Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
31 TA’ DIĊEMBRU 2017 - SAGRA FAMILJA Għada / illum għall-quddiesa tal-11.00am mistiedna b’mod speċjali lfamilji li għammdu t-tarbija tagħhom matul s-sena li għadha kif spiċċat u wkoll dawk li ċċelebraw l-Ewwel Tqarbina. Għada / illejla fis-6.00pm tiġi ċċelebrata l-quddiesa li fiha jitkanta linnu ta’ radd-il ħajr (it-Te Deum) bħala ringrazzjament lil Alla għassena 2017. It-Tnejn se ikun l-ewwel jum tas-sena. Tkun festa ta’ Marija Omm Alla, kif ukoll Jum il-Paċi. Il-quddies ikun bħall-jum tal-Ħadd u għandna nqaddsu din il-ġurnata bis-sehem tagħna fil-quddiesa. Nhar it-Tlieta l-uffiċċju parrokkjali ser ikun magħluq. Id-distributuri jistgħu jiġbru l-fuljett Flimkien mill-Uffiċċju Parrokkjali. F’isem il-Kleru tal-Parroċċa, nawgura lilkom u lill-familji tagħkom sena ġdida mimlija bil-Barka tal-Mulej.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
TE L : 21 48 6 35 0
•
E - M AI L : inf o @q or mi sb pari sh .or g