PARROĊĊA SAN SEBASTJAN, ĦAL QORMI PARROĊĊA SAN SEBASTJAN, ĦAL QORMI Ottubru 2015
Messaġġ mill-Kappillan Fr Joseph Buhagiar
Il-Ġublew talĦniena Fit-8 ta’ Diċembru 2015, il-Papa Franġisku ser jiftaħ is-sena talĠublew tal-Ħniena, li jdum sejjer sal-20 ta’ Novembru 2016. Dan il-Ġublew huwa okkażżjoni għalina biex niskopru l-verità li Alla tagħna hu Alla li jħenn, li jaħfer u jħobb lilna l-bnedmin. Inħoss li fiż-żmien li qed ngħixu fih illum, meta kuljum nilmħu tant ħruxija u kerfija madwarna, għandna bżonn kbir li niskopru il-ħniena bla tarf ta’ Alla u li nuru din il-ħniena lil xulxin. Meta tkellem fuq din is-sena, ilPapa Franġisku ikkwota dak li qal il-Papa San Ġwanni XXIII filftuħ tal-Konċilju Vatikan II: “Fi żminijietna, l-Għarusa ta’ Kristu 8ppreferi tuża d-duwa talħniena flok taqbad l-armi tasseverità ħarxa…” Fit-Testment l-Antik, Alla spiss jiġi deskritt bħala Alla li jaħfer u jħenn. Is-salmi juruna lil Alla li
“jaħfer dnubietek kollha; ifejjaq il-mard tiegħek kollu; jifdi lil ħajtek mill-qabar; iħaddnek bit-tjieba u lħniena” (103:3-4). Salm ieħor jitkellem fuq is-sinjali konkreti tal-ħniena: “Il-Mulej li jeħles lill-imjassrin; il-Mulej li jiftaħ għajnejn l-għomja; il-Mulej li jerfa’ lill-milwijin; il-Mulej li jħobb lill-ġusti; il-Mulej li jħares lill-barranin; hu li jżomm lilliltim u lill-armla” (146:7-9). Il-ħniena ta’ Alla tidher fl-aqwa tagħha fil-persuna ta’ Ġesù, fittagħlim tiegħu u fil-parabboli li hu għallimna. Ġesù jgħidilna li “ħniena rridu u mhux sagrifiċċju”. Għalhekk il-ħniena ta’ Alla mhix xi idea astratta, imma realtà konkreta li biha Hu juri mħabbtu bħal dik ta’ missier u ta’ omm li għal uliedhom jitqanqlu millġewwieni tagħhom.
F’din is-sena ilPapa jixtieqna niprattikkaw lopri tal-ħniena korporali (titma lil min hu bil-ġuħ, tisqi lil min hu bil-għatx, nilqgħu lil min hu bla dar ecc) u anke dik spiritwali (nagħtu parir tajjeb lill-ħosbien, ngħallmu lil min ma jafx, inwiddbu lill-midneb, infarrġu lill-imnikket, naħfru l-ħtijiet, nistabru b’min idejjaqna, nitolbu ’l Alla għall-ħajjin u għall-mejtin). F’din is-Sena tal-Ġublew, ilKnisja ssir eku tal-Kelma ta’ Alla li tidwi qawwija u konvinċenti bħala kelma u ġest ta’ maħfra, ta’ tweżin, ta’ għajnuna, ta’ mħabba. Ma tegħja qatt toffri l-ħniena u tistabar dejjem filfaraġ u l-maħfra li xxerred. IlKnisja ssir leħen għal kull raġel u mara u ttenni b’fiduċja u bla waqfien: “Ftakar fil-ħniena u ttjieba tiegħek, għax huma minn dejjem, Mulej”