzjona l-Unjoni Ewropea. Meta tieħu dan kollu inkonsiderazzjoni, wieħed jibda jifhem l-importanza ta’ din ilbiċċa xogħol. Meta l-kunċett tal-primazija tal-liġijiet Ewropej ma jibqax jiġi rispettat, dan jikkawża sfidi kbar

għas-sistema Ewropea, kemm dik legali u anki dik ġudizzjarja. Mingħajr sistema legali komuni, huwa diffiċli li jkollna ugwaljanza ta’ drittijiet, ċertezza legali, fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, sistema ġudizzjarja imparzjali u flaħħar mill-aħħar politika komuni. Dawn huma l-karatteristiċi Ewropej li jgħaqqduna u li jipproteġuna minn inġustizzji serji. Il-mod ta’ kif taħdem l-Unjoni Ewropea jibqa’ jevolvi maż-żmien u jirrifletti l-bidliet fl-Istati Membri, però prinċipju li ma jista’ jinbidel qatt hu dak tal-primazija talliġi Ewropea. Huwa għalhekk li nemmen bis-sħiħ li għandom jinħarġu r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’dan ir-rigward. Rakkomandazzjonijiet li se nkun qed nara li jiġu fformulati b’mod metikoluż u komprensiv għall-aħħar. Inħares ’il quddiem biex naħdem qatigħ f’dan ir-rwol

ġdid li ġejt fdat bih. Irridu naraw Unjoni Ewropea li tiffunzjona bl-aħjar mod fl-insteress taċ-ċittadini Ewropej.

It-tir tiegħi hu li bix-xogħol li se nwettqu, inħallu impatt pożittiv fuq pajjiżna, fuq l-Unjoni Ewropea inġenerali, iżda wkoll fuq kull ċittadin Ewropew


13

19.06.2022

L-UGWALJANZA BIL-FATTI

JONATHAN ATTARD Ministru

Malta għandha tkun l-art tal-ugwaljanza bil-fatti fejn nisa u rġiel ikollhom it-tnejn l-ikbar opportunità li jirnexxu f’ħajjithom mingħajr xkiel u biża’. Dan huwa l-messaġġ li qed inwasslu bil-politika taghna. Dan komplejna nagħmluh meta ftit tal-ġranet ilu ressaqt l-Abbozz ta’ Liġi li jittratta l-femiċidju għat-tieni qari biex jemenda l-Kodiċi Kriminali u eventwalment ghadda wkoll mill-istadju ta’ kumitat biex issa jonqos biss il-vot fil-Parlament. Ikolli nammetti li dak li ġara lura f’Jannar ta’ din is-sena ixxokkja mhux biss lili iżda lil kulħadd. Il-qtil makabru ta’ Paulina Dembska wassal ghal sentiment ta’ rabja, disp-

jacir u diversi emozzjonijiet. Il-vjolenza kontra n-nisa hi xi ħaġa li tixxokkja u tinkwieta lin-nies. Lil hinn mid-diskussjoni li żvolġiet dwar in-natura tarreat u mingħajr ma’ ċertament wieħed jidħol fil-mertu ta’ dan id-delitt, bħala Gvern inħass il-bżonn ta’ azzjoni immedjata. Ir-rapport intitolat “Country Report on Femicide: Research and Data”, li fost l-oħrajn elenka li s-soċjetà Maltija għadha patrijarkali u bbażata fuq stereotipi tal-ġeneru, għenna nifhmu aktar is-sitwazzjoni preżenti ta’ pajjiżna fejn ħareġ li sfortunatament dawn il-mentalitajiet għadhom magħna u jagħmlu ħafna ħsara. U konsegwentement kellna istanzi fejn id-diskors trasforma ruħu fi vjolenza psikoloġika jew fiżika kontra l-mara. Dan wassal biex jiġi fformulat abbozz ta’ liġi li jemenda l-kodiċi kriminali tagħna. B’din il-bidla fil-kodici kriminali, li issa għaddiet kemm mit-tieni qari kif ukoll mill-istadju ta’ kumitat, qed nipproponu li l-qtil jew attentat ta’ qtil li jirriżulta li jkun ta’ natura ta’ femiċidju, jiġifieri l-vittma tal-każ tkun mara jew tifla u jkun sar minn kwalunkwe

ġeneru meta l-qtil ikun motivat mill-ġeneru, għandu jorbot lill-ġudikanti milli jimmilitaw kontra, li ma tingħatax piena ħarxa. Jiġifieri, meta l-imħallef jasal biex jagħti l-piena fil-konfront tal-akkużat f’rigward ta’ każijiet li fihom jirriżulta li kien hemm elementi ta’ femiċidju, dan għandu jagħti piena ħarxa. It-tieni emenda li preżentajna f’dan ir-rigward tipprovdi wkoll illi omoċidju b’karatteristiċi ta’ femiċidju ikun eskluż milli jikkwalifika bħala omiċidju skużabbli minħabba li jkun twettaq f’“passjoni istantanja”. Dawn l-emendi li qed inressqu huma tajbin għaliex jintroduċu l-kunċett ta’ femiċidju b’mod li jagħmel sens. Għalhekk, mhux kull omiċidju ta’ mara minn persuna oħra se jkun mitqies bħala femiċidju imma meta dan l-omiċidju jkun sar f’ċirkostanzi ta’ femiċidju Huwa fatt magħruf li nagħmlu kemm nagħmlu emendi qatt mhu biżżejjed. Iżda huwa d-dmir u d-dover tagħna li nintervjenu bħala politiċi biex nintroduċu kull għodda neċessarja biex tnaqqas u jekk possibbli telimina għalkollox dawn it-tip ta’

reati. Tul dawn l-aħħar snin għamilna diversi riformi u tibdiliet neċessarji biex naffaċċjaw dawn ir-realtajiet xejn sbieħ. Fost dawn ir-riformi ma nistax ma nsemmix il-fatt li llum il-ġurnata għandna Maġistrata ddedikata fuq każijiet ta’ vjolenza domestika, bħala Gvern introduċejna unit speċjalizzata fil-Korp tal-Pulizija li jassisti lill-vittmi ta’ vjolenza domestika, skont il-bżonnijiet tagħhom u jipprovdilhom sapport adekwat biex neliminaw iċ-ċans li din is-sitwazzjoni twassal għall-femiċidju. Introduċejna wkoll assistenza legali b’xejn lil dawn il-vittmi offruta mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali. Il-Gvern Laburista minn dejjem kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja, minn dejjem kien il-partit li xpruna bidliet leġiżlattivi li jsaħħu d-drittijiet tal-mara, iżda dan ma jfissirx li ser nieqfu hawn, anzi nagħti l-kelma tiegħi li ser inkun fuq ta’ quddiem biex nixpruna aktar liġijiet li jsaħħu d-drittijiet tal-mara fis-soċjetà moderna li rridu ngħixu fiha. “Aħna għandna qalb u nħossu, għandna moħħ u naġixxu, għandna ruħ u nifmu is-sentiment tal-poplu.”

Irrid li t-tfal tiegħi jgħixu f’soċjetà ġusta li ma xxekkilhomx għax huma tfajliet, iżda għall-kontra ta’ dan, isibu s-sostenn meħtieġ biex jimirħu u jiksbu dak li jixtiequ mingħajr xkiel u biża’. Inħares ’il quddiem biex dan l-abbozz imur għall-vot finali u jkun fost l-ewwel liġijiet approvati f’din il-leġiżlatura.

Dawn l-emendi li qed inressqu huma tajbin għaliex jintroduċu l-kunċett ta’ femiċidju b’mod li jagħmel sens

FAVUR AKTAR ĦAJJIET U ĠENITURI PROSPETTIVI

KIMBERLY BORG Membru ŻL

Waħda mill-proposti ewlenin fil-manifest elettorali “Malta Flimkien” kienet dik li fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern Laburista ġdid tiġi emendata l-liġi talIVF. Proprju ftit tal-jiem ilu bdiet tiġi diskussa din il-liġi li l-għan tagħha hu favur iktar ħajjiet u aktar ġenituri pros-

pettivi. Il-Gvern Laburista huwa Gvern riformista li ma jiddejjaq xejn ibiddel. Fil-fatt fis-snin li għaddew Gvern Laburista daħħal liġi li tirregola l-IVF u għamel bidliet sinifikanti. Però dan xorta mhuwiex biżżejjed; bil-liġi preżenti tal-IVF xorta għad hemm koppji li ma jistgħux iwettqu l-ħolma tagħhom. Matul il-kampanja elettorali, il-Prim Ministru spjega li ltaqa’ u sema’ stejjer ta’ diversi koppji li għaddew minn tbatija sabiex isiru ġenituri, fejn saħansitra kien hemm min sfortunatament tilef it-tarbija tiegħu minħabba mard ġenetiku, mard li jista’ jaffettwa kull tarbija li jkollhom. B’hekk il-Gvern ressaq din id-diskussjoni b’sens t’empatija u kuraġġ. Kull koppja li tixtieq tibni familja għandha

tingħata ċ-ċans, mingħajr ilbżonn li tmur barra l-pajjiż b’piżijiet finanzjarji kbar u li mhux kull koppja tista’ taffordja, li jkollha tarbija. Ma nistgħux nibqgħu nesportaw aktar din il-problema: kull koppja għandha tkun tista’ tagħmel dan it-trattament ġewwa pajjiżna mingħajr ħlas. Għalhekk, din il-liġi ser tkun bidla sinifikanti li tirrifletti l-prinċipji ta’ dan il-Gvern. Il-Gvern irid jagħti ċans akbar lil dawk il-koppji sabiex il-ħolma tagħhom li jsiru ġenituri ssir realtà. B’hekk it-trattament tal-IVF se jkun qed jiġi estiż għal dawk il-persuni li għandhom sa massimu ta’ 45 sena filwaqt li l-embryo transfer se jkunu jistgħu jagħmluh koppji sa massimu ta’ 49 sena. Se tkun qed tiżdied ukoll l-età tad-donaturi sa 36 sena neqsin ġurnata sa dakinhar li

ssir id-donazzjoni. Se jiġu offruti wkoll iktar ċikli tal-IVF mingħajr ħlas u dawk il-koppji li għandhom embrijuni barra l-pajjiż se jkunu jistgħu jġibuhom mingħajr ebda ħlas sa massimu ta’ żewġ embrijuni kull ċiklu. Dan hekk kif se jingħata ċans għat-tieni wild anke jekk l-ewwel wild twieled b’mod naturali u mhux bis-servizz tal-IVF. Apparti minn hekk, se jkun qed jidħol fis-seħħ il-Preimplantation Genetic Testing for Monogenetic Disorders (PGTM), fejn koppji li jbatu minn xi kundizzjoni ġenetika, se jkunu qed jużaw servizz li permezz tiegħu jkun hemm l-ittestjar tal-embrijun biex ikun jista’ jiġi ċċekkjat jekk l-istess embrijun ibatix minn kundizzjoni ġenetika li tista’ twassal għall-mewt tiegħu filġuf jew wara t-twelid.

Din ir-riforma se tagħti ċans akbar lill-ġenituri prospettivi u b’hekk ikollhom inqas tbatija, iktar ħajjiet u anke iktar familji kuntenti, kif ukoll tindirizza l-bżonnijiet ta’ dawk li għamlu l-proċess tal-IVF u li ma kinux ta’ suċċess u anke ta’ dawk li għandhom kundizzjonijiet ġenetiċi.

