4 minute read

LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR

logħob. U minn dakinhar skattat ħidma kbira bl-involviment prinċipali tal-Gvern, il-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta biex pajjiżna jkun attrezzat b’mod professjonali ħalli jilqa’ dan l-avveniment tant prestiġjuż.

Avveniment li hemm stennija kbira għalih, għaliex issa ilu erba’ snin ma jkun organizzat minħabba sitwazzjonijiet dinjin u għalhekk hemm ħerqa kbira fost l-atleti biex jerġgħu jiltaqgħu flimkien f’atmosfera kompetittiva.

Advertisement

Bħal nhar it-Tlieta tliet xhur, pajjiżna se jkun taħt il-lenti tal-komunità sportiva internazzjonali, meta se jingħata bidu għal edizzjoni oħra talLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar –il-GSSE Malta 2023. Madwar 1,000 atleta u sportiv, tekniċi u delegazzjonijiet minn tmien pajjiżi: l-Andorra, Ċipru, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Lussemburgu, Monaco, il-Montenegro u San Marino, li flimkien ma’ Malta se jkunu qed jikkompetu fi spirtu sportiv f’għadd ta’ dixxiplini sportivi.

Għadni niftakar sew meta lura fl-2018 attendejt l-Assemblea Ġenerali tal-GSSE fil-Montenegro u tħabbar li Malta ntgħażlet biex tospita dan il-

Ridna nuru – u hekk se nagħmlu – li Malta għandha mhux biss il-faċilitajiet, imma wkoll l-atmosfera, id-dedikazzjoni u l-professjonaliżmu biex tilqa’ dan il-logħob, imma wkoll kompetizzjonijiet oħra internazzjonali u għalhekk għandna dak kollu essenzjali biex inkunu hub sportiv fil-Mediterran.

Tlaqna b’ħidma kbira, bdej- na billi ħadna stampa tal-faċilitajiet sportivi li kellna fil-pajjiż u kif dawn se nagħtuhom spinta kbira biex ngħollu l-livell tagħhom għal livell internazzjonali. Dan kien jeħtieġ investiment ta’ miljuni, investiment li rajna tajjeb li ma jkunx biss fl-infrastruttura, imma wkoll fl-atleti u fl-isportivi b’mod dirett.

Biss biss, u dan mhux l-uniku investiment ta’ dan it-tip, l-NDSF għadda €5 miljun lil SportMalta biex atleti Maltin iħejju ruħhom għal din il-kompetizzjoni. Min-naħa tagħha SportMalta qassmet dan l-investiment lil 10 assoċjazzjonijiet sportivi għat-taħriġ tal-atleti Maltin, pass li għalhekk serva biex il-Kumitat Olimpiku Malti jinvesti f’atleti Maltin.

Fl-infrastruttura sportiva għamilna, u għadna qed nagħmlu investiment massiċċ. Eżempju wieħed huwa l-inves- timent li għamilna fit-Trakka tal-Atletika Matthew Micallef St. John tal-Marsa. Proġett li beda sena ilu u tlesta fi żmien rekord u b’investiment ta’ €2.5 miljun, din il-faċilità issa hija waħda tal-ogħla livell. Permezz tal-proġetti fl-infrastruttura sportiva li qegħdin isiru, pajjizna qed ikompli jgħolli l-livell ta’ dawn il-faċilitajiet għal livelli internazzjonali u b’hekk kemm l-atleti u l-ispettaturi se jkollhom ambjent tal-aqwa kwalità. Irridu nħarsu wkoll lil hinn minn dawn il-logħob. U huwa għalhekk li qed naraw li l-faċilitajiet kollha jkollhom dan il-livell internazzjonali għaliex nemmen li pajjiżna għandu dak kollu meħtieġ biex jilqa’ kompetizzjonijiet internazzjonali u għalhekk isir hub sportiv fil-Mediterran filwaqt li nsaħħu t-turiżmu sportiv.

Hu wkoll ta’ sodisfazzjon li permezz ta’ dawn l-investi-

B’dawn l-investimenti, it-tfal Maltin u Għawdxin se jkollhom faċilitajiet tal-ogħla livell li jgħinuhom b’mod professjonali fit-taħriġ fl-isport favorit tagħhom

SID TA’ DAREK

b’ruħ soċjali li jagħraf ir-realtajiet t’hemm barra u jieħu azzjoni. Dan huwa Gvern tassostenn li jħajrek toħlom u jagħtik il-kuraġġ biex dak ilħolm, twettqu.

Il-Prim Ministru Robert Abela reġa’ żamm kelmtu. Din id-darba ma’ dawk li qed jixtru proprjetà għall-ewwel darba li ser jibbenefikaw minn għotja ta’ €10,000 fuq medda ta’ għaxar snin, €1,000 fis-sena. Din hija miżura aġġunta ma’ dawk eżistenti.

sħiħ mit-taxxa tal-boll kif ukoll tingħata għotja ta’ €15,000 jekk il-proprjetà tinxtara f’Malta.

