Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd tas-Sena | Il-Ħadd 23 ta’ Awwissu 2015
Ġoż 24, 1-2a.15-17.18b Salm 33 (34), 2-3.16-17.18-19.20-21.22-23 Efes 5, 21-32 Ġw 6, 60-69
“Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.” Kien il-Ħadd u l-omm kienet qed tipprova tqajjem lil binha għax kien qed isir il-ħin għall-quddies. Imma għalxejn, għaxar minuti wara reġgħet telgħet: “Qum! Se jsirlek il-ħin!” “Imma għaliex irrid immur il-quddies bilfors? Daqskemm tkun twila u tedjanti!” wieġeb binha. L-omm, bil-paċenzja kollha, weġbitu: “Għal żewġ raġunijiet – l-ewwel nett għax illum il-Ħadd u għandek bżonn tmur il-quddies, u t-tieni, għax inti l-isqof u se tqaddes il-quddiesa!”
dak li ma nifhmux, ħafna drabi, flok infittxu li nifhmuh, nispiċċaw ingergru kontrih u naħarbuh. Hekk ġralhom in-nies ta’ żmien Ġesù. Ma setgħux jifhmu x’kien qed jgħid u kien hemm min saħansitra dabbar rasu.
Ovvjament din ċajta imma ma nafx qattx ħassejtukom hekk. Kultant faċli nibdew naraw kollox ikrah! ‘Għax il-quddies ma nifhem xejn!’ ‘Ir-rużarju dejjem ngħidu l-istess!’ ‘Għaliex irrid insum siegħa qabel nitqarben? Bla sens!’ ‘Irrid ngħid it-talba qabel l-ikel ukoll?! Mela se jeħilli jew?!’ Il-lista tat-tgergir twila mhux ħażin għax
Aħna mhux dejjem nagħmlu hekk. Ħafna minna, meta naraw lil sħabna ma jaqblux magħna, naraw kif nirranġaw kliemna biex ikun jaqbel ma’ tagħhom. Meta l-imġiba tagħna ma tixbahx lil dik tal-grupp, arana malajr nitilqu dak li hu tagħna biex naqblu mal-oħrajn. Għal ħafna minna, l-importanti hu li nintgħoġbu.
Iżda quddiem dan, Ġesù ma bidilx kliemu. Dak li kien qed ixandar kien il-messaġġ li ġie jwassal u, għalkemm mhux kulħadd kien lest għalih, hu ma kienx se jraħħas il-messaġġ.
Ġesù jurina kif hemm xi affarijiet li jiswew wisq u mhux ta’ min tpartathom għal xi ħaġa li tintgħoġob iktar mill-oħrajn. Kull darba li nippruvaw nagħmluhom aktar attraenti, fil-verità nkunu qed nidħlu fil-periklu li nitilfu s-sabiħ vera tagħhom. Fost dawn il-ħwejjeġ ta’ valur kbir insibu l-quddies. Ħafna minna xi darba jew oħra gergirna. Min għax l-omelija ma għoġbitux, min għax ma jogħġbux il-kant jew iċ-ċelebrazzjoni u min għax il-qassis ma jogħġbux. Raġunijiet insibu ħafna biex ingergru. Imma fil-verità l-valur veru talquddies mhu fl-ebda waħda minn dawn l-affarijiet. Il-quddies hija importanti għax fiha ningħaqdu flimkien bħala komunità ta’ nies li nemmnu u għax fiha mhux biss nidħlu fil-preżenza ta’ Alla imma saħansitra nirċevuh ġewwa fina.