Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 12 ta’ Lulju 2015 �Il-Ħmistax-il ��������� �
Għamos 7, 12-15 Salm 84 (85), 9ab-10. 11-12. 13-14 Efes 1, 3-14 Mk 6, 7-13
“Ġesù sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena.” Immaġina kieku jum wieħed kellu jkellmek Ġesù u jgħidlek li jixtieqek tibda’ titkellem ma’ sħabek fuq il-fidi. Kieku x’tagħmel? Tipprova ssib xi skuża biex taħrablu minnha jew inkella taċċetta u tibda’ tara kif se tagħmel biex waqt il-break tqajjem das-suġġet ma’ sħabek? Probabbilment ħadt minnha mhu se jisma’ l-Ġesù jkellmu, tal-inqas mhux bħalma tisma’ lil sħabek ikellmuk. Imma s-sejħa biex nitkellmu fuqu ġa saritilna. Kull wieħed u waħda minnha, aħna l-imgħammdin, imsejħin biex nwasslu l-fidi tagħna, kull fejn inkunu – id-dar, l-iskola, il-ground, l-iscouts u tant postijiet oħra! Imma allura għaliex ma nagħmlux hekk? Probabbilment għax ħafna minnha jaħsbu li dan mhux xogħolhom. Jaħsbu li dak xogħol
l-Isqof u s-saċerdoti. Imma żgur mhux xogħol il-mara tad-dar jew inkella l-missier tal-familja. U wisq inqas xogħol it-tfal u l-adolexxenti. Dawn biżżejjed għalihom li nhar ta’ Ħadd jitilgħu l-Knisja għall-quddiesa u hemm jisimgħu 'l kappillan ikellimhom fuq Ġesù fl-omelija. Sfortunatament ħafna jaħsbu li x-xogħol tal-biċċa l-kbira talInsara hu biss li jmorru l-knisja u joqgħodu jisimgħu. Imma dan mhux minnu. Filwaqt li l-Isqof u s-saċerdoti huma mexxejja tal-komunitajiet tagħna imma, kull wieħed u waħda minnha, għandna d-dmir li naqsmu maloħrajn il-fidi tagħna.
miegħu. Ma tantx laħqu tbiegħdu li ma ltaqgħux ma’ xwejjaħ li kellu bżonn l-għajnuna. Malajr Franġisku u Filippu xamru l-kmiem u għenuh. Imbagħad komplew mexjin lejn il-belt. Fit-triq iltaqgħu ma’ ħafna nies. Min ried ikellimhom u oħrajn kemm iselmulhom. Franġsiku u Filippu laqgħu l-kulħadd u kif lestew berkuhom u komplew fi triqthom. Imma ż-żmien kien beda jagħfas u l-lejl kien qorob ġmielu. Hawn Filippu dar lejn Franġsiku u b’dispjaċir qallu li għalxejn kienu ħarġu għax laħqet għaddiet ġurnata u ma pprietkaw xejn! Imma Franġisku, bi tbissima kbira fuq fommu, wrieh kif kienu qattgħu l-ġurnata jipprietkaw!
Darba jirrakkuntaw li San Franġisk talab lil wieħed mill-aħwa tiegħu biex imorru jipprietkaw. Tgħidx kemm kien kuntent Filippu, ilpatri li għażel Franġisku biex imur
Għax mhemmx għalfejn titla’ f’xi post għoli u tagħmel diskorsi twal biex taqsam il-fidi. Kultant biżżejjed nofs ta’ kelma jew daqqa t’id lil min hu fil-bżonn.