Il-Gvern Laburista huwa Gvern riformista li ma jiddejjaq xejn ibiddel


14

19.06.2022

IT-TENDENZI LOKALI FL-ARTI T

Waqt li t-tpinġijiet m’għadhomx jiddistingwu bejn is-sessi, Maltin ta’ iżjed minn 60 sena wkoll jitħajru b’mod regolari b Kitba ta’ LEANNE ABELA GRECH In-nisa saru jpinġu daqs l-irġiel u hemm dawk fosthom li saħansitra jagħżlu li jmorru għal biċċa tpinġija mdaqqsa fl-ewwel esperjenza tagħhom. F’dak li hu meqjus bħala tibdil fil-mentalità jew il-kultura relatati ma’ din l-arti fuq il-ġisem, illum il-ġurnata jidher li lanqas għad fadal barrieri ta’ età għal min jiddeċiedi li jkollu marka partikolari li tiddistingwih. F’intervisti ma’ żewġ artisti lokali tat-tpinġija, Yella Vassallo u Luke Vella, li huma mfittxijin minn bosta kemm għall-kapaċitajiet tagħhom kif ukoll għall-portafoll vast ta’ disinji u stili, joħroġ li l-ħsieb u l-perspettiva ġenerali tal-Maltin u l-Għawdxin inbidlu drastikament minn għexieren ta’ snin ilu. Din hi tendenza simili li qed jesperjenzaw popli oħrajn madwar id-dinja, għalkemm f’pajjiżna wkoll għandna l-partikolaritajiet speċifiċi tagħna. Il-mentalità ta’ kif wieħed iħares lejn it-tpinġija fuq ħaddieħor ukoll hi differenti sew mill-mod ta’ kif dawn tal-aħħar kienu jiġu ppreġudikati fis-soċjetà, anke jekk dan mhux eliminat kompletament u aktarx qatt ma jkun. Kif ngħidu mitt bniedem, mitt fehma. Iżda minn dak li tkixxifna jirriżulta li, b’ħafna iżjed persuni li għandhom linka permanenti f’xi parti ta’ ġisimhom, l-għażliet u d-daqsijiet jibqgħu jvarjaw, jekk hux għall-gost u l-apprezzament tal-arti jew inkella biex jitfakru ġrajjiet partikolari fil-ħajja ta’ dak li jkun jew il-memorja ta’ persuni li m’għadhomx magħna, fost oħrajn. Skont il-kummenti ta’ Vassallo u Vella, jidher li l-aktar parti tal-ġisem popolari għat-tpinġija hija l-idejn, kemm għal xi biċċiet żgħar kif ukoll għal xi komma sħiħa. Isegwu d-dahar u s-saqajn. Fl-istess ħin, Yella saħansitra tgħid li ġieli kellha klijenti li jitolbu għal biċċiet mhux komuni, bħall-ġenb talwiċċ.

Stil Ġappuniż

Stil Blackwork

Stil Realistiku

Stil Mandala

U jekk fil-passa saret komuni fer Luke qalilna kif i Yella tqis li bosta jżejjinhom, bħalm Għaldaqstant, li popolari fost li r-realistiku hu flimkien ukoll m kollu lwien fuq i ikollhom doman work, filwaqt li q al. Mistoqsijiet x żewġ tattoo artis ferenti. Waqt li L qal li minn dejje kienet prattikam Yella li tibda tpin kważi b’kumbina Fil-fatt, l-artis tħajret tagħmel ħames snin ilu Kien ukoll it-tat u li pinġa fuqha t-teknika. Minn d Issa jekk Yella fuq saqajha u id Luke, li għalkem dieħor, hu qatt m Għax jibża’ mil-la wahx li hu m’għ aktarx huwa l-un mal-linka person Staqsejniehom


15

19.06.2022

TAT-TATTOOS

biex jagħmlu l-ewwel biċċa tagħhom

at kont tara aktar irġiel bit-tpinġija, illum rm li mara jkollha biċċa arti fuqha wkoll. in-nisa saru jpinġu daqs l-irġiel, filwaqt li a nisa jaraw it-tpinġija bħala aċċessorju li ma ġojjell jikkumplimenta l-ilbies. , staqsejniehom x’inhuma l-aktar stiil-Maltin u l-Għawdxin, bit-tnejn jaqblu u l-aktar li baqa’ popolari matul is-snin, mal-istil Ġappuniż, bħal xi dragun kbir id-dahar. Iż-żewġ artisti wkoll qalu li qed nda għal tpinġijiet bi stil mandala u blackqed jiżdied fil-popolarità in-neo tradition-

x’ħajjarhom li jibdew din il-karriera, iżsts raw id-destin tagħhom jibda xi ftit difLuke kien ċar u tond fit-tweġiba tiegħu u em kien iħobb ipinġi, allura t-triq tiegħu ment destinata minn qabel, il-bidu ta’ nġi fuq ħaddieħor kien xi ftit differenti u azzjoni. sta, li għandha l-biċċiet personali tagħha, karriera mit-talent li għandha wara li għamlet waħda mit-tattoos li għandha. ttoo artist, li taħdem miegħu llum, Karl, a dak iż-żmien, li ħajjarha u għallimha dakinhar ma ħarsitx lura. a għandha bosta tattoos il-ġmiel tagħhom dejha, mhux l-istess jista’ jingħad għal mm sal-lum pinġa mijiet ta’ tattoos lil ħadma tħajjar li jagħmel waħda … u r-raġuni? abra. Madanakollu, jistqarr li ma taffettħandux, minkejja l-karriera u minkejja li niku tattoo artist fid-dinja li ma ċċappasx nalment. m ukoll dwar liema jaħsbu li hi l-aktar

Luke Vella parti sensittiva tal-ġisem, b’mod partikolari mill-esperjenza tal-klijenti tagħhom fejn jgħidu li kellhom jissaportu l-aktar l-uġigħ. Għalkemm mhux kull persuna tittollera bl-istess mod l-uġigħ u dan jiddependi minn bosta fatturi, Luke jemmen li huma l-għonq u wara tal-irkoppa l-aktar diffiċli. Yella wkoll semmiet l-irkoppa, flimkien mal-kustilji, taħt l-abt u fuq is-sinsla tad-dahar. Minkejja li l-uġigħ hu parti mill-proċess tat-tattoos, iż-żewġ artisti jaqblu li l-klijenti malajr jinsew l-uġigħ bir-riżultat sabiħ tal-opra tal-arti fuq ġisimhom. U min jaf kemm hawn persuni li jiftakruhom jistennew li jagħlqu t-18-il sena, mhux biss forsi biex jibdew il-lezzjonijiet tal-karozza, imma anke biex ipinġu l-ewwel tattoo tagħhom. Dan il-ġenn, kien, għadu u jibqa’ fost iż-żgħażagħ. Fil-fatt, iż-żewġ artisti jgħidu li jiltaqgħu regolarment ma’ klijenti li jkollhom din il-ħerqa. Minbarra hekk, iżda, Yella wkoll stqarret li, b’mod frekwenti hi jkollha talbiet mingħand klijenti li għandhom ’il fuq minn 60 sena u iżjed li jiddeċiedu li jagħmlu l-ewwel tattoo. Fejn jidħlu l-għażliet fid-daqs, il-popolarità fost il-Maltin ma tantx tvarja bejn min jagħżel biċċa jew biċċiet kbar, li ġeneralment ikollhom xenarju jew tema partikolari, inkella xi tattoo żgħira jew sensiela ta’ biċċiet żgħar. Ma setax jonqos li titqajjem ukoll il-kwistjoni tal-aħħar xhur fejn l-artisti kellhom jiffaċċjaw tibdil fil-linka tal-kulur, minħabba restrizzjonijiet ġodda fuq ċerti kuluri li kienu jintużaw regolarment. Wara li studji sabu li mal25 pigment, primarjament tal-aħmar, l-isfar u l-oranġjo, kien fihom kimiċi li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, l-Unjoni Ewropea ċċensurat l-użu ta’ dawn, waqt li l-artisti kienu meħtieġa jaddattaw għal oħrajn fix-xogħol tagħhom. Luke qal li ma tantx affettwah it-tibdil, minħabba li hu

jaħdem l-aktar bl-iswed, imma qal li jaf b’artisti li kellhom jgħollu l-prezzijiet, minħabba li l-linka tal-kulur kellha tinbidel. Min-naħa l-oħra, Yella qalet li affettwathom ħażin minħabba li kien hemm domanda kbira għal-linka li hi reach compliant mal-Ewropa kollha, waqt li xi klijenti li kienu diġà bdew biċċa kkulurita u komplewha żmien wara tħassbu kif kienet se titkompla t-tpinġija. It-tnejn qablu li bil-kapaċità u l-kreattività tal-istess artisti seta’ jitkompla x-xogħol, anke jekk il-kuluri l-ġodda huma iżjed limitati u hemm inqas kuluri minn fejn tagħżel minn qabel. Yella wkoll semmiet li, xi ftit taż-żmien ilu, kienet saret bidla oħra fil-linka u qabel din ġiet mandatorja li tinbiegħ f’forma likwida, kienet tinstab ukoll fis-suq bħala trab, iżda hi temmen li, anke dawk li seħħew fl-aħħar xhur, huma riformi normali, bħalma jsir fi kwalunkwe settur ieħor. B’hekk jiġi żgurat li l-prodotti li jintużaw ikunu talaqwa kwalità u ġenwini, waqt li l-klijent jibqa’ sodisfatt għas-servizz artistiku li jkun ħallas għalih. Yella Vassallo


16

19.06.2022

FUQ IN-NAĦA T-TAJBA TAL-ISTORJA

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Issa li ngħalaq id-dibattitu dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF u se mmorru għat-tielet qari fi stadju ta’ kumitat, qed naraw stampa aktar ċara ta’ kemm dawn l-emendi se jkunu ta’ benefiċċju u komfort għall-Maltin u l-Għawdxin li għandhom bżonn jew se jiġu bżonn it-trattament tal-IVF sabiex ix-xewqa tagħhom li jsiru ġenituri ssir realtà. Il-Partit Laburista fil-manifest tiegħu kellu wegħda ewlenija li jsiru dawn l-emendi fil-liġi tal-IVF fl-ewwel 100 jum ta’ leġiżlatura ta’ Gvern Laburista ġdid. U hekk qed iseħħ. Imma l-aktar ħaġa importanti dwar dan kollu hija li dawn l-emendi qed isiru għax Gvern Laburista tassew konvint u jemmen li din hija t-triq ’il quddiem, it-triq imsejsa fuq il-prinċipji tagħna, fejn kulħadd għandu jingħata l-opportunità, fejn is-soċjetà taħseb fil-bżonnijiet u fil-ferħ għall-minoranzi fi ħdanha. Il-poplu jagħraf sew li dan mhux eżerċizzju ta’ konvenjenza politika min-naħa tal-Partit Laburista. Dan għaliex fi ħdan il-PL u fi ħdan il-grupp parlamentari Laburista hemm armonija u qbil sħiħ. Seħħet id-diskussjoni dwar dawn l-emendi u kienet fuq kull livell fl-istrutturi tal-partit. Id-diskussjoni ma kinitx fuq retorika jew konsegwenzi politiċi imma fuq kif b’dawn l-emendi se nindirizzaw il-weġgħat tan-nies, kif se nferrħu aktar koppji, kif se ntaffu u niffaċilitaw il-mixja ta’ dawn il-koppji li qed jgħaddu jew se jgħaddu minn dan il-proċess u wara kollox kif se noffrulhom dan kollu f’pajjiżhom stess. Il-prinċipji soċjalisti dawn li jitlobu minna. Il-kuxjenza u l-moralità dawn jitolbu minna. Il-membri tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Parlament qajla tkellmu f’dan id-dibattitu. Żammew lura. Tkellmu biss tliet deputati. Ilkoll rajna din l-attitudni tal-Oppożizzjoni lejn dawn il-proposti dwar dawn l-emendi pjuttost difensiva, ta’ inċertezza u aktar minn hekk nazzarda ngħid pożizzjoni ta’ konvenjenza u biża’ minn riperkussjonijiet politiċi aktar milli attitudni ta’ konvinzjoni u preparazzjoni fuq is-suġġett u sensittività lejn il-persuni milquta. Faċli l-Oppożizzjoni tippontifika u jgħidulna li mhux imbilli tagħmel l-emendi u l-liġijiet, imma trid twettaqhom. “This is rich”, kif jgħidu l-Ingliżi, li toħroġ minn fomm l-Oppożizzjoni, meta tant jiftaħru li kien taħt Gvern Nazzjonalista li l-IVF ġiet illegalizzata f’pajjiżna fl-2012, bnew u fornew laboratorju li vilment qatt ma ntuża u li saħansitra l-apparat skada u ma baqax tajjeb. Nisfida lil tal-PN jgħidulna kemm twieldu wlied blIVF fi żmienhom. L-ebda tqala bl-użu tal-IVF

