Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
2 ta’ Settembru 2018 / XXII –il Ħadd ta’ Matul is-Sena ____________________________________________________________________________________
1. Infakkru li għada/llum, mhux ser issir il-Quddiesa fil-Kappella tad-Duluri, minħabba xogħolijiet li qegħdin isiru bi tħejjija għal ftuħ tal-MUSEUM tal-Bniet ta’ St. Edward f’ Ottubru. 2. Il-Ħamis, fit-3.00pm, ikollna l-ħarġa għall-baħar. 3. Nhar il-Ġimgħa, ikun l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Nieħdu ħsieb biex nersqu għall-Qrar u nieħdu sehem fil-Quddiesa. 4. Nhar is-Sibt, niċċellebraw il-festa ta’ Marija Bambina, il-Vitorja. Il-Quddies fil-Parroċċa jkun bħal nhar ta’ Sibt, jiġifieri: fis-5.45am, 6.30am u fit-8.00am. 5. Infakkru lid-distributuri tal-FLIMKIEN u tal-Kliem u Ħajja biex jiġbru l-kopji tagħhom millUffiċċju. Nirringrazzjawhom ta’ dan is-servizz. 6. Minħabba xogħolijiet li qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali, minn nhar it-Tlieta li ġej ‘l quddiem, il-Knisja ż-Żgħira ser tkun magħluqa, peress li ser tinqala t-triq ta’ quddiem ilKnisja. Sadanittant ser nieħdu din l-okkażjoni biex nirranġaw is-sagristija tal-Knisja ż-Żgħira, peress li s-sistema tad-dawl qdiemet u jeħtieġ li tinbidel u jsir it-tibjid tagħha. Ninfurmakom ukoll li x-xogħolijiet fuq il-bankijiet tal-Knisja mexjin, fil-fatt sa issa tlestew kważi 30 bank, nitlobkom biex nibżgħu għalihom u ma nagħmlux saqajna fuq il-caushins. 7. Infakkaru lit-tfal li hawn fil-Knisja, biex fi tmiem tal-Quddiesa, jieħdu l-fuljett l-Aħbar itTajba minn ħdejn l-bibien tal-Knisja. 8.
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej tiġi ċċelebrata l-festa ta' Marija Bambina fil-Knisja tal-Vitorja. Is-Sibt fis-6.00pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.30pm issir il-quddiesa u l-Ħadd fis-6.00pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.30pm issir l-Quddiesa tal-festa.
Paċi u barka Fr Eucharist Zammit Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
TEL: 2148 6350
•
E - M AI L : p a r r o c c a . q o r m i . s b @ m a l t a d i o c e s e . o r g