Fit-tifkira tat-tmenin sena tal-innu popolari ta’ San Sebastjan

Page 1

FIT-TIFKIRA TAT-TMENIN SENA TAL-INNU POPOLARI TA’SAN SEBASTJAN 1937 l-ewwel festa titulari lil San Bastjan Sa minn meta l-Kappillan Luigi Psaila nagħta pussess bħala l-ewwel kappillan tal-parroċċa ġdida dedikata lil San Bastjan, nhar il-5 ta’ Jannar 1936, hu beda jieħu ħsieb l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ din il-parroċċa ġdida ġewwa Ħal Qormi. Naturalment huwa ta l-ewwel priojorità lill-amministrazzjoni tas-sagramenti. Hekk insibu li lewwel magħmudija saret sewwa sew dak in-nhar tal-pussess fejn tgħammed Antonio Saliba iben Salvu Saliba minn taż-Żgħajjar u martu Carmela mwielda Saliba. Il-parrinijiet kienu Sebastjan u Teresa Saliba, huma wkoll minn taż-Żgħajjar. Ta’ min jgħid li din ir-razza tażŻgħajjar kienet u għada toqgħod fil-madwar tal-Knisja ż-Żgħira. X’uħud mill-membri ta’ din irrazza kienu wkoll membri attivi sew bħala bandisti u bħala membri fil-Kumitat tal-Banda Pinto. Ċertament li dir-razza kienet waħda minn tal-ewwel li għenet fi u ħadmet għat-tixrid tal-qima lejn San Sebastjan sa minn qabel twaqqfet il-parroċċa. Għalhekk k-ewwel ħsieb kien li din ittarbija tinagħta l-isem Sebastjan, imma billi ftit żmien qabel kien miet qarib tal-familja allura rebħet it-tradizzjoni li l-ewwel tarbija li titwieled wara din il-mewt tingħata l-isem tal-qarib. Ħarsa lejn ir-reġistru tal-magħmudija turina li matul 1936 kien hemm 208 magħmudija fosthom ta’ mitt tifel u 108 tifla. L-ewwel żwieġ seħħ nhar il-21 ta’ Jannar 1936 bejn Carmelo Galea u Andriana Mizzi ttnejn li huma mill-parroċċa ta’ San Bastjan. Ix-xhieda f’dan iż-żwieġ kienu Ġużeppi Grech millistess parroċċa flimkien ma’ Ernesto Sammut minn Bormla. Matul l-ewwel sena tal-parroċċa ġdida s-sagrament taż-żwieġ ġie amministrat sitta u tlein darba. L-ewwel darba li t-tfal irċevew l-ewwel tqarbina tagħhom saret f’Mejju tal-1936 u kien abbinat mal-festa ta’ San Alwiġi Konsaga, skont użanza ta’ dak iż-żmien. Għall-Griżma talIsqof kellha tgħaddi iktar minn sena mit-twaqqif tal-parroċċa. Kien l-isqof t’Għawdex, Mons Mikiel Gonzi, li nhar il-25 ta’ Lulju 1937 amministra dan is-sagrament lil 84 tifel u tifla. Meta niġu għal funeral nsibu reġistrat li l-ewwel wieħed reġistrat fl-arkivju parrokkjali hu ta’ Carmelo Mifsud ta 84 sena u li kien joqgħod fid-dar numru 149 Triq San Bastjan. Hu ndifen filknisja parrokkjali ta’ San Ġorġ peress li ċ-ċimiterja tal-infetti ma kienx għadu qed jintuża għaddfin, u fil-knisja ta’ San Sebastjan ma kienx hemm oqbra. Iċ-ċimiterju tal-infetti (parti ta’ San Bastjan) fi Triq Valletta beda jintuża minn Jannar 1937 meta twaqqaf id-dfin fil-knisja ta’ San Ġorġ. L-ewwel difna mill-parroċċa San Sebastjan f’dan iċ-ċimiterju tal-infetti kienet tat-tarbija ta seba’ xhur, Sebastian Camilleri, li mietet nhar 24 ta’ Jannar 1937 u ndifnet fil-qabar numru 2.i Matul is-sena 1936 fil-parroċċa San Sebastjan saru 107 funeral.ii Barra minn dawn il-Kappillan ħa ħsieb li jorganizza diversi purċissjonijiet matul is-sena liturġika. L-ewwel waħda li saret kienet propriju ta’ San Sebastjan nhar l-20 ta’ Jannar 1936. F’dik li kienet festa interna ħa sehem il-Kappilna Dun Anton Vella, tal-parroċċa San Ġorġ, li qaddes il-quddies tat-tridu waqt li l-quddiesa solenni nhar il-festa saret mill-Kappillan Dun Alwiġ Psaila. Ma rnexxilix minn għamel il-paniġierku tal-festa. Fil-festi ta’ barra ma jidherx li ħadet sehem il-Banda Pinto imma ħadet sehem il-Banda San Ġorġ ta’ Ħal Qormi billi għamlet marċ nhar il-festa. Il-purċissjoni saret ukoll purċissjoni b’relikwija ta’ San Sebastjan. In-nar talfesta nħadem minn Antonio Azzopardi u kien jinkludi sew ġigġifoku ta’ ħames roti u 24 rocket u 140 murtal. Immedjatament wara l-Kappillan Psaila ħa ħsieb li jitlob lill-kurja sabiex il-festa tibda tkun iċċelebrat f’Lulju. Din it-talba intlaqgħet u fis-sena ta’ wara, fl-1937, saret il-festa b’dan l-arranġament. Kienet aktarx l-ewwel festa titular li bdiet tkun ċelebrata fil-ġranet tas-sajf pjuttost milli fil-jum liturġiku. L-ewwel festa b’dan l-arranġament saret bejn id-9 u t-13 ta’ Lulju 1937. Saret festa b’aktar pompa sew f’dik li hi ċelebrazzjoni liturġika ġewwa l-knisja kif ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet fit-toroq tal-parroċċa. Fit-tlett ijiem tat-tridu sar l-għasar solenni bid-daqq tal-orgni u bil-kant minn solisti. Patri Lorenzo Sammut, karmelitan, niseġ il-priedki tat-tridu fejn fihom irrifletta fuq il-

Paġna 1|4


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Fit-tifkira tat-tmenin sena tal-innu popolari ta’ San Sebastjan by St Sebastian Parish Qormi - Issuu