ma seħħet fi żmien Gvern Nazzjonalista, għaliex illeġiżlaw favur l-IVF b’konvenjenza u mhux b’konvinzjoni, tant li l-kuxjenza konservattiva baqgħet tniggiżhom u baqgħu ma eżerċitawx fil-prattika dak li b’konvenjenza lleġiżlaw. Sa mill-bidu nett waqgħet il-maskra tal-PN dwar l-IVF. Sa mill-bidu nett u sal-lum il-ġurnata il-forzi konservattivi fi ħdanhom jibqgħu jiġbdu l-ispag li jneżżgħalhom kull awtorità li jippreżentaw ruħhom ta’ għorrief fuq is-suġġett. L-istampa hi ċara kristall quddiemna. Claudette Abela Baldacchino, kollega u ħabiba, stqarret dan il-kliem ftit ġranet ilu fuq il-midja soċjali: “Min ma esperjenzax ma jistax jitkellem. Min qed jitkellem u m’għaddiex minnha jista’ jagħti palata imma xorta ma jafx x’jiġifieri.’’ U hekk hu fil-fatt. Claudette għandha ħafna raġun. Ejja ħa nitkellem għalija. Jien ma esperjenzajtx din is-sitwazzjoni. Ma nistax inkun naf x’jiġifieri. Però bħal bosta konsapevoli tal-kundizzjoni tal-infertilità jew tqaliet li ma jwasslux jew li jwasslu u t-tarbija titwieled u tgħix fi tbatija kbira u tħalli d-dinja f’qasir il-għomor. Dawn huma s-sitwazzjonijiet quddiemna. U ġaladarba hemm soluzzjonijiet għalihom għandna mmorru u nimxu t-triq kollha biex dawn it-tbatijiet intaffuhom. Bħal bosta, jien ukoll persuna li nemmen u nipprattika l-fidi. Ix-xjenza hi wieħed mis-seba’ doni li tana Alla. Bix-xjenza, il-bniedem kapaċi jagħmel bomba li teqred l-umanità imma kapaċi aktar li joħloq metodi sabiex jgħin u jsebbaħ il-ħajja tal-bniedem. Bix-xjenza l-istennija tal-għomor tal-bniedem għoliet ferm, il-kwalità tal-ħajja li ngħixu tjiebet ferm, kuljum jinstabu aktar metodi ta’ fejqan u kura għal diversi mard. Dan kulħadd jirrikonoxxih u japprovah. Mela għaliex ix-xjenza m’għandhiex tgħin koppji jsiru ġenituri? Bosta bħali ma esperjenzawhiex b’mod dirett kif diġà għedt. Imma persważa li bosta jafu lil xi ħadd li għadda jew qed jgħaddi minn din is-sitwazzjoni u qed jitlobna l-għajnuna u li kif qalet Claudette, nagħtu palata. Meta darba ftit xhur qabel ma daħħlet il-liġi tal-IVF ġew fuqi persuni bħala ċittadina biex niffirma petizzjoni kontra din il-liġi, it-tweġiba tiegħi kienet: M’għandi xejn tiegħi ħlief uliedi, m’għandi xejn egħżeż minnhom. Mela min jien jien biex inċaħħad mara oħra bħali biex b’kull mezz possibbli ssir omm hi ukoll? Illum il-ġurnata li esperjenzajt dan ilproċess tal-IVF ma’ koppja ferm viċin tiegħi, nista’ nifhem xi ftit it-tbatija u l-qtigħ ta’ qalb. Din il-koppja kellha tmur barra minn Malta għal darba, darbtejn, tlieta biex kellha l-ulied. Bla ebda dubju, il-palata ser nagħtiha b’qalbi kollha biex aktar u aktar koppji jkollhom kull opportunità sabiex isiru ġenituri mingħajr ma jkollhom jitilqu minn pajjiżna. Biżżejjed inħares lejn dawn iż-żewġ ckejknin tagħhom u nimtela bil-ferħ, aħseb u ara l-ġenituri tagħhom x’għandhom bihom. ’Il fuq minn 400 tarbija twieldu f’pajjiżna permezz tal-IVF. Ejjew inkomplu ngħinu u nsaħħu l-liġijiet sabiex ir-rata ta’ suċċess tikber u n-numru ta’ wlied jikber ukoll. Il-poplu jinduna u jirrikonoxxi min tassew jikkonvinċi u min hu tassew fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Il-politika nużawha biex innisslu l-ferħ u nsaħħu soċjetà li tieħu ħsieb lil xulxin partikolarment ta’ dawk il-minoranzi li jbatu fis-skiet.

Sur Editur, Ara vera jrid ikollok wiċċek qisu l-ilma qiegħed li hemm ­ħdejn il-pixxatur tad-Dar Ċentrali ta, Sur Editur! X’kull waħda wkoll dan il-qaħbeċ kap li għandhom. Ħa ngħidlek jien Sur Editur. Mela kollha nafu l-istorja tal-FATF dik li poġġietna fuq il-lista l-griża. U jekk hemm xi ħadd ma jafx, ħa ngħidlu jien. Kien il-Kap tagħhom stess li instiga li Malta titpoġġa fuq din il-lista. Għax dawn hekk, ħsara lil Malta biss jafu jagħmlu. Minn ewl id-dinja hekk dal-partit li għandhom. Għax mhux billi ħafna paroli fil-vojt li jgħidu. Ja qatta oqbra mbajda li huma. Kollhom imħabba lejn pajjiżhom, kollhom imħabba lejn il-ħaddiem, kollhom imħabba lejn in-negozji, imbagħad ġew jitnellħu li għamlu ħsara lil pajjiżna biex jitpoġġa fuq din il-madre ta’ lista griża. Bil-konsegwenzi kollha li seta’ kien hemm għal Malta, għall-ħaddiema u għan-negozji. X’ala l-maws dawn l-intamati! Imbagħad jiġi l-Kap tagħhom jippoża quddiem il-ġurnalisti u jgħid li ħa gost li pajjiżna m’għadux fil-lista l-griża. Għax qal li isem Malta qatt ma kellu jittappan minħabba deċiżjonijiet żbaljati tal-Gvern tagħna. Imtappan imma, moħħu, ħa la ħarġet. U kompla jgħid li hu, jiġifieri Bernard il-Grech, kellu raġun meta qal li hu possibbli li isem Malta jitneħħa mil-lista l-griża fi tliet xhur mill-elezzjoni ġenerali. Kemm hu ħelu manna daqs tan-nanna, dan il-Kap li għandhom ukoll! Mela kien qed jippjana li jirbaħ l-elezzjoni, pjan li marlu żmerċ għall-aħħar, biex imbagħad imur joqgħod jibki ma’ talFATF biex ineħħu isem Malta mil-lista, imbagħad jiġi jiftaħar li mnalla kien hu biex Malta titneħħa minn din l-imniefaħ lista u kemm hu tajjeb u skoss inċens għalih u mirra għal-Laburisti. Sekonda ħa nieħu nifs. Mhux għax ktibt dan kollu f’nifs wieħed u żvugajt biss, imma għax dan il-bniedem jaqtagħli nifsi jien. Ħdejh, Melda tiegħi ċilindru tal-ossiġnu. U biex qed ngħid hekk, ci vuole e! Bħal ma jaqtagħli nifsi l-Bejrut. Li basta jilbes il-kullar imma wiċċ Alla żgur mhux se jarah. Staqsa din il-ġimgħa jekk hux possibbli li jkollna Xandir tal-Istat li jkun ġust. U kkwota of all poo, ix-Shitnews, jew l-anti-Labour akkost ta’ kollox news. Ara kif persuna li jmexxi kruċjata kontra l-Labour, bil-kamra tal-aħbarijiet li għandu b’kollox, jista’ jitkellem fuq x’inhu fair jew x’mhux fair, Sur Editur! Nesa żmien il-PeNe fil-Gvern dan Bejrut! Meta l-PeeBeeEss kien każin tiegħu u tagħhom. Ħa nħalliha hawn, din. Xi darba, jekk is-Sinjur jagħtini l-għomor, nikteb xi ħaġa fuqha. U kemm ħaduha bi kbira għax Giglio qal il-verità fuq Efimova! Ġieżuġież, kif qalgħulu ċ-ċappetti lil Giglio! Kif qabeż Karol l-Aquilina, li ħuh huwa dak li jmexxi lil dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika! U kif qabeż Davidgħarukaża, dak li ħabib maffimova! L-aqwa li jiftaħru b’aktar ħidma għall-ġid tal-PeNe. Għall-ġid ta’ dawk li jiddettaw x’għandu jsir f’dan il-partit imma. U mhux qed ngħid għal dak li miġbud bl-ispag, Bernard il-Grech. Ilbieraħ, Sur Editur, għalaq il-perjodu tal-espressjoni ta’ interess għal dawk interessati fil-kariga ta’ Viċi Kap tal-ispagu. Dan qed isir fl-isfond tal-għajta tal-PeNe li l-Partit Nazzjonalista b’kuraġġ u b’determinazzjoni qed jappella lil dawk kollha li jemmnu li f’pajjiżna hawn bżonn Oppożizzjoni b’saħħitha u biex tissaħħaħ fi gvern alternattiv. Din qaluha meta bdew jitkarrbu għall-ġbir tal-fondi. Malta kollha temmen li f’pajjiżna hawn bżonn ta’ Oppożizzjoni sura, Sur Editur! Għall-ġid ta’ pajjiżna stess. Imma jrid ikun hemm ir-rieda ta’ dawk li jiffurmaw il-partit tagħhom, biex jagħmlu minnu Oppożizzjoni li tkun sura. Mhux bil-ġbir tal-fondi. Imma bl-aġir responsabbli, b’politika li mhix marbuta mal-passat, b’politika li ma tkunx waħda partiġjana, b’membri li ma jħossuhomx l-alla Griegi fuq il-partit tagħhom. Għad-dieħla!


17

19.06.2022

SANTI TA’ 200 SENA F’WIRJA FL-IMQABBA Diversi kollezzjonijiet ta’ santi tal-qaddisin, inklużi xi wħud li jmorru lura mal-200 sena, jinsabu għall-wiri fis-sede tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V fl-Imqabba sal-lum il-Ħadd. Fost l-esibiti, li wħud minnhom imorru lura għas-Seklu 19, hemm santi magħrufa bħala inċiżjonijiet, dawk tal-bizzilla, tal-pizzi u taċ-ċikwejra. Ma’ dawn hemm ukoll serje ta’ santi Taljani li jmorru lura għall-ħamsinijiet u kollezzjoni ta’ statwi tal-qaddisin.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Id-dħul għal din il-wirja rari, li ilha miftuħa minn nhar l-Erbgħa, hu bla ħlas u qed tiġi kkordinata minn Leonard Azzopardi u Christopher Ciantar bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija. Bħall-festi l-oħrajn tradizzjonalli, din se tkun qed tiġi ċċelebrata xahrejn oħra għall-ewwel darba wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-pandemija. Aktar tagħrif fuq il-paġna soċjali tas-soċjetà (www.facebook.com/santamarija).


