Avviżi 20 ta' Marzu 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

It-Tielet Ħadd tar-Randan

20 ta’ Marzu 2022

____________________________________________________________________________________ 

Nhar it-Tnejn/Għada mid-9.00am sal-10.00am s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni fil-Knisja.

It-Tnejn fil-5.00pm, fil-Knisja, ser issir l-Ewwel Qrara tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina u jattendu għall-katekiżmu fiċ-Ċentru, filwaqt li nhar it-Tlieta fil-5.00pm, fil-Knisja, tkun għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina li jattendu l-MUSEUM tal-Bniet u Subien.

Mit-Tnejn sal-Erbgħa ser isiru fil-Knisja ż-Żgħira, l-Eżerċizzi għaż-żgħażagħ minn Fr Alex Zammit MSSP. Fis-7.15pm għal dawk minn 13 sa’ 15-il sena u fit-8.00pm għal żgħażagħ minn 16-il sena ‘l fuq. