Avviżi 27 ta' Diċembru 2015 - Sagra Familja

Page 1

AVVIŻI 27 TA’ DIĊEMBRU 2015 FAMILJA MQADDSA C __________________________________________________________________________________

Għada l-Ħadd / Dal-għodu għall-quddiesa tal-11.00am huma mistiedna b’mod speċjali il-familji li din is-sena għammdu t-tarbija tagħhom, kif ukoll dawk li għamlu l-Ewwel Tqarbina. Nhar il-Ħamis huwa lejliet l-Ewwel tas-Sena. Fil-għaxija, issir il-quddiesa tas6.30pm li fiha jitkanta t-Te Deum u wara ssir ukoll il-quddiesa tat-7.45pm. Hija ħaġa sabiħa li ngħalqu s-sena u nibdewha fil-preżenza tal-Mulej. Għalhekk, fl10.00pm tibda adorazzjoni ta’ l-aħħar tas-sena u fil-11.00pm quddiesa. Wara jkollna xarba sħuna fis-Sala Psaila. Il-Ġimgħa, l-ewwel jum tas-Sena, niċċelebraw il-festa ta’ Ommna Marija. Hija festa kmandata u l-quddies bħal nhar ta’ Ħadd. Nhar il-Ġimgħa wkoll, fid-Dar tal-Providenza issir Festa ta’ Ġenerożità, fejn nistgħu inżuru din id-dar, nipparteċipaw fl-attivitajiet li jsiru u nagħtu offerta biex din id-dar tkompli tagħti servizz lill-persuni b’diżabiltà. Nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar niċċelebraw is-solennità ta’ l-Epifanija tal-Mulej. Fis6.00pm ikollna quddiesa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-helpers talparroċċa. Wara jsir riċeviment għalihom fiċ-Ċentru Parrokkjali. Min nhar il-Hadd, 3 ta' Jannar ser tibda sensiela ta' programmi live kull nhar ta' Hadd mid-9pm sal-10, ippreżentati minn Fr Brian Gialanze, b' repetizzjoni ilHamis minn 12 sas-1pm. Matul din il-ġimgħa, l-Uffiċċju Parrokkjali jiftaħ biss it-Tnejn u t-Tlieta.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.