18

19.06.2022

STUDJU UNIVERSITARJU IMPORTANTI FUQ L-ALS Il-Motor Neuron Disease jew MND hu l-isem mogħti lil grupp ta’ mard li jaffettwa ċelloli speċjali fil-moħħ u fil-korda spinali, li jikkontrollaw il-muskoli. Il-mewt ta’ dawn iċ-ċelloli speċjali, jew motor newroni, twassal għal dgħufija u ħela tal-muskoli, li tikkawża telf ta’ mobbiltà firriġlejn jew diffikultajiet fin-nifs u t-taħdit. Amyotrophic Lateral Sclerosis (ALS) u Spinal Muscular Atrophy (SMA) huma ż-żewġ MNDs l-aktar komuni f’età adulta u fit-tfulija, rispettivament. L-SMA u persentaġġ żgħir ta’ każi ALS huma kkawżati minn fatturi ġenetiċi. F’dan ir-rigward, il-bdil fl-istruttura tal-ġeni jew difetti fid-DNA jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra u l-marda jingħad li tintiret. Dan it-tagħrif ksibtu mingħand il-Professur Ruben Cauchi, Kap tal-Laboratorju tal-MND fl-Università ta’ Malta. Minn CHARLES B. SPITERI

Il-Professur Cauchi spjegali li l-laboratorju qed jistudja ġeni magħrufa u mhux magħrufa, li jikkawżaw jew jimmodifikaw l-MND. Bosta minn dawn il-ġeni jipproduċu proteini li huma espressi f ’kull ċellula tal-ġisem, fejn iwettqu rwol kruċjali ta’ housekeeping. F’dan ir-rigward, mistoqsija ewlenija fir-riċerka, hi għaliex it-tfixkil ta’ dawn il-proteini jikkawża deġenerazzjoni selettiva tas-sistema newromuskolari. L-għarfien miksub hu l-ewwel pass kruċjali li jwassal għas-sejba ta’ kuri effettivi. Il-laboratorju tal-MND jospita l-Biobank Nazzjonali tal-ALS, li hi ġabra unika ta’ kampjuni tad-demm ta’ pazjenti bl-ALS, akkumpanjati minn informazzjoni klinika dettaljata. Din ir-riserva speċjali tippermetti lir-riċerkaturi preżenti u futuri, jiskopru ġeni kawżattivi u ġeni li jimmodifikaw is-severità tal-marda permezz ta’ analiżi tad-DNA tal-pazjenti, li hi l-pjan tal-ħajja. L-identifikazzjoni ta’ dawn il-ġeni tista’ twassal għal mogħdijiet ta’ mard li għalihom jistgħu jiġu żviluppati kuri effettivi. Ir-riċerka fuq kampjuni u tagħrif miġbur mill-Biobank Nazzjonali tal-ALS ta’ Malta wrew li l-pazjenti tal-ALS Maltin, għandhom għamla ġenetika unika meta mqabblin mal-kontropartijiet Ewropej tagħhom. Barra minn hekk, individwi involuti f ’xogħol fiżiku tqil, instab li kellhom riskju akbar li jiżvi-

luppaw l-ALS, għax hemm xhieda ta’ rabta bejn storja ta’ attività fiżika intensa u din il-kundizzjoni newroloġika. Proġett ta’ riċerka ġenetika Il-laboratorju Malti qed jikkontribwixxi bil-kbir għallProġett MinE, li hu proġett internazzjonali ta’ riċerka ġenetika fuq l-ALS, li għandu l-iskop li jifhem il-bażi ġenetika kkumplikata tal-ALS. Għal riżultati ta’ suċċess, dan il-proġett jeħtieġ għadd enormi ta’ profili tad-DNA. Għalhekk, il-Proġett MinE għandu l-iskop li janalizza d-DNA ta’ mill-inqas 15,000 pazjent tal-ALS u 7,500 controls (individwi li m’għandhomx il-marda tal-ALS) li jaslulhom minn pajjiżi madwar id-dinja, inkluża Malta. Il-Professur iħeġġeġ u jistieden lil min ibati mill-ALS,

biex ikun parti minn din l-inizjattiva globali. Dawk milqutin jistgħu jikkuntattjaw lil-laboratorju, fejn l-informazzjoni mogħtija tinżamm f ’kunfidenzjalità assoluta. Ta’ min isemmi li l-laboratorju jinsab fuq quddiem fir-riċerka mmirata biex tifhem il-mekkaniżmi tal-MND. Ix-xogħol fuq il-kumpless SMN-Gemins ippermetta lir-riċerkaturi jagħmlu sejbiet eċitanti ġodda matul is-snin. Importanti li s-sejbiet jindikaw il-possibbiltà li MNDs differenti jaqsmu mekkaniżmu ta’ mard simili. Skoperta tal-ġeni Il-laboratorju tal-Università ta’ Malta imbarka fuq studju kbir fit-tul, li se jiżvela s-sett komplet tal-ġeni li jinfluwenza s-saħħa tas-sistema newromuskolari. Bl-użu

tad-dubbiena tal-frott, li l-laboratorju juża bħala organism model, ix-xjentisti se jolqtu aktar minn 15,000 ġene biex jidentifikaw dawk li jimmodifikaw is-sintomi tal-MND. Ġeni misjuba jistgħu jkollhom sehem importanti fil-mekkaniżmi talmard tal-MND. S’issa, instabu żewġ ġeni ewlenin, li identifikaw il-funzjoni tagħhom. Għalhekk kisbu l-privileġġ li jsemmuhom ‘Valette’ u ‘Gaulos’ – tal-ewwel għas-saħħa fil-muskulatura u tat-tieni għall-forma tal-espressjoni tagħha fl-embrijun li tixbah dik ta’ bastiment. L-istudju tar-riċerkaturi Maltin jista’ jieħu s-snin biex jitlesta iżda hu mistenni li jiżvela ġeni ġodda marbutin mal-MND jew l-ALS. Xi wħud jistgħu jservu bħala miri potenzjali għall-mediċina li twaqqaf jew tnaqqas il-kollass progressiv tas-

Ir-riċerka fuq kampjuni u tagħrif miġbur mill-Biobank Nazzjonali tal-ALS ta’ Malta wrew li l-pazjenti tal-ALS Maltin, għandhom għamla ġenetika unika meta mqabblin mal-kontropartijiet Ewropej tagħhom

saħħa tal-muskoli f ’pazjenti bl-MND. Konnessjoni ta’ diversi ġeni li jikkawżaw l-ALS Il-bdil fl-istruttura tal-ġeni bħal C9orf72, SOD1, TDP-43 u FUS huwa responsabbli għal persentaġġ kbir ta’ każi tal-ALS bi storja familjari. Permezz ta’ investigazzjonijiet fuq id-dubbien tal-frott li għandhom difetti f ’dawn il-ġeni, u allura għandhom is-sintomi tal-ALS, il-laboratorju Malti kien kapaċi jidentifika ġene li possibbilment tikkawża deterjorament tas-sintomi. Il-ġene, bl-isem Gemin3, tipproduċi enżima li toffri lir-riċerkaturi l-possibbiltà li jirfinaw il-funzjoni tagħha biex ittejjeb is-sintomi tal-ALS. Is-sejbiet tal-laboratorju mmexxi mill-Prof Cauchi jindikaw koinċidenza fil-mekkaniżmi li jikkawżaw il-marda tal-ALS meta ġene differenti jiġu milquta. Bħalissa, it-tim ta’ riċerkaturi qed jiddetermina jekk l-immirar ta’ atturi multipli fil-mogħdija mikxufa minn Gemin3 jistax itejjeb l-ALS; riżultat li potenzjalment jista’ jwitti t-triq għall-iżvilupp ta’ kuri li huma effettivi għal firxa wiesgħa ta’ pazjenti blALS. Ir-riċerkaturi Kif kont l-Università ħadt l-okkażjoni nitkellem mal-erba’ riċerkaturi preżenti u mingħandhom ħadt din l-in-


19

19.06.2022

Il-grupp li qed jaħdem fuq il-proġett

formazzjoni: Dr Rebecca Borg: Bħala riċerkaturi jaħdmu man-newroloġi u nies kliniċi. Din il-kollaborazzjoni ssir biex jidentifikaw pazjenti ġodda bl-ALS, li jistgħu jżidu fil-Biobank tagħhom. Ir-riċerkaturi jmorru huma stess fid-djar tal-pazjenti, biex ikunu jistgħu jeżaminaw aktar millviċin, il-ħila fiżika tagħhom u jeħdulhom ukoll kampjun tad-demm. Il-Biobank tagħhom hu kruċjali biex jistabbilixxu l-karatteristiċi tal-pazjenti bl-ALS f ’Malta. S’issa jista’ jingħad li f ’pajjiżna qed ikun hawn madwar 11-il pazjent ġdid blALS fis-sena u bħalissa hawn 15-il persuna milqutin blALS. Dan ifisser li l-inċidenza u l-prevalenza tal-ALS fostna, huma simili għal pajjiżi Ewropej oħrajn. Skont Dr Borg, il-maġġoranza tal-pazjenti bl-ALS f ’Malta huma rġiel u minn riċerka li diġà saret instab ukoll li l-maġġoranza tal-pazjenti ħassew l-ewwel sintomi fl-età ta’ madwar 65 sena. Ħafna drabi, dawn is-sintomi jinkludu dgħufija fis-saqajn u fl-idejn. Sfortunatament il-marda ġieli twassal biss sa ħames snin minn meta jinstab l-ewwel sintomu, għalkemm ċerti pazjenti kapaċi jgħixu bil-marda għal tul ta’ żmien. Interessanti jkun innutat li l-karatterestiċi li r-riċerkaturi sabu fil-pazjenti f ’pajjiżna huma simili għal dawk ta’

oħrajn f ’pajjiżi viċin tagħna. Dr Borg kompliet tgħidli li l-kampjuni tad-demm li jittieħdu mill-pazjenti, huma sors importanti ħafna għar-riċerkaturi, għax minnhom jiġbru informazzjoni unika. Meta l-kampjuni jaslu fil-laboratorju tagħhom, ikunu pproċessati, biex wara jiġu ffriżati f ’temperaturi baxxi ħafna. B’hekk dawn ikunu jistgħu jiġu eżaminati wkoll fil-futur, fejn possibbilment ikun hawn teknoloġija aktar avvanzata minn dik preżenti. Mill-kampjuni tad-demm, ir-riċerkaturi rnexxielhom jiskopru d-DNA unika ta’ kull pazjent, u r-riżultati li nstabu s’issa kienu ta’ sorpriża għalihom; peress li l-erba’ ġeni li huma magħrufin li jkunu difettużi f ’pazjenti bl-ALS ma kinux affettwati fil-pazjenti Maltin. Minflok, sabu difetti f ’ġeni li normalment rari jinstabu f ’pazjenti oħrajn Ewropej. Maia Farrugia Wismayer: Qaltli li r-riċerka li wettqu fl-Università wriet li 4% talkażi tal-ALS lokali għandhom kawża ġenetika. Dan il-persentaġġ hu ferm ikbar hawn Malta milli f ’pajjiżi barranin u għalhekk jista’ jkun ikkonfermat li l-ġenetika tagħna l-Maltin hi unika. Madankollu, qaltli li ma jridux jinsew lill-kumplament tal-pazjenti li jbatu blALS, fejn il-kawża tal-marda tagħhom aktarx mhix ġenetika, iżda ambjentali.

