1 minute read

GĦAJNEJN L-ARTISTI

Għażla ta’ pitturi minn artisti differenti li bħalissa jinsabu għall-wiri f’Marsaskala jikxfu s-sbuħija tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar.

Il-pitturi jinsabu fil-Gallerija tal-Arti Rudy Buhler, f’wirja li se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd li ġej, 5 ta’ Marzu. Il-wirja qed tittella’ bil-kollaborazzjoni talbord tal-governanza tal-Park tal-Inwadar, Ambjent Malta u l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.

Advertisement

Tul dawn l-aħħar ġimgħat, 20 artist pittru diversi mkejjen fil-Park tal-Inwadar bl-istili artistiċi individwali tagħhom fejn użaw diversi mezzi differenti, bħall-akkwarelli, żejt fuq it-tila u l-kulur bil-pinna. Għalhekk, kull pittura tesprimi perspettiva artistika unika tal-artist imżewġa mas-sbuħija tal-postijiet jew suġġetti li ġibdu l-attenzjoni tagħhom waqt li kienu fil-Park.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ din il-wirja, fil-preżenza talMinistru għall-Ambjent Miriam Dalli, iċ-Chairman tal-bord tal-governanza, Dr Steve Borg, spjega kif il-ħsieb ewlieni hu li, permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet artistiċi, joħroġ aktar ċar mal-pubbliku l-preġju naturali u storiku li fih il-Park tal-Inwadar, l-akbar park naturali fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Din hi t-tieni sena li qed tittella’ l-wirja tal-arti, bil-għan li tiżdied ukoll l-għożża ta’ dan il-park naturali mill-pubbliku inġenerali. Wara kull wirja, il-bord iżomm kopja diġitali tax-xogħlijiet biex jużahom fl-inizjattivi ta’ informazzjoni

This article is from: