Avviżi 10 ta' April 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Ħadd il-Palm

10 ta’ April 2022

____________________________________________________________________________________ 

Qed nagħtu bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa bit-Tifkira Solenni ta’ Ħadd il-Palm. Għada/llum fid-9.00am, nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjoni li tfakkar id-Daħla Solenni tal-Mulej f’Ġerusalem bil-funzjoni tat-tberik taż-żebbuġ fil-Knisja ż-Żgħira. Wara nixmu f’purċissjoni lejn il-Knisja Arċipretali, fejn fid-9.30am ikollna l-Quddiesa Solenni fejn fiha jinqara r-rakkont tal-Passjoni skont San Luqa. Fil-11.00am: Quddiesa għat-tfal u l-familji tagħhom, fejn fiha t-tfal ser joffru l-Karus ta’ Mħabba b’risq it-tfal fil Guatemala. Fil-5.00pm: Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm u fis-6.00pm, purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Addolorata li tintemm fil-Knisja Arċipretali, bil-Barka Sagramentali.

It-Tnejn/Għada l-Parroċċa ser torganizza Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla. Filgħaxija, fil-parroċċa jkollna biss Quddiesa fl-4.30pm. Fil-5.15pm jitlaq it-trasport minn ħdejn il-Knisja, fejn fis-6.00pm ikollna Quddiesa fil-Bażilika tal-Isla u wara ssir meditazzjoni minn Mons Frans Abdilla bit-tema: X’jilmaħ in-nisrani fil-figura ta’ Ġesù Redentur. Nagħlqu b’mument qasir ta’ talb u nirċievu l-Barka Sagramentali. Inkunu lura Ħal Qormi fit-8.00pm. Dawk li jixtiequ jattendu għandhom ikellmuna minnufih wara l-Quddiesa fis-Sagristija. Minħabba dan il-mument, nhar it-Tnejn filgħaxija, l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq.

It-Tlieta, fis-6.00pm: Quddiesa fil-Knisja u wara jkollna ċ-Ċelebrazzjoni tal-Qima tal-Pjagi ta’ Kristu.

L-Erbgħa, fil-5.00pm: Ċelebrazzjoni għat-tfal u l-familji tagħhom bi tħejjija għat-Tlett Ijiem Mqaddsa tal-Għid, fejn fiha jingħata s-servizz tal-Qrar. Fis-6.00pm: Quddiesa fil-Knisja u wara Via Sagra animata mill-Grupp tal-Abbatini tal-Parroċċa li tintemm bil-Barka bir-relikwa tas-Salib Mqaddes.

Il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka. Filgħodu l-Knisja tkun magħluqa u ma jkunx hawn Quddies. Fid-9.15am, l-Arċisqof imexxi konċelebrazzjoni flimkien mas-saċerdoti fil-Kon Katidral ta’ San Gwann, il-Belt. Fiha jsir it-tberik taż-Żjut Mqaddsa. Fis-6.00pm: Konċelebrazzjoni Solenni li

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 63 5 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.