Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
It-Tieni Ħadd tar-Randan
13 ta’ Marzu 2022
____________________________________________________________________________________
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fis-7.00pm ser isiru fil-Parroċċa tagħna, l-Eżerċizzi tar-Randan għall-Koppji Miżżewwġin, familji u għarajjes. Dawn ser jitmexxew minn Fr Kevin Schembri u jkunu bejn is-7.00pm u s-7.30pm fil-Knisja. Inħeġġu lill-familji biex jieħdu sehem u ma jitilfux dan l-opportunità offruta lilhom għall-ġid tal-familji tagħna. Għal din il-ġimgħa biss l-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.30pm.
Bi tħejjija għall-Ewwel Qrara tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina, nhar l-Erbgħa fil-5.00pm ser isir laqgħa fil-Knisja għat-tfal li jattendu għall-katekiżmu fiċ-Ċentru filwaqt li l-Ħamis fil-5.00pm ser isir laqgħa fil-knisja għat-tfal li jattendu l-Museum tal-Bniet u tas-Subien.
Nhar is-Sibt, niċċelebraw l-festa ta’ San Ġużepp u tkun btala pubblika. Il-Quddies fil-Parroċċa filgħodu jkun bħal nhar ta’ Sibt, fis-6.30am u fit-8.00am u filgħaxija fil-ħinijiet tas-soltu.
It-Tnejn 21 ta’ Marzu mid-9.00am sal-10.00am s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni fil-Knisja.
Mit-Tnejn 21 sal-Erbgħa 23 ta’ Marzu ser isiru fil-Knisja ż-Żgħira, l-Eżerċizzi għaż-żgħażagħ. Fis-7.15pm għal dawk minn 13 sa’ 15-il sena u fit-8.00pm għal żgħażagħ minn 16-il sena ‘l fuq.
Il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu fil-Parroċċa tagħna ser niċċelebraw il-festa ta’ Ġesù Redentur. Dakinhar fl-10.00am ikollna Quddiesa għall-morda u l-anzjani fejn fiha ssir il-Ġriżma tal-Morda. Filgħaxija mill-5.00pm ‘l quddiem ikun hawn saċerdoti disponibli għall-Qrar u fis-6.00pm ikollna Quddiesa kantata mmexxija minn Mons George Frendo, Arċisqof Emeritu ta’ Tirane-Durres fl-Albanija. Wara l-Quddiesa nitolbu t-talba tal-Via Sagra u nagħlqu bil-Barka bir-relikwa ta’ Salib Mqaddes. Dakinhar ser tiġi inawgurata l-Bradella u l-Bankun tal-istatwa ta’ Ġesù Redentur.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org