Peress li bħala adulti, il-Maltin iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom fil-post tax-xogħol, ir-riċerkaturi ma setgħux ma jistaqsuhomx il-mistoqsija ovvja: “Hi ħaġa possibbli li ċerti xogħlijiet, jistgħu jżidu r-riskju talALS?” Maia qaltli li biex ikollhom it-tagħrif meħtieġ, ġabru informazzjoni mill-postijiet tax-xogħol tal-pazjenti li jbatu minn din il-marda u apparti minn hekk, ġabru l-istess informazzjoni mingħand nies li m’għandhomx l-ALS. Dawn tal-aħħar jissejħu controls. Iżda biex l-informazzjoni miksuba titqabbel perfettament mal-pazjenti tagħhom, il-controls riedu jkunu tal-istess ġeneru, jgħixu fl-istess lokalità u jkollhom l-istess età. Mill-istudju li sar inħolqot statistika li turi li n-nies li jagħmlu xogħol manwali intensiv tul ħajjithom, għandhom riskju doppju li jiżviluppaw l-ALS. B’hekk jista’ jingħad li l-attività fiżika intensiva, hi relatata mal-ALS. Din ir-riċerka tikkonferma oħra li saret barra minn xtutna. Permezz tagħha rriżulta li plejers tal-isport professjonali, għandhom riskju ogħla li jiżviluppaw l-ALS. Fil-fatt, fl-Amerka, l-ALS hi magħrufa bħala l-Lou Gehrig Disease, għall-player leġġendarju tal-baseball Lou Gehrig, li sfortunatament miet b’din il-marda kiefra. Nistgħu ngħidu wkoll li

l-attività fiżika intensiva ikkombinata mal-ġenetika, jistgħu jżidu r-riskju li dak li jkun jiżviluppa l-ALS. Rebecca Cacciattolo: Semmietli li l-maġġoranza tal-kura li qed tkun żviluppata għall-marda tal-ALS hi mfassla fuq l-erba’ ġeni li normalment insibuhom affettwati f ’persuni bl-ALS. Dawn jissejħu C9orf72, SOD1, TDP-43 u FUS. Iżda skont ir-riċerka Maltija jidher li dawn il-ġeni mhumiex affettwati fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti Maltin li jsofru bl-ALS. Għaldaqstant il-kura li qed tinħoloq internazzjonalment, x’aktarx li ma jkollhiex effett fuq il-pazjenti Maltin, għax il-ġeni li kkawżat l-ALS fil-pazjenti Maltin huma differenti minn dawk ta’ pazjenti barranin. Minħabba f ’hekk, fil-laboratorju, qed jistudjaw il-ġeni li huma affettwati fil-pazjenti Maltin bl-ALS. Dawn il-ġeni mhumiex relevanti globalment għax jaffettwaw numru verament żgħir ta’ pazjenti bl-ALS fid-dinja, iżda flimkien ma’ riċerkaturi oħrajn, qed naħdmu biex niżviluppaw kura li tolqot ukoll lil dawn il-ġeni. Rebecca Cacciattolo kompliet tfehemni li biex ir-riċerka tkun possibbli, huma jagħmlu użu mid-dubbien tal-frott, li ilhom ikunu użati fil-laboratorju tar-riċerka għal iktar minn 100 sena. Fil-fatt, id-dubbiena tal-frott hija l-aktar organiżmu li qatt

ġie studjat b’mod intensiv għar-riċerka, u hi wkoll irraġuni għaliex ħafna sejbiet differenti li saru permezz ta’ dan l-organiżmu kienu mmeritati l-Premju Nobel, bis-saħħa tagħha. Tajjeb jingħad li l-ġenetika tad-dubbiena tal-frott hi simili ħafna ma’ dik tagħna l-umani u għalhekk, dak li jiskopru fid-dubbiena talfrott, jista’ jkun applikat għalina l-bnedmin. Ir-riċerkatriċi żiedet tgħidli li kulħadd jaf kemm id-dubbien tal-frott huma ħfief biex itiru u ħafna huma dawk li ppruvaw jaqbdu xi waħda u ma rnexxilhomx. Mistoqsija x’jagħmlu b’dawn l-insetti fil-laboratorju tagħhom, hi qaltli li jnaqqsulhom il-funzjoni tal-ġeni u jaraw jekk fihom jirriżultawx is-sintomi tal-ALS jew le. Jekk ikollhom dawn is-sintomi, ma jkunux jistgħu joħorġu mit-test-tubes tagħhom u ħafna drabi ma jkunux jistgħu jtiru. B’hekk ikunu jistgħu jiskopru għaliex l-istess insett ma jkunx jista’ jtir iktar u jidentifikaw il-mekkaniżmu li qed jikkawża dik id-dgħufija fil-insett. Temmet tgħidli li jekk imbagħad jirnexxilhom isibu kura għal dawk l-organiżmi li mhumiex kapaċi jtiru, ikunu għamlu pass ieħor ’il quddiem biex isibu kura għall-pazjenti umani li qed isofru millALS. Dr Paul Herrera: Irrakkuntali li l-iskop tal-proġett tiegħu fi ħdan il-laboratorju tal-Professur Cauchi hu li jifhmu aħjar il-funzjoni talACE2 bħala receptor. Din hi riċerka differenti mid-direzzjoni ġenerali tal-laboratorju imma li hi utli fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. Is-sinifikat ta’ dan ir-receptor, żdied ħafna matul il-pandemija, għax sar magħruf li l-Coronavirus jidħol fiċ-ċelloli tagħna billi jaqbad mar-receptor. Għalhekk kien ta’ importanza kbira għar-riċerkaturi, li jkunu jafu kif jaħdem ir-receptor. Paul qalli li fl-istudju li jwettqu, jużaw id-dubbiena tal-frott bħala annimal mudell, fejn ivarjaw il-livell tar-receptor permezz tal-ġenetika. B’dan il-mod itejbu l-għarfien tagħhom fuq jekk iċ-ċelloli jistgħux jiffunzjonaw tajjeb xorta waħda b’livelli aktar baxxi tar-receptor. Ir-riċerka fil-laboratorju tal-MND fl-Università ta’ Malta hi preżentament finanzjata mill-Programmi ta’ Riċerka Eċċellenti tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Università ta’ Malta.


20

19.06.2022

SAN PAWL TAT-TARĠA FIN-NAXXAR Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Nagħmluha ċara mill-bidu; il-kappelli l-isem proprju tagħhom xorta jibqa’ knejjes. L-istoriku Pawlu Catania jgħid, li dan huwa żball li għax knisja żgħira ngħidulha kappella. Jisħaq li l-kappelli huma l-altari fil-ġnub ġol-knisja nnifisha u dawn ikunu ddedikati lil xi qaddis partikolari jew lill-familja mqaddsa; eżempju l-artal tad-Duluri, mela l-Kappella tad-Duluri. Waħda mill-kappelli sbieħ u magħrufa anke minħabba isimha, hija dik li jgħajtulha bl-isem ta’ “San Pawl tat-Tarġa”. Din il-kappella tilmaħha inti u tiela’ minn Burmarrad jew mis-Salini lejn in-Naxxar mit-telgħa magħrufa bħala “t’Alla u Ommu”. Oriġini Ma nafux eżatt meta nbniet l-ewwel kappella f ’dan

il-lokal, iżda nafu żgur li din li qed nitkellmu dwarha, kienet antika ħafna u nsibuha msemmija saħansitra fir-rapport iddettaljat li għamel id-Delegat Appostoliku Mons. Pietru Dusina fl-1575, waqt żjara pastorali, li kien għamel f ’dan ir-raħal tan-Naxxar. Fir-rapport tiegħu l-Isqof

Pietru Dusina kien innota li kienet diġà teżisti waħda ddedikata lill-konverżjoni ta’ San Pawl. Huwa jgħid li kienet fin-nofs tar-raħal, iżda nafu li kienet eżattament f ’Ħal Miselmiet, allura fuq San Pawl tat-Tarġa. Forsi kien qed jifhem f ’nofs dan ir-raħal ċkejken. Wara kollox minn dejjem kien meq-

jus raħal għalih, saħansitra llum issib nies li flok jgħidu li huma min-Naxxar direttament, jgħidulek li huma minn San Pawl tat-Tarġa. Madanakollu, San Pawl tatTarġa huwa parti integrali min-Naxxar. F’din l-akkwata, fir-rapport imsemmi ta’ Dusina, jingħad li kien hemm mal-100 ruħ jgħixu

Bħall-bniedem, anke l-bini għandu stejjer x’jirrakkonta. Hemm miktub li fl-1618 l-Isqof Balthassar Cagliares, kien semma li din il-knisja kellha daħla perikoluża u kienet anke l-mira ta’ xi vandali li kienu dejjem jagħmlulha l-ħsara tant li minħabba f’hekk kienet ġiet ipprofanata

hemm. Fil-visti pastorali tassnin ta’ wara, din il-kappella terġa’ tissemma u nafu li fl-1615, l-Isqof Balthassar Cagliares, kien innota li l-pittura li kien hemm fil-kappella kellha bżonn ir-restawr. Fil-vista pastorali ta’ tliet snin wara huwa jinnota li l-pittura ta’ San Pawl kienet ġiet impittra mill-ġdid. Bħall-bniedem, anke l-bini għandu stejjer x’jirrakkonta. Hemm miktub li fl-1618 l-Isqof Balthassar Cagliares, kien semma li din il-knisja kellha daħla perikoluża u kienet anke l-mira ta’ xi vandali li kienu dejjem jagħmlulha l-ħsara tant li minħabba f ’hekk kienet ġiet ipprofanata. Il-vandaliżmu donnu fenomenu ta’ dejjem mhux tal-lum biss. Anzi, pjuttost li l-knejjes u l-kappelli jgawdu rispett mill-poplu llum il-ġurnata, mhux għax biss huma postijiet reliġjużi, imma anke minħabba l-wirt ta’ valur fi-


21

19.06.2022

hom infushom. Imma ta’ ħasra kbira, din il-kappella sfat anke mwaqqa’. Jintqal li l-pittura, flimkien mal-obbligazzjonijiet tal-kappella, ġew trasferiti għall-altar maġġur tal-knisja parrokkjali. Interessanti hu l-fatt li l-Isqof ordna li kellu jinbena salib fil-post fejn kienet il-kappella, bħalma ġeneralment kien isir biex juri li kien hemm kappella jew knisja. Meta l-istess Isqof żar in-Naxxar fl-1628 huwa nnota li l-kappella kienet imwaqqgħa.

Bil-mod il-mod persuni oħra bdew iħallu lill-kappella għotjiet f’forma ta’ għelieqi jew djar, li mid-dħul tagħhom kienet tgawdi l-kappella, jew xi somma flus bħala kapital li tagħhom il-prokuratur tal-kappella kien jiġbor l-interessi

Mill-ġdid, il-kappella terġa’ ssib ruħha kważi fl-istess post ... Maż-żmien, proprju lejn l-aħħar tas-seklu 17, fi żmien il-Kappillan Dun Ġwann Dumink Mifsud, inbniet kappella oħra mhux tant ’il bogħod mill-antika. Din id-darba ġiet iddedikata lin-Nawfraġju ta’ San Pawl. Din hija l-kappella li hemm illum. Il-bini ta’ din il-kappella x’aktarx li nbeda fl1690. Nafu li fl-1696 kienu waslu sa fuq il-blata tal-bieb, liema data għadha tidher sal-lum. Il-bini kien lest fl-1699. Dan jikkonfermah l-Isqof Davide Cocco Palmieri fir-rapport dettaljat li għamel, waqt vista pastorali li kien għamel f ’dik is-sena. Hu kien irrapporta li din il-knisja kienet għadha kemm inbniet millġdid u li kienet tinsab finnaħa ta’ Miselmiet; li kien bħal irħajjel ieħor fin-Naxxar stess li dak iż-żmien, kien jismu Casal Nasciaro. Il-Binja Il-knisja issa kellha artal tal-ġebel u fuqu, bejn żewġ kolonni skolpiti tal-ġebel, kien hemm pittura tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Barra minn dawn, kien hemm żewġ pitturi oħra fuq il-bibien tas-sagristiji, li kienu juru lil San Ġwann Battista u lil San Pietru marbut bil-ktajjen. L-Isqof Giacomo Cannaves fl-1716 jagħti aktar informazzjoni fuq din il-pittura. Huwa jgħid li kienet tirrapreżenta lil San Pawl iżomm serp f ’id waħda u numru ta’ figuri madwaru. Il-pittura kellha wkoll l-armi tal-familja Testaferrata u Bonelli, u x’aktarx kienet mogħtija mis-Sinjura Theresie Testaferrata Bonelli. Jgħid ukoll li t-tabernaklu li kien fuq l-altar tal-knisja kien iddekorat