Jekk koppja tixtri l-proprjetà tagħha f’Għawdex l-għotja tkun ta’ €30,000, id-doppju. Dan ilGvern ħaseb ukoll biex jgħin lil dawn il-koppji mhux biss biex jixtru din it-tip ta’ proprjetà iżda wkoll biex ikunu jistgħu jirrestawrawha u tkun abitabbli. Fil-fatt, ser jingħataw ukoll rifużjoni ta’ VAT sa massimu ta’ €54,000.

ta koppji żgħażagħ Għawdxin nista’ nikkonferma li dawn il-miżuri ntlaqgħu tajjeb ħafna. Tawhom dik iċ-ċertezza ta’ futur aħjar, anke jekk qed ngħixu fi żminijiet ta’ inflazzjoni minħabba l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

Mhux biss, iżda wkoll bosta Għawdxin ħadu pjaċir li l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela qed jagħti prijorità lill-ħarsien tal-ambjent.

menti, it-tfal Maltin u Għawdxin se jkollhom faċilitajiet li jgħinuhom b’mod iktar professjonali fit-taħriġ, ikomplu jissodaw fl-isport favorit tagħhom u ’l quddiem bħala atleti jkunu jistgħu jiksbu riżultati fuq livell internazzjonali. Bħalissa għaddejjin b’diversi attivitajiet marbutin mal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Żorna ż-Żurrieq u Bormla u se nduru aktar lokalitajiet, anki Għawdex. Għaliex dawn illogħob huma tal-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu, daqskemm huma tal-isportivi u tal-atleti tagħna, avveniment li jgħaqqad il-komunità sportiva mal-poplu Malti kollu. Huwa għalhekk li għal dawn il-logħob qed ninvolvu lil kulħadd għaliex irridu li din tkun esperjenza li mhux biss igawdu minnha l-isportivi tagħna, imma jgawdi minnha wkoll il-poplu b’mod ġenerali. U bħala poplu naf li se nagħtu l-appoġġ tagħna kollu lill-atleti u lill-isportivi tagħna matul il-jiem ta’ dan l-avveniment sportiv li min-naħa tagħhom se jirreċiprokaw l-investiment li sar fihom u se jagħmlu ħilithom kollha biex itejbu l-prestazzjonijiet tagħhom fuq l-edizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan il-logħob.

Kulħadd ikollu dik il-ħolma f’ħajtu li jkun jixtieq li jwettaqha. Tajjeb li toħlom però kemm hu isbaħ li toħlom u taf li ser issib dik l-għajnuna biex dik il-ħolma ssir realtà.

Kull koppja żagħżugħa tittama li xi darba tixtri l-proprjetà tagħha għall-futur. Però kulħadd jaf li meta tixtri proprjetà din iġġib magħha wkoll ċerti sfidi ekonomiċi.

Għal darb’oħra Gvern Laburista qiegħed ikun ta’ spalla għal dawn il-koppji biex il-ħolma tagħhom tkun tista’ ssir realtà. Għax dan huwa Gvern

Gvern Laburista mhux biss qed jinċentiva iżda wkoll qed jagħti direzzjoni lis-suq tal-proprjetà. Kull koppja li tixtri l-ewwel proprjetà tagħha f’żona UCA jew proprjetà li tkun ilha diżabitata għal numru ta’ snin, ser tibbenefika minn ħelsien

Dan juri biċ-ċar il-ħidma ta’ dan il-Gvern biex joffri kwalità ta’ ħajja aħjar lill-koppji li qed jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, kif ukoll li jissalvagwardja l-ambjent billi jiddirezzjona s-suq tax-xiri ta’ proprjetà.

Wara li tkellimt ma’ bos- suq tal-proprjetà u ttieħdet id-deċiżjoni politika li jiġu megħjuna koppji żgħażagħ. U għalkemm jeżistu sfidi internazzjonali m’għamilx bħalma għamel ħaddieħor fi żminijiet inqas diffiċli minn dawn. Ma marx għal miżuri ta’ awsterità, iżda kompla jkun ta’ spalla għall-poplu Għawdxi u Malti.

F’Għawdex jeżistu bosta proprjetajiet fi stat ta’ abbandun u dawn il-miżuri ser jgħinu kemm biex tiġi protetta art mhux mittiefsa, kif ukoll ser isir restawr u tisbiħ fiż-żoni fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet.

Gvern Laburista qed joffri soluzzjonijiet għaliex dejjem fehem ir-realtajiet tas-

Gvern Laburista qed ikun ta’ spalla għal koppji żgħażagħ li jwettqu l-ħolma tagħhom biex ikollhom il-proprjetà

Barra minn hekk, fehem ukoll ir-realtà tal-gżira ta’ Għawdex u inċentivaha b’mod aktar qawwi biex b’hekk anke l-Għawdxin ikunu jistgħu joħolmu u jwettqu l-ħolm tagħhom kif ukoll jipproteġi l-uniċità ta’ din il-gżira.

Dan juri biċ-ċar l-attenzjoni ta’ dan il-Gvern lejn il-poplu Għawdxi u Malti u l-fiduċja li għandu f’pajjiżna.

Gvern li joffri ċertezza u stabbiltà għal futur aħjar għax jemmen fina. Jemmen li pajjiżna għandu potenzjal u għalhekk qed jagħmel dak kollu possibbli biex dak il-potenzjal jintlaħaq minn kull wieħed u waħda minna biex ilkoll flimkien inkunu nistgħu nibqgħu noħolmu u jkollna s-sostenn sabiex dan ilħolm ikun jista’ jsir realtà.

This article is from: