Sliem u Ħajja - Frar 2019

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Frar 2019

Is-Sabiħ tal-fidi tagħna F’dan ix-xahar, propju fl-10 ta’ Frar, aħna l-Maltin, niċċellebraw il-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Għalina, bħala nsara maltin, dan il-mument ta’ grazzja jfakkarna, meta Alla fl-imħabba tiegħu permezz ta’ dan l-Appostlu, waslina d-don tal-fidi, biex b’hekk napprezzaw aktar il-ħajja tagħna. Nistgħu ngħidu li llum, wara kważi elfejn sena, xi ftit jew wisq għadna ngħożżu dan ir-rigal u filwaqt li kulħadd għandu l-liberta jagħżel liema reliġjon jixtieq, nistgħu ngħidu li Malta hija konsidrata pajjiż Kattoliku. Imma, forsi wieħed jistaqsi, għalija l-fidi xi tfisser, fuqhiex hija mibnija u x’differenza tagħmel ħajti? Il-fidi tagħna hija mibnija fuq dawn it-tlett livelli: 1.  Alla li jħobb: Il-bniedem, li huwa maħluq fuq ixxbieha ta’ Alla, huwa fiċ-ċentru tal-imħabba tiegħu. Meta l-bniedem, dineb, Alla ma bidliex fehmtu, imma ħaseb kif se jsalvah, permezz ta’ Ġesu’. Dak li huwa uniku, fil-fidi tagħna, huwa l-fatt, li l-ewwel pass, dejjem għamlu Alla, fil-fatt, il-Papa Franġisku jgħidilna: “Alla ma qagħadx jistenna li mmorru aħna għandU, imma Hu nnifsu mexa lejna, mingħajr ma qagħad jikkalkula jew iqis. Hekk magħmul Alla: dejjem Hu li jmidd l-ewwel pass.”

2.  Alla li jaħfer: Quddiem, id-dgħufija tagħna, il-bniedem ma jirċievex kundanna mingħand Alla, imma ħniena u maħfra. Għalhekk Alla jistieden, lill-bniedem, għall-konverżjoni, biex jgħix aħjar, għax Alla lill-bniedem, jrid jarah ferħan, mhux imdejjaq. Għalhekk wieħed, ma għandux min xiex jibża jew jaqta’ qalbu quddiem id-dnub tiegħu, għax kif jgħidilna l-Papa Franġisku: “Alla ma jegħja qatt jaħfer.” 3.  Alla li jsejjaħ: Alla tagħna, huwa Alla li jsejjaħ lil kulħadd, biex jibni relazzjoni miegħu. Nistgħu nxebbħuħ ma’ missier twajjeb, li għax jħobb, jagħti ċans lil kull bniedem, biex jgħix f’għaqda miegħu. Il-Papa Franġisku, jgħidlna: “M’hemmx raġuni waħda għaliex wieħed għandu jaħseb li din l-istedina m’hix għalih, għax ħadd m’hu eskluż millferħ li jġib il-Mulej”. Dan kollu juri, s-sabiħ tal-fidi tagħna, ejjew, għalhekk ngħożżuh u ngħixuh, biex b’hekk il-fidi tagħna, ma tibqax biss marbuta ma’ grajja u daqshekk, imma ssir l-esperjenza tal-ħajja ta’ kuljum. Tkunu imberkin. Dun Ewkarist Zammit KAPPILLAN


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Sliem u Ħajja - Frar 2019 by St Sebastian Parish Qormi - Issuu