b’pittura tal-Madonna. Tajjeb li ngħidu li din il-pittura sa ftit żmien ilu kien maħsub li kienet ta’ Francesco Zahra. Illum nistgħu ngħidu li hija ta’ Giuseppi Arena. Iżda nafu wkoll li fis-sena 1747 Francesco Zahra kien għal xi raġuni mess din il-pittura u żied xi figuri fiha. Dan ħareġ mir-restawr li sar dan l-aħħar fuq din il-pittura. Din l-azzjoni ma tantx għadha tinżel tajjeb illum il-ġurnata għaliex l-artist oriġinali għandu jitħalla bl-idea li jkun ħoloq hu stess mingħajr ma żżid ideat ta’ nies oħra. Fil-bidu kienu jintużaw il-paramenti sagri tal-knisja parrokkjali, iżda maż-żmien il-kappella bdiet tkun armata sew. Dan kien possibli bil-ġenerożità tal-poplu, kif ukoll minn għotjiet partikulari ta’ individwi. Bil-mod il-mod persuni oħra bdew iħallu lill-kappella għotjiet f ’forma ta’ għelieqi jew djar, li mid-dħul tagħhom kienet tgawdi l-kappella, jew xi somma flus bħala kapital li tagħhom il-prokuratur tal-kappella kien jiġbor l-interessi. Hekk, pereżempju, diġà fl-1698 Vincenzo Gauci kien ħalla mandretta (“mandretta” hija kelma mnissla mill-kelma “mandria” li hi kamra fejn jitqiegħdu l-bhejjem, jew razzett żgħir. Din il-kelma tintuża fil-kuntratti llum ukoll) viċin il-kappella bl-obbligu li jinxtegħel il-lampier kull nhar ta’ Sibt u jsiru l-Vespri u quddiesa kantata f ’jum il-festa. L-istatwa tal-ġebel ta’ San Pawl li hemm quddiem il-kappella saret fi żmien Dun Ġwann Mifsud, eżattament fl-1770 bi flus il-poplu. Fis-17 ta’ Settembu tal-ist-

ess sena Dun Ġwann kien għamel talba biex tingħata indulġenza ta’ 40 jum għal kull min jitlob quddiem l-istatwa ta’ San Pawl. Jingħad ukoll li din l-istatwa saret proprju fejn jgħidu li San Pawl kien jipprietka u jinstema’ minn Għawdex. Il-Festi Bla dubju, il-festa prinċipali kienet dik ta’ San Pawl fl-10 ta’ Frar. Il-kappella kienet tkun armata bid-damask li kien jiġi misluf jew jinkera. Ħafna drabi kienu jbajdu jew inaddfu l-kappella. Minbarra l-għasar kantat u quddiesa bil-paneġierku li kien jagħmlu ħafna drabi l-kappillan tan-Naxxar, f ’jum il-festa kienu wkoll jisparaw il-maskli. Fil-kontijiet ta’ din il-kappella wieħed jiltaqa’ ma’ ħlasijiet għal suffarelli, irdieden, u murtali minbarra l-maskli. Kienet issir festa kompluta. Fi snin aktar ’il quddiem, ngħidu aħna fil-bidu tas-seklu 19, bdiet issir ukoll fjakkolata. Il-murtali kienu bdew jinqatgħu. Minbarra l-festa titulari, fil-kappella kienet issir festa oħra bil-kbir ukoll. Din kienet il-festa tal-Madonna tal-Bon Kunsill li kienet issir fil-Ħadd ta’ wara l-festa tal-Vitorja f ’Settembru. Kien isir l-istess bħal fil-festa ta’ San Pawl, bil-paneġierku, it-tiżjin tal-kappella u l-ħruq tan-nar. Riċenti Wara l-mewt ta’ Dun Ġwann Debono laħaq prokuratur Dun Ġużepp Sammut. Ftit wara li laħaq dan il-prokuratur għamlu d-dawl elettriku mar-raħal kollu u allura

fil-kappella wkoll. Fl-1960 saru l-festi ċentinarji Pawlini ma’ Malta kollha. U ma naqasx li jsir xi ħaġa f ’din il-kappella wkoll, li wara kollox hija marbuta mat-tradizzjoni Pawlina. Kienet saret quddiesa Pontifikali mill-Kardinal Perrin fil-pjazza ta’ quddiem il-kappella. Il-kwadru titulari, xogħol mill-isbaħ li llum nattribwixxuh lil Giuseppe Arena, kien ukoll ittieħed għall-wirja Pawlina li kienet saret b’xogħlijiet minn Malta kollha. Devot kbir tal-kwadru kien il-Professur Guido De Marco li jingħad li darba lmenta li dan kien tneħħa u ttieħed fil-Knisja l-kbira ta’ Marija Bambina. Bis-saħħa t’hekk, dan reġa’ lura f ’din il-kappella u minflok, sar ieħor għall-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar. Mas-snin 60 tas-seklu 20 bdiet era ġdida għall-kappella. Il-Markiż John Scicluna, li issa kien qed jgħix fil-villa tiegħu f ’San Pawl tat-Tarġa, kien għamel fondazzjoni perpetwa biex issir il-quddies fil-kappella kull nhar ta’ Ħadd u fil-festi kmandati. Għall-ewwel snin kienu jiġu patrijiet Kapuċċini jqaddsu kull nhar ta’ Ħadd, imbagħad mill-1973 bdew iqaddsu l-Ġiżwiti, kif għadhom sal-lum. Fl-1963 il-Markiż għamel legat ieħor biex tibda ssir quddiesa nhar l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Il-Markiż ma waqafx hawn. Nistgħu ngħidu li issa hu kien il-padrun ta’ din il-kappella u għamel għaliha dak kollu li kien hemm bżonn. Il-kappella ġiet imbajda minn ġewwa u saru bankijiet ġodda. Wara l-Konċilju Vatikan II, sar altar ġdid talirħam abjad maħdum fuq

erba kolonni f ’għamla ta’ mejda. Dan kien ġie kkonsagrat mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-24 ta’ Novembru 1968. Sar tabernaklu ġdid, eżattament taħt il-pittura tat-titular, li ħa post il-kwadru antik tal-Madonna tal-Bon Kunsill. Dan sab postu fil-ġenb. Minn Ortiset, fl-Italja, ġew l-14-il stazzjon tal-Via Sagra. Inxtraw ukoll sett ġdid ta’ pjaneti stil gotiku, kalċi tal-fidda u pissidi, kif ukoll lampier ta’ metall abjad. Wara l-bieb ewlieni saret antiporta tal-kewba. Saru mbagħad żewġ statwi ġodda ta’ San Ġuda Taddew u ta’ Santa Rita. Dawn kollha kienu donazzjonijiet talMarkiż. Il-ġmiel ta’ (Kappella) Knisja minn barra u minn ġewwa. Jekk wieħed iħares lejn din il-kappella jara li din hija merfugħa fuq zuntier imdaqqas li mil-livell tat-triq iwassal sal-knisja wara li wieħed jitla’ żewġ indani taraġ. Il-post kien magħżul għax jiddomina l-arja ta’ madwaru. Il-faċċata għandha taqsim proporzjonat u eleganti, bi ftit ornament ristrett u meqjus. Żewġ pilastri Doriċi Rumani, jieħdu kważi l-għoli tal-faċċata u jagħtuha definizjoni vertikali. Fuqhom insibu entablatura kompleta, li fuq il-pilastri tesporġi ’l barra magħhom. Irridu ngħidu li dan l-arranġament idur mal-erba’ ħitan tal-knisja. B’hekk tidher aktar imponenti u solida arkitettonikament. Eżatt fin-nofs hemm il-bieb prinċipali ta’ għamla rettangolari mdawwar b’xambrella wiesgħa u sempliċi. Fuq, il-blata titwessa’ ftit aktar biex takkomoda skartoċċ li fuqu għandu l-kitba ‘PER EVANGELIVM EGO VOS GENVI’, li tfisser “Ġibtek fid-dinja biex ixxandar l-Evanġelju”. Fuq l-iskartoċċ hemm arzella żgħira. Jinkuruna dan il-bieb insibu fruntun f ’għamla kważi nofs tond. F’nofs il-ħitan tal-ġnub hemm ukoll żewġ bibien b’din l-għamla imma iżgħar. Fuq dak tax-xellug hemm imnaqqax l-annu 1696. Illum f ’din il-Kappella ssir il-quddies regolarment, iżda bil-bini tas-Santwarju tal-Ħniena Divina ftit ’il bogħod minnha, ħafna mill-attivitajiet li kienu jsiru fiha waqfu. Iżda, sal-lum hija popolari ħafna wkoll mal-għarajjes li jiżżewġu fiha.


22

19.06.2022

MARTIN PORTELLI

MALTI JGĦIX L-AMERKA B’PASSJONI KBIRA GĦALL-IKEL MALTI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf b’Malti li ilu jgħix l-Amerka b’passjoni kbira għall-ikel Malti. Proprjament sirt naf bih waqt li kont qed inqalleb fl-internet, u laqtuni xi ritratti li tella’ online. Malajr għamilt kuntatt miegħu, filwaqt li malli bdejna nitkellmu staqsieni niġux minn xulxin, minħabba li għandna l-istess kunjom, imma sa fejn naf jiena le. Qed nirreferi għal Martin Portelli. Għandu 58 sena, u jgħix fi Franklin County, Virginia, fl-Amerka. Huwa miżżewweġ lil Lottie u għandhom żewġt itfal - Christopher u Jodie. Martin huwa wkoll nannu ta’ tnejn. Jaħdem għal rasu u għandu żewġ kumpaniji tal-ġojjellerija. Iħobb ħafna t-tisjir, il-mużika, jdoqq id-drums, handpans u l-kitarra elettronika, il-camping u jispara bil-pistoli u bil-crossbows. Martin telaq minn Malta fis-sena 1998, fejn mar jgħix l-Amerka sabiex jiżżewweġ u jibda ħajja ġdida hemmhekk. Ftit wara, preċiżament kif rifes l-ajruplan beda jimmissja ħafna lil Malta u l-ikel Malti. “Fil-fatt, kont ser niżżewweġ l-għada li wasalt l-Amerka. Tista’ timmaġina kemm kont

kuntent, eċitat u anzjuż fl-istess ħin. Ma kinitx ser tkun xi vaganza, iżda bidu ta’ triq ġdida f’pajjiż totalment ġdid. Ħallejt kollox warajja – familja, ħbieb, xogħol tajjeb u fuq kollox l-ikel bnin t’ommi,” beda jgħidli fl-introduzzjoni tiegħu. Jiġi iben il-mibkija attriċi veterana Maltija – Ġemma Portelli Fil-fatt, ta’ min isemmi li Martin jiġi iben il-mibkija attriċi veterana Maltija – Ġemma Portelli. Litteralment spjegali li kien mama’s boy. Żvela miegħi li ommu kienet persuna multitasking. “Dejjem kien ikollha x’tagħmel u fejn tmur. Dram-

mi, televixin, radju, private shows u parties. Kollox ma’ kollox xorta kienet issib ħin għal tisjir bnin għall-familja kollha, u ġieli wkoll għall-membri u l-kast ta’ xi produzzjonijiet li tkun qed taħdem. Jien u ommi kellna relazzjoni tajba ħafna. Nammetti ma kinitx ħadet wisq gost meta jien u ibni ta’ sitt snin dak iż-żmien tlaqna lejn l-Amerka. Iżda kienet kuntenta għalija li sa fl-aħħar sibt is-soulmate ta’ ħajti. Għadni sal-lum inżomm kuntatt ma’ sħabi u mal-familjari permezz ta’ Facebook.” Bis-saħħa ta’ martu, peress li taħdem fil-militar, Martin żar u għex f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, fosthom il-Ġappun,

il-Ġermanja, u Hawaii. Fil-fatt, kien iħobb jesperimenta b’diversi ikel tradizzjonali ta’ kull pajjiż li għex fih. Iżda kif qalli hu stess, l-ikel Malti ma jirbaħlu ħadd. “L-aktar platt Malti li ħabbatni xi ftit biex nagħmlu huwa l-fenek. Mhux għax ma nafx nagħmlu, iżda għax hawn fejn noqgħod huwa diffiċli li ssib fniek għall-bejgħ. L-unika darba li rnexxieli nsajjar fenek kemm ili li tlaqt minn Malta kien meta kont il-Ġermanja. Ħaġa tal-iskantament, li aktar ma tkun ’il bogħod minn art twelidek, aktar tibda timmissja l-post u l-ikel tiegħu,” stqarr miegħi Martin. Ta’ min jgħid li l-familja ta’ Martin kollha kemm huma

