1 minute read

DAWK IL-MALTIN B’IŻJED MILL-PAGA MEDJA RDOPPJAW

Ċifri uffiċjali juru titjib sinifikanti fid-dħul annwali taċ-ċittadini lokali taħt amministrazzjonijiet Laburisti … jonqsu l-ħaddiema fl-inqas faxex ta’ dħul, waqt li jikbru l-klassi medja u dik għolja

Dawk il-ħaddiema Maltin u Għawdxin, li għandhom dħul li jaqbeż l-€20,000 fis-sena u allura jisbqu l-paga medja nazzjonali, irdoppjaw fl-aħħar għaxar snin mindu nbidlet l-amministrazzjoni fil-pajjiż. Fl-istess ħin li dawk li jaqgħu taħt il-livell ta’ €20,000 naqsu b’madwar 14,000 persuna, faxex ta’ ħaddiema b’salarji ogħla minn €25,000, €30,000, €35,000 u €40,000 saħansitra triplaw u kwadriplaw.

Advertisement

Tagħrif ippubblikat fil-Parlament juri kif iżżieda fl-ammont ta’ dawk jaħdmu kienet kompletament f’impjiegi li jħallsu pagi għoljin. Waqt li fl-2012 aktar minn nofs l-impjegati lokali kellhom dħul taħt il-€15,000, id-dħul medju tal-impjegati kiber sal-2021 għal bejn €20,001 u €25,000. Dan ifisser li d-dħul medju ta’ impjegati Maltin kiber b’aktar minn nofs.

Il-ġimgħa li għaddiet analiżi tal-KullĦadd żvelat kif it-tkabbir tal-ekonomija nazzjonali flaħħar għaxar snin ipproduċa 100,000 impjieg full-time ġdid u 23,500 part-time ġdid, b’aktar minn 90% minnhom mal-privat. Iżjed minn nofs dawn l-impjiegi ġodda kienu fl-oqsma tasservizzi professjonali u amministrattivi, tal-informatika u s-servizzi finanzjarji, u tal-gaming, fost l-oħrajn.

Il-politika ekonomika ta’ Gvernijiet Laburisti fl-aħħar snin ħolqot klassi medja ġdida, b’għexieren ta’ eluf ta’ impjegati Maltin li raw żidiet qawwija fid-dħul tagħhom. Fil-fatt, dawk li fis-sena jaqilgħu taħt il-€15,000, inkluż dawk li jaħdmu part-time biss, naqsu b’aktar minn terz mill-2012 ’l hawn. Fl-istess ħin żdiedu b’terz dawk l-impjegati li jaqilgħu bejn €20,001 u €30,000.

Tkompli f’paġna 4

This article is from: