Avviżi tal-Kommunita - 7 ta' Jannar 2018

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

7 TA’ JANNAR 2018 – EPIFANIJA TAL-MULEJ – Sena B ____________________________________________________________________________________

Nhar l-Erbgħa li ġejjin issir il-laqgħa għan-nisa li jrabbu weħidhom, 6.30pm, fil-Kripta talKnisja.. Il-Ħamis 11 ta’ Jannar ikla fl-okkażżjoni tal-Festa ta’ San Sebastjan. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali u helpers tal-Knisja. Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Jannar ser issir ċelebrazzjoni ta’ tifħir lil Alla u talb ta’ fejqan filKnisja Parrokkjali. Tibda bil-quddiesa fis-6.30pm u tkompli bit-talb wara l-quddiesa. Nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar fiċ-Ċentru Parrokkjali jintwera l-film Baby’s Day Out, fiċ-Ċentru Parrokkjali, dħul minn Triq San Bartilmew. Is-Sibt ukoll ser issir l-adorazzjoni tal-Qdusija tal-Kleru fil-Knisja ta’ Sant’Elena, Birkirkara. Tidba bil-quddiesa fid-9.00am u tkompli bl-adorazzjoni sal-11.00pm. Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TE L : 21 48 6 35 0

E - M AI L : inf o @q or mi sb pari sh .or g


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.