Avviżi 17 ta' April 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Ħadd il-Għid

17 ta’ April 2022

____________________________________________________________________________________ 

Il-Quddies kollu llum, f’Ħadd il-Għid, ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Fid-9.00am toħroġ mill-Knisja l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Irxoxt u li tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq il-Vitorja, San Rafel, San Sebastjan, San Bartilmew, Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sal-Knisja. Fl-12.00pm fuq iz-zuntier tal-Knisja nitolbu t-talba tar-Reġina Coeli u jsir it-tberik tal-figolli tat-tfal. Mad-dħul tal-istatwa ta’ Kristu Rxoxt fil-Knisja nirċievu l-Barka Sagramentali. Fis-6.00pm: Quddiesa Solenni tal-Għid il-Kbir bis-sehem tal-Kor taż-Żgħażagħ.

Infakkru li minn nhar it-Tnejn, il-ħin tal-Quddies ta’ filgħaxija jkun fis-6.30pm filwaqt li is-Sibt, il-Quddies ikun fil-5.00pm, fis-6.30pm u fit-7.45pm.

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira bdiet in-Novena tal-Ħniena Divina, għalhekk matul il-ġimgħa li ġejja mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-Quddiesa tas-6.30pm, nitolbu flimkien in-novena u nirċievu l-Barka Sagramentali.

Nhar it-Tnejn ikollna, n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd, mis-7.00pm sas-7.30pm fil-Knisja. Ilkoll mistiedna biex nattendu, ħalli l-Kelma ta’ Alla napprezzaw aktar fil-ħajja tagħna.

Nhar l-Erbgħa, il-Grupp tal-Ladies Circle tal-Parroċċa ser jorganizza ħarġa ta’ Gurnata għall-Għawdex. It-Tluq ikun fis-7.00am minn ħdejn il-Knisja u niġu lura mal-vapur tal-5.00pm. Dan il-mument jinkudi l-Quddiesa fil-Knisja tax-Xagħra u l-ikla ta’ nofsinhar. Dawk li jixtiequ jattendu, għandhom jagħmlu dan sa nhar it-Tnejn.

Nhar il-Ħamis fis-7.30pm, ssir il-laqgħa tal-Grupp Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali

Nhar il-Ħadd li ġej il-Quddiesa tal-11.00am tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TE L : 2 14 8 63 5 0

E -M A I L: in f o @q or mi sb pari sh . o r g


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Avviżi 17 ta' April 2022 by St Sebastian Parish Qormi - Issuu