Avviżi - 9 ta' Settembru 2018

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

9 ta’ Settembru 2018 / XXIII–il Ħadd ta’ Matul is-Sena ____________________________________________________________________________________

1. Għada/Illum tkun iċċellebrata l-festa ta’ Marija Bambina fil-Kappella tal-Vitorja. Fis6.00pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.30pm, ikun hemm il-Quddiesa tal-festa. 2. Nhar il-Erbgħa jerġa jibda jiltaqa l-grupp tal-meditazzjoni. Din il-laqgħa ta’ talb tkun fis7.15pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali u tkun miftuħa għal kulħadd. 3. Il-Ħamis, fit-3.00pm, ikollna l-ħarġa għall-baħar. 4. Nhar il-Ġimgħa, ser issir laqgħa formattiva għall-Katekisti tal-Parroċċa tagħna. Din illaqgħa ser tkun fis-7.30pm u ser issir fiċ-Ċentru Parrokkjali. Jmexxi din il-laqgħa, Fr Carl Sultana. 5. Nhar il-Ġimgħa, Bro. Ian Zammit, żgħażugħ mill-Parroċċa tagħna, ser jagħmel ilProfessjoni Sempliċi fi ħdan l-Ordni tad-Dumnikani. Din ser issir fil-Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat, fis-6.30pm. Tajjeb li nitolbu għalih u għal aktar vokazzjoniet millParroċċa tagħna. 6. Nhar is-Sibt, fis-6.30pm, ser ikollna film u diskussjoni miftuħa għal kulħadd. Dan issir fiċĊentru Parrokkjali u dħul ikun minn triq San Bartilmew. 7. Is-Sibt, ser issir il-laqgħa ta’ talb għall-qdusija tas-saċerdoti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera. Il-laqgħa tibda fid-9.00pm bil-Quddiesa u wara tkompli bl-adorazzjoni sal11.00pm 8. Il-weekend li ġej, issir il-Ġabra għall-Art Imqaddsa. Permezz tal-offerti tagħna, ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet qaddisa marbuta mal-fidwa tagħna u biha nkunu ta’ għajnuna wkoll lil ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa. 9. Għal min jixtieq jiskopri aktar il-fidi nisranija, l-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali qed joffri 13 –il kors differenti. Għal min huwa interessat issibu l-informazzjoni minn fuq innoticeboard tal-Knisja.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TEL: 2148 6350

E - M AI L : p a r r o c c a . q o r m i . s b @ m a l t a d i o c e s e . o r g


10. Infakkru li għal issa l-Knisja ż-Żgħira ser tkun magħluqa minħabba xogħolijiet li qegħdin issiru kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa fis-sagristija. Navżaw ukoll li sakemm issir avviż ieħor fil-Kappella tad-Duluri mhux ser issir il-Quddiesa tal-Ħadd minħabba xogħolijiet li qegħin jsiru. 11. Il-Ġabra li saret il-Ħadd li għadda bħala għajnuna lis-Soċjeta tal-Museum tal-Bniet, biex jkun jista jiġi rranġat il-Museum ta’ St. Edward’s kienet ta’ €1,200. Grazzi mill-qalb lil kulħadd. Huwa stmat li l-ispiża għal dan ix-xogħol hija ta’ €25,000. Għalhekk kull minn jixtieq li jagħti xi donazzjoni, tistgħu tgħadduha lilna s-saċerdoti u mbgħad aħna ngħadduha lill-Membri tal-Museum. 12. Infakkaru lit-tfal li hawn fil-Knisja, biex fi tmiem tal-Quddiesa, jieħdu l-fuljett l-Aħbar itTajba minn ħdejn l-bibien tal-Knisja. Paċi u Barka Fr Eucharist Zammit Kappillan


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.