Avviżi tal-Komunità Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi
Festa tal-Epifanija tal-Mulej
6 ta’ Jannar 2019
____________________________________________________________________________________ •
Qed niċċellebraw il-festa tal-Epifanija tal-Mulej. Għada/illum fil-Quddiesa tad-9.30am it-tfal kollha huma mitluba li jġibu magħhom affarijijiet tal-ikel għall-familji fil-bżonn tal-Parroċċa tagħna. Wara l-Quddiesa t-tfal kollha ser jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tagħna biex flimkien mattfal tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ nieħdu sehem fil-ġrajja tal-Epifanija.
•
Il-Parroċċa ser toffri mument ta’ apprezzament lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom b’mod voluntarju fil-Knisja u fil-ħidma pastorali tal-Parroċċa. Dan ser jsir għada/ilejla nibdew bil-Quddiesa fis-6.00pm fil-Knisja u wara jkollna bibita flimkien fiċ-Ċentru Parrokkjali.
• Nhar il-Erbgħa jkomplu l-laqgħat tal-Ladies Circle wara l-waqfa tal-Milied. Dawn il-laqgħat jsiru fiċĊentru Parrokkjali mid-9.30am sal-10.30am u huma miftuħa għan-nisa kollha. •
Nhar l-Erbgħa fis-6.30pm, fil-Kripta, ssir il-laqgħa ta’ dawk l-ommijiet li jrabbu weħidhom.
•
Fl-Okkażjoni tal-festa ta’ San Bastjan tax-Xitwa, l-grupp tal-fundrasing tal-Parroċċa ser jorganizza ikla fil-Palm Valley, Wied il-Għajn. It-tluq jkun fid-9.00am minn ħdejn il-Knisja. Biljetti mingħand il-helpers tal-Parroċċa.
• Dawk l-għarajjes li ser jiżżewwġu matul l-2019, huma mistiedna biex jattendu għal Seminar qabel ma jersqu għas-Sagrament taż-Żwieġ. Dan is-seminar ser ikun maqsum fuq jumejn: L-ewwel parti tkun nhar l-Ġimgħa mis-7.15pm sad-9.00pm u nkomplu l-Ħadd mid-9.30am sal-12.00pm u li jkun jinkludi wkoll l-Quddiesa tal-Ħadd. Dawn ser isiru fil-Kripta tal-Knisja. •
Nhar is-Sibt li ġej, is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, ser torganizza Kunċert filKnisja, fl-okkażjoni tal-75 sena mill-ewwel purċissjoni bil-vara ta’ San Sebastjan. Dan ser issir filKnisja Parrokkjali u jibda fit-8.00pm. Għal dan il-għan il-Quddiesa tat-7.45pm ssir fil-Kripta.
•
Nhar il-Ħadd li ġej, quddiem il-Knisja Parrokkjali ser ikollna l-Mobile Blood Donation Unit biex wieħed jkun jistà jagħti d-demm. Dan jistà jsir bejn it-8.00am u l-12.00pm u wieħed għandu jieħu miegħu l-Karta tal-Identità. Inħeġġu lil kulħadd biex ma nibqgħux lura milli nagħmlu dan il-ġest sabiħ ta’ karita.
•
Il-ġabra li saret fl-ewwel tas-sena bħala strina lill-Knisja, laħqet is-somma ta’ €2,495. Grazzi ħafna mill-qalb lil kulħadd.
•
Fit-talb tagħna niftakru f’ ħuna Joseph Bajada li miet mill-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalih u għal ħutna l-mejtin kollha. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
TE L : 21 48 6 35 0