L-aktar platt Malti li ħabbatni xi ftit biex nagħmlu huwa l-fenek. Mhux għax ma nafx nagħmlu, iżda għax hawn fejn noqgħod huwa diffiċli li ssib fniek għall-bejgħ

dilettanti tat-tisjir, ommu, missieru, oħtu u Martin stess. “Ommi kienet tħobb issajjar l-ikliet, waqt li missieri kien ikollu f’idejh it-tisjir tad-deżerti u l-ħelu. Jien personali mhux dilettant tad-deżerti, imma naf nagħmel tiramisu, kannoli u mqaret tajba mill-bidu salaħħar,” żvela miegħi. Mistoqsi meta l-aħħar li żar lil Malta, Martin infurmani li kien fis-sena 2018, fejn ġedded il-memorji u kiel il-pastizzi, il-ħobż biż-żejt, u l-ħobż talMalti, li kollha ġabulu nostalġija ħelwa. Meta ġie biex jitlaq lura, għamel wegħda miegħu nnifsu li jipprova jagħmilhom it-tnejn. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Minn dejjem kont inħobb il-ħobż tal-Malti. Waqt li kont Marsaskala Malta ma’ marti morna f’ħanut fejn preżentalna xi ħobż biż-żejt. Minn dakinhar ’l hemm iddeċidejt li nibda nagħmel il-ħobż jiena stess. Ħaġa talgħaġeb qatt ma bsart kemm hu faċli li tagħmel ħobż u ftajjar. Ladarba ġewni tajbin, ma ħsibthiex darbtejn u kilthom flimkien ma’ ftit kunserva, żebbuġ u ġbejniet. Naf nagħmel il-ġbejniet ukoll. Maż-żmien ridt li nibda nagħmel il-pas-


08.11.2020 19.06.2022

23

SKEDA ONE 10:00 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25

Espresso ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Popcorn Primetime Preview Better Living

17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:35 22:45 23:30

TNEJN Flimkien ma’ Nancy 20-06 Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Liquorish Music Legends ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:00 17:30

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News What’s Cooking Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd

18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:15 22:50 23:30

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Flip the Venue Il-Willy The Local Traveller ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:40 16:05 16:20 17:00 18:00

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Żona Sport Primetime Preview Pink Panther Eko Djar What’s Cooking

18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:05 22:00 22:30 23:30

ERBGĦA Pjazza 22-06 ONE Sports & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Cash Ride Ħabrikt Flip the venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00 17:30

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Telebejgħ Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf

18:30 19:20 19:30 20:10 20:40 21:40 22:50 23:30

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 12:50 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30

ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse

18:15 19:18 19:30 20:10 20:30 22:30 23:00 23:30

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Brillanti Popcorn Żona Sport ONE News

12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:00 16:25

Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mhux Kemm Taf ONE News Liquorish Omnibus Ħabrikt Flimkien ma’ Nancy

17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 22:15 23:30

Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Flip the Venue Brillanti ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30

ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta

TLIETA 21-06

ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso

ĦAMIS 23-06

tizzi u l-qassatat, u hekk bdejt nagħmel. Il-qassatat huma eħfef biex tagħmilhom,” ikkonferma miegħi Martin. B’daħqa fuq fommu, Martin qalli li l-uniku dispjaċir li għandu huwa li ma jistax jagħmel il-Kinnie. “Il-Kinnie hija x-xarba preferuta tiegħi. Hawn l-Amerka ssib kull soft drink. Naf li l-Kanada jbigħu Kinnie, iżda naf żgur li jekk nordna kaxxa ta’ sitta jaf tiġini tiswa aktar minn flixkun xampanja minħabba l-ispejjeż tax-shipping. Naf li aktarx xi kumpanija Maltija ser tiftaħ fi New York fejn se jkunu qed ibigħu prodotti Maltin. Ninsab anzjuż ħafna biex nara x’ser joffru.” Il-prattika u l-paċenzja huma importanti wisq Martin stqarr miegħi li l-uniku ikel Malti li ħabbtu ftit mhux ħażin biex jagħmlu kienu l-pastizzi. Proprjament aktar it-teknika fixklitu ftit u mhux ir-riċetta, iżda kollox ma’ kollox il-prattika tilgħab parti kbira. Il-paċenzja tilgħab parti tajba mat-teknika wkoll. Normalment Martin iħobb iqatta’ tul ta’ ħin filgħaxija fuq

il-kompjuter jara xi videos talikel. “Narani nirrilassa ħafna. Kemm-il darba nispiċċa nirrepeti l-istess video sakemm nara li nkun ħadt it-teknika. Tant video narah aħjar minn riċetta timxi fuqha, li ħafna Maltin li jgħixu fl-Amerka talbuni ntella’ video tiegħi stess qed nagħmel il-pastizzi, u li filfatt qed nikkunsidra nagħmel. Mistoqsi jekk hemmx aċċess għal xiri ta’ pastizzi l-Amerka fejn jgħix hu, Martin qalli li sfortunatament m’hemmx. Iżda konxju mill-fatt li hemm pastizzi għall-bejgħ ġewwa New Yort, Michigan u Arizona. Minbarra l-pastizzi, Martin infurmani wkoll li ġieli għamel il-qagħaq tal-għasel, l-imqaret u l-kannoli. S’issa għadni qatt ma għamilt il-prinjolata u l-figolli. Finalment, Martin temm din l-intervista billi kkonfermali kemm jimmissja l-ikel Malti. Li jaf żgur hu li aħna l-Maltin meta nkunu nixtiequ l-pastizzi probabilment kemm naqsmu faċċata u nixtru, il-ħobż Malti litteralment iġibuhulna wara l-bieb, filwaqt li min iħobb il-Kinnie faċilment jista’ jżomm xi wieħed jew tnejn fil-fridge.

ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso

SIBT 25-06

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd 11:35 What’s Cooking

06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00

ONE News Niftakru Żona Sport Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Ieqaf 20 Minuta

10:30 12:30 12:35 15:30 15:35 17:30 18:30

Flip the Venue ONE News Maratona Hospice ONE News Maratona Hospice Eko Djar Mill-festa - Siġġiewi

19:25 19:30 20:15 21:00 23:30

ĠIMGĦA 24-06

ONE Sports & Temp ONE News Willy Mill-festa - Siġġiewi ONE News

ĦADD 26-06


24

19.06.2022

reċensjoni tal-ktieb

KAŻ MIFTUĦ Min ma jħobbx jilgħabha tal-investigatur? Misteru – xi serqa, xi attentat fuq xi ħadd – u erħilna nippruvaw insibu l-indizji kollha biex nifhmu min hu l-ħati! Logħba li nħobbuha aħna l-adulti, kif ukoll it-tfal. U proprju għat-tfal issa hemm ktieb mimli każijiet u indizji biex ikunu huma li jsolvu l-każijiet! Każ Miftuħ: Segwi L-Indizji! huwa ktieb-logħba b’9 każijiet, u mas-70 indizju li jgħinu lill-qarrejja jsolvu l-każijiet kollha. L-għors ta’ dan ilktieb hu li tqalleb l-istejjer li fih, u tħaddem rasek biex tħoll it-taħbila wara kull każ. Pereżempju: serqa abbord il-vapur tat-turisti Oasis. Min hu l-ħalliel? Jew inkella, sabotaġġ waqt in-numru tal-akrobata Talirina f ’ċirku famuż. Min qed jipprova jħarbat iċ-ċirku? U wkoll, nirien fl-imħażen ta’ kumpanija. Min qabbdu n-nar, u għaliex? Dawn, u ħafna oħrajn, huma l-każijiet li inti l-qarrej imsejjaħ issolvi. Kull każ fih numru ta’ indizji biex

jgħinuk: daqqa xi affarijiet li l-ħati ħalla warajh fuq ix-xena tar-reat, u daqqa xi logħba bil-kliem jew xi ħjiel ta’ għodda jew ħwejjeġ li jistgħu jgħinuk jiskopri min hu l-ħati. L-idea ta’ dan il-ktieb-logħba ġiet proprju għax-xhur twal tal-vaganzi tas-sajf, fejn it-tfal iridu ħafna biex jedhew u jżommuhom okkupati. U x’hemm aħjar minn ktieb-logħba, li jgħinhom iqattgħu sigħat sħaħ iħabblu moħħhom biex isolvu l-misteri, filwaqt li jkunu qed iħaddmu l-immaġinazzjoni tagħhom kif ukoll jipprattikaw il-ħila tal-qari bil-Malti. Każ Miftuħ: Segwi L-Indizji! kien oriġinarjament ippubblikat Spanja, u issa jinsab ukoll Malta, maqlub għall-Malti minn Noel Tanti u ppubblikat mill-Merlin Publishers. Dan is-sajf, tibda l-investigazzjoni! Każ Miftuħ: Segwi L-indizji! jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew anki online mis-sit merlinpublishers.com b’pustaġġ lokali b’xejn.

Mistoqsija: X’kienet l-idea wara dan il-ktieb logħba? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb KAŻ MIFTUĦ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IĊ-ĊAVETTA TAD-DEHEB huwa:

D.BONNICI - SAN PAWL IL-BAĦAR

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il triq residenzjali ġdida nbniet mill-bidu tas-sena?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: R. CUTAJAR - RAĦAL ĠDID


25

19.06.2022

‘THE .22-CALIBER KILLER’ Joseph Christopher kien magħruf ukoll bħala ‘The Midtown Slasher’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Joseph Christopher kien qattiel tal-massa Amerikan li qatel għadd ta’ rġiel, tifel u darab diversi persuni oħrajn. L-attakki wettaqhom fis-snin 80 fejn l-ewwel beda joqtol b’tiri tannar u wara b’daqqiet b’arma bil-ponta. Fil-fatt, għall-bidu, Christopher ingħata l-laqam ta’ ‘The .22-Caliber Killer’ u mbagħad ingħata l-laqam ta’ ‘The Midtown Slasher’ meta bidel il-metodu tal-qtil. Min kien Joseph Christopher Joseph Gerard Christopher twieled fis-26 ta’ Lulju tal-1955 f’Buffalo, fi New York fl-Istati Uniti. Hu kien l-uniku tifel minn erba’ aħwa. Ommu kienet taħdem bħala infermiera filwaqt li missieru kien ħaddiem tal-manutenzjoni fid-dipartiment tas-sanità ta’ New York. Missieru kien ukoll kaċċatur u hu għallem lil ibnu kif juża l-armi tan-nar u kif jispara. Christopher beda jistudja biex isir mekkanik fil-Burgard Vocational High School iżda wara ftit irriżenja mill-kors. Hu kien deskritt bħala student kwiet u intelliġenti li kien imur tajjeb fil-prattika iżda l-qari kien idejqu. Wara li waqaf mill-iskola, Christopher beda jaħdem diversi xogħlijiet sakemm sab xogħol stabbli bħala ħaddiem tal-manutenzjoni fil-Canisius College. Hu reġa’ mar jgħix mal-ġenituri tiegħu wara li tkeċċa mix-xogħol f’Marzu tal-1979. Sena wara, Christopher, li kien skiżofreniku, prova jidħol għall-kura fiċ-Ċentru Psikjatriku ta’ Buffalo iżda l-ħaddiema qalulu li hu ma kienx ta’ periklu għalih u għan-nies ta’ madwaru. Minflok, huma ssuġġerewlu biex jibda jmur għat-terapija. It-terapija ma jidhirx li għamlitlu ħafna ġid għax ħmistax wara li bdieha, hu qabad joqtol. Il-bidu tad-delitti Christopher beda joqtol fit-22 ta’ Settembru tal-1980 billi qatel tifel u tliet irġiel ta’ karnaġġjon skur f’temp ta’ 36 siegħa. Hu qatilhom b’tiri ta’ arma tan-nar b’kalibru .22 li ħbieha f’borża tal-karti biex ma tagħtix fil-għajn. Il-vittmi kienu Glenn Dunn, li kellu biss 14-il sena, Harold Green ta’ 32 sena u Emmanuel Thomas ta’ 30 sena. Jumejn wara, Christopher qatel lil Joseph McCoy f’Niagara Falls.

Minħabba l-kalibru tal-arma tan-nar, Christopher ingħata l-laqam ta’ ‘The .22-Caliber Killer’ mill-gazzetti. Bejn it-8 u d-9 ta’ Ottubru, Christopher qatel żewġ persuni oħrajn, din id-darba b’daqqiet b’oġġett tqil. Parler Edwards, li kellu 71 sena, u Ernest Jones, li kellu 40 sena, instabu mejtin fil-bagoll tat-taxi tagħhom. Fl10 ta’ Ottubru, Christopher daħal fi sptar f’Buffalo u prova jifga lil Collin Cole. Hu salva għax Christopher ħarab minn fuq il-post hekk kif ra infermiera ġejja. Cole qal li l-aggressur qallu li “ma jaħmilx lis-suwed.” L-attakki waqfu għal ftit hekk kif Christopher inkiteb fl-armata f’Novembru u tpoġġa f’Fort Benning. Xahar wara, hu ntbagħat id-dar għall-vaganzi tal-Milied u reġa’ kompla bil-qtil u bl-attakki. Fit-22 ta’ Diċembru, Christopher qatel erba’ persuni u attakka tnejn oħra. Din id-darba, minflok uża arma tan-nar, Christopher uża arma bil-ponta u taqta’. Dan wassal għat-tieni laqam tiegħu mill-gazzetti, dak ta’ ‘The Midtown Slasher.’ Il-vittmi kienu Luis Rodriguez ta’ 19-il sena, Antone David ta’ 30 sena, Richard Renner ta’ 20 sena u Carl Ramsey. Fl-istess ġurnata li qatel dawn l-erba’

persuni, Christopher attakka lil John Adams ta’ 25 sena u lil Ivan Frazier ta’ 32 sena. Dawn it-tnejn irnexxielhom isalvaw. Fid-29 ta’ Diċembru, Christopher qatel raġel ieħor ta’ karnaġġjon skur, Roger Adams ta’ 31 sena u l-għada qatel lil Wendell Barnes, li kellu 26 sena. Lejlet l-ewwel tas-sena, hu attakka tliet persuni oħrajn iżda dawn salvaw. Fit-18 ta’ Jannar, Christopher irritorna f’Fort Benning fejn kien stazzjonat u attakka suldat ta’ karnaġġjon skur. Dan is-suldat irnexxielu jsalva u qafel lil Christopher f’kamra. Waqt sessjoni ma’ psikjatra, Christopher qal li hu kellu bżonn “joqtol lis-suwed”. Din l-istqarrija wasslet għal tfittxija fiddar tiegħu, fejn l-uffiċjali tal-pulizija sabu evidenza li rabtitu ma’ tliet omiċidji. F’April tal-1981, Christopher ġie arrestat u mixli bi tliet omiċidji. Hu ċaħad dan waqt il-ġuri li seħħ fit-8 ta’ Mejju u d-difiża qalet li hu ma setax jgħaddi ġuri minħabba s-saħħa mentali tiegħu. L-imħallef ma ħalliex lid-difiża tippreżenta evidenza psikjatrika biex issaħħaħ l-argument tagħha u ta sentenza ta’ 60 sena ħabs lil Christopher. Din l-azzjoni wasslet biex is-sentenza ma tgħoddx u b’hekk kellu jsir ġuri ieħor jekk dejjem l-akkużat jinstab li hu stabbli mentalment. Wara erba’ snin sar magħruf li Christopher kien tajjeb biex jgħaddi ġuri u din id-darba,

hu reġa’ nstab ħati u weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs. Waqt li kien f’Attica Correctional Facility, Christopher stqarr li hu wettaq 13-il omiċidju. Christopher miet filħabs fl-1 ta’ Marzu tal-1993 fl-età ta’ 37 sena b’kanċer tas-sider li hu rari ħafna fl-irġiel.

L-attakki waqfu għal ftit hekk kif Christopher inkiteb fl-armata f’Novembru u tpoġġa f’Fort Benning. Xahar wara, hu ntbagħat id-dar għall-vaganzi tal-Milied u reġa’ kompla bil-qtil u bl-attakki


26

19.06.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

19.06.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 439

J.MIFSUD - BIRKIRKARA

Bi 3 NUMRI 046 069 159 179 181 186 217 222 276 308 327 382 425 522 523

532 540 557 650 670 680 709 744 749 882 921 B’4 NUMRI 0052 0334 0566

1298 1610 1664 1724 1820 2770 2825 2833 3429 3452 3765 3923 4017 4953 5045 5736

5964 6768 6797 7152 7276 7744 7855 8217 8403 8406 8557 8572 9618 B’5 NUMRI 11645

12755 15612 20128 23820 26171 36780 41303 60669 65082 67051 68838 77111 78495 79603 84234

B’6 NUMRI 222814 294717 867834 904237 B’7 NUMRI 4954295 6652545 8679028 8784695 B’10 NUMRI 2678865268 5020676702

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: ... Għal kull... hawn mannara(5) 4. Il-plural ta’ ġilda (4) 7,16. Għaddielu ż-żmien (5) WEQFIN: 1. Staġun (6) 2. Frott (3) 3,15. Qattiela? (9) 5,23. Assistent? (7) 6,14. Mhumiex

9,11. 10. 12.

16. 18,17.

Dixxiplinata (5) Meħlus (6) Ix-Xgħajra fejn hemm l-impjant tat-tisfija tad- drenaġġ (6) Ara 7 Difen (5)

8. 11. 12,13. 13. 14.

19. 20. 21. 23. 24.

demokratiċi (9) 15. Mill-Kalkara (9) 17. Ara 9 21. Ordni biex titlaq? (5) 22. Ara 12 wieqfa Ara 6

Karta tal-logħob (3) Qalleb il-ħamrija (5) Welldet żgur (3) Ara 5 Isem (5) Ara 3 Ara 18 Kunjom (3) Irġiel Ingliżi (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Kutra, 4.Kelb, 7,23.Knatan, 9.Nar, 10.Katuba, 12.Tappan, 16.RPA, 18,21 wieqfa.Arusa, 19.Spa, 20.Frodi, 24.Tfief

WEQFIN: 1,11.Kunserva, 2,22.Tirana,3,21 mimduda. Akkuża, 5.Eku, 6.Bla, 8,12 wieqfa. Napprofitta, 13.Par, 14.Nsieni, 15.Kafkaf, 17.Piż


28

19.06.2022

IN-NIES JAFU … Editorjal

Il-Prim Ministru Robert Abela hu l-amministratur u l-persuna ideali biex imexxi l-pajjiż u jkompli jirriformah. Dan kien ipprovat kemm matul il-pandemija tal-aħħar sentejn u fl-aħħar jiem mill-FATF. “In-nies jafu!”

Li l-Prim Ministru Robert Abela hu l-amministratur ideali għal pajjiżna ġie pprovat fit-test tal-pan­demija tal-COVID-19. Ir-riżul­tati minn dak l-aktar eżami iebes fl-aħħar 80 sena, jafhom kulħadd, mhux l-inqas id-differenza bejn is-sitwazzjo­ ni lokali u dik f’diversi pajjiżi li ­jinsabu għarkupptejhom. Li Robert Abela huwa wkoll il-persuna ideali għar-riformi meħtieġa għat-tisħiħ tal-pajjiż għadha kemm ikkonfermatu lbiraħtlula l-Financial Action Task Force (FATF). Bid-deċiżjoni tagħha li tneħħina minn fuq “il-lista l-ġriża”, l-FATF iċċerti­ fi­kat ir-rieda u d-determinaz­z­ joni fit-tmexxija nazzjonali favur l-iżvilupp san tal-pajjiż u ta’ ġensu. Ta’ min ifakkar li tali deċiżjoni minn din l-għassiesa globali hi mnebbħa biss mill-konvinzjoni pprovata tagħha li l-Gvern Malti ħa l-miżuri kollha­ meħtieġa fil-pjan t’azzjoni maqbul sena ilu għat-tisħiħ tal-ġlieda lokali kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriż­mu. It-tibdil ġudizzjarju u ammi­ nistrattiv ma waqafx minuta mindu Abela ħa t-tmexxija

tal-Partit Laburista u l-Gvern ­f ’i­dej­h f’Jannar tal-2020. U anke jekk dawn ma kinux żminijiet faċli għall-ebda ġurisdizzjoni fid-dinja, ir-riżultati kienu iżjed minn sodisfaċenti. F’xi waqtiet kienu u huma saħansitra straordinarji, bħal pereżempju f’kisbiet bħall-akbar tkabbir ekonomiku rreġis­ trat fl-Unjoni Ewropea jew fl-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna, fost oħrajn. U sadanittant il-Prim Ministru ma jiqafx itambar fuq ilħtieġa għal iżjed riformi u tisħiħ, li finalment jissarrfu f’iżjed ġid u għajxien aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Irrepeta dan fl-indirizz tiegħu wara l-aħbar tal-FATF nhar il-Ġimgħa. “Konvint li dan pajjiż li għandu futur sabiħ, illum aktar minn qatt qabel. Dan pajjiż fejn tista’ taħdem, fejn tista’ tinvesti u fejn se tibqa’ ssib ħafna appoġġ biex tkun tista’ taħdem u tinvesti … Għax żammejna l-fiduċja, bqajna nikbru u qed nirkupraw b’saħħa mill-effetti tal-pandemija … Issa l-pajjiż xorta jrid iħares ’il quddiem. Hemm fejn bdejna naslu u allura rridu nsostnu dak li ksibna,

iżda hemm oqsma fejn irridu naħdmu iżjed biex naslu u se nkunu qed naħdmu iżjed biex naslu f’dawn l-oqsma. B’hekk fl-aħħar mill-aħħar ikollna paj­ jiż aħjar. Dak il-pajjiż li tassew jixraq lil uliedna u lilna,” qal Dr Abela wara li tħabbret id-deċiżjoni tal-FATF. Id-determinazzjoni tal-Prim Ministru kienet ukoll riflessa fi kliemu meta fl-aħħar jiem tressqu fil-Parlament l-emendi tal-IVF, li kif imwiegħed qabel l-elezzjoni ressaqhom fl-ewwel mitt jum ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida. Min-naħa l-oħra, l-antiteżi għal din l-enerġija kollha favur iżjed ħidma ta’ ġid u progress tinstab fl-Oppożizzjoni Nazzjo­ nalista, immexxija minn Bernard Grech. Wara l-akbar disfatta elettorali tas-26 ta’ Marzu li għadda, setgħet biss titqan­ żaħ biex tikkonferma lill-Kap innifsu, avolja kien qed itellaq waħdu u dik li kellha tkun elezzjoni sempliċi fost il-kunsillieri tal-PN ġiet estiża fuq ġimgħa u bil-proxy voting. Ilbieraħ ukoll il-PN ikkonfer­ ma l-apatija li tirrenja anke fil-Grupp Parlamentari tiegħu,

tant li ħadd minn ħdanu ma offra li jkun ta’ spalla bħala Viċi Kap. Minflok se jitqanna ­b’Alex Perici Calascione, li sena ilu wkoll warrbu minn Pre­sident tal-Eżekuttiv għal tiġdid intern. Illum li għandna Partit fl-Oppożizzjoni maqsum kif qatt ma kien qabel u li lanqas hu ppreparat biex jiddiskuti żviluppi ta’ importanza nazzjonali bħalma huma l-emendi fil-Liġi tal-IVF, ħadd ma jgħaddilu minn moħħu li jista’ qatt jafdah ikun fuq in-naħa tal-Gvern. Biex nużaw kliem Adrian Delia, “in-nies jafu” lil min jistgħu jafdaw u min jista’ jagħmlilhom il-ġid. Waqt li pubblikament reġa’ fakkar minn xiex għaddewh fil-PN stess u kif l-aħħar riżultat elettorali jivvendikah għall-ġlieda li kellu jgħaddi minn­ha sentejn ilu kontra l-agħar elementi li rrovinaw lill-istess Partit, il-predeċessur ta’ Grech ried biss ifisser li l-poplu mhux ċuċ, kif kienu u għadhom jaħsbu dawk tal-establishment Nazzjonalista. Għalhekk ukoll li Ro­bert Abe­­la u l-Partit Labu­ris­ta llum għandhom l-akbar appoġġ fl-istorja tal-pajjiż li jsost­ni­hom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.