Avviżi 22 ta' Ottubru 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

29 Ħadd A

22 ta’ Ottubru 2017

____________________________________________________________________________________ 

Mill-Ħadd 22 ta’ Ottubru sal-5 ta’ Novembru, il-Knisja ż-Żgħira ser tkun magħluqa biex isir fiha xogħol fuq il-paviment tagħha, jiġifieri li jiġi mibdul l-irħam imkisser u l-art kollha tal-Knisja tiġi llustrata. F’dawn il-ġranet, is-Sagrament ikun fil-Kripta, 9.00 sa nofs in-nhar, 4.00 – 6.00pm.

Il-Ħamis fis-6.30pm fil-Kripta issir il-laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Novembru tal-2018. Hija laqgħa mportanti ħafna u l-ġenituri għandhom jattendu.

Il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd li ġej ser ikunu ġranet importanti għall-Parroċċa. F’dawn it-tliet ijiem iċ-Ċentru Parrokkjali ser ikun miftuħ għal kull min jixtieq iżuru u jara l-attivitajiet u l-ħidma li ssir fih.

Il-Ġimgħa filgħaxija iċ-Ċentru jiftaħ mis-6.00pm ‘l quddiem. Fost affarijiet x’wieħed jara ser ikun hemm wirja ta’ arti minn tliet artisti li joqogħdu Ħal Qormi. Fis-7.30pm ser jitnieda b’mod uffiċċjali l-Proġett tal-Manutenzjoni tal-Koppla, li hu proġett kbir li l-parroċċa ser tidħol għalih. Kull min jinteressah il-Knisja u l-Parroċċa tagħna mistieden biex jattendi.

Is-Sibt fil-għaxija iċ-Ċentru jiftaħ mill-5.30pm ‘l quddiem. Ikun hemm serata ta’ varjetà.

Il-Ħadd iċ-Ċentru jkun miftuħ mill-10.00am ‘l quddiem. Fin-nofs siegħa ser ikun hemm Ikla talĦadd, fit-Teatru taċ-Ċentru, li ser tkun l-ewwel attività ta’ ġbir ta’ fondi għal dan il-proġett kbir li deħlin għalih u għalhekk jixraq li din tkun suċċess kbir. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali u helpers tal-Knisja.

Kull min f’dawn il-ġranet iżur iċ-Ċentru ser ikun biċ-ċans li jirbaħ weekend break ġewwa Alexandra Hotel, San Ġiljan.

Nirringrazzjakom tal-offerta tagħkom għall-Missjoni u dawk li għad għandhom l-envelope jistgħu iġibuh il-Knisja.

Dawk li tilfu lill-għeżież tagħhom matul din is-sena jistgħu iġibu s-santa ħalli titqiegħed fil-board li ssir apposta matul ix-xahar ta’ Novembru.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.