Il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu | Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju 2015 � ��������� �
Aħbar �
Tajba Eż 24, 3-8 Salm 115, 12-13.15-18 Lhud 9, 11-15 Mk 14, 12-16.22-26
Huma u jieklu, ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newwilhulhom u qal: “Ħudu, dan hu ġismi.” “Għandi bżonnha bħall-ħobż!” Din l-espressjoni li nużaw meta hemm xi ħaġa li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha. Għalkemm illum ħafna jħeġġulna biex nikkontrollaw fil-kwantità ta’ ħobż li nieklu, meta bdiet tintuża din l-espressjoni, il-ħobż kien l-ikel ta’ ħafna. F’dan iż-żmien, il-faqar f’pajjiżna kien kbir u l-ħobż kien l-unika ikel li bih setgħu jsostnu lilhom infushom. Ftit kien ikollhom ikel bnin u sustanzjuż u allura kienu jieklu l-ħobż biex jixbgħu. Fi ftit kliem, il-ħobż huwa l-ikel ta’ min m’għandu xejn aktar!
Fl-Aħħar Ċena ried iħallilna sagrament biex dak li kien jagħmel f’ħajtu ma jiqafx. Qalilna li l-ħobż u l-inbid li nippreżentaw fil-quddiesa jsiru ġismu u demmu. B’hekk, mhux biss ikun jista’ jibqa’ magħna, imma aħna nkunu nistgħu nġorruh ġewwa fina.
B’din f’moħħna nistgħu nifhmu aħjar ir-raġuni għaliex Ġesù għażel il-ħobż meta ġie biex iħallilna l-Ewkaristija. F’ħajtu sar kollox għal kulħadd. Qatta’ ħajtu jgħallem u jgħin lil kull min kien jiltaqa’ miegħu, speċjalment dawk li ma kellhom lil ħadd.
Dan hu s-sens tal-Ewkaristija, li bil-mod il-mod nsiru nixbhuh. Mhux biss meta naqsmu minn dak li għandna mal-oħrajn, iżda aktar minn hekk meta nitgħallmu nagħtu lilna nfusna lill-oħrajn – meta nagħtu mhux biss xi ħaġa minn dak li għandna iżda noffru
Fl-Ewkaristija, mal-wegħda li Ġesù jibqa’ magħna, hemm ukoll sejħa biex aħna ninbidlu u nsiru nixbhuh. Bl-Ingliż hemm l-espressjoni “You are what you eat”, u allura jekk fina hemm Ġesù, ftit ftit nibdew ninbidlu fih.
l-ħin tagħna, it-talenti tagħna u ħafna affarijiet li huma parti minna. Hawn ħafna nies li jagħtuna eżempju fuq dan. Fil-ġimgħat li għaddew semmejna lill-Arċisqof Romero. Dan kien lest li jagħti lilu nnfisu biex f’pajjiżu jkun hemm aktar ġustizzja. Kien ikun komdu joqgħod kwiet imma kien ferm aktar kuntent li jaqbeż għallfoqra ta’ pajjiżu. Dan m’għamlux għax kellu xi ħiliet speċjali iżda grazzi għall-Ewkaristija li kienet tqawwih. Bħalu hemm ħafna oħrajn, li quddiem sitwazzjonijiet diffiċli kienu se jaqtgħu qalbhom imma dawn fdaw lil Ġesù biex imexxihom hu fl-Ewkaristija. Għax tassew li kull wieħed u waħda minna, lil Ġesù ‘għandna bżonnu bħall-ħobż’, biex filmumenti diffiċli li fihom naħslu naqtgħu qalbna, jidħol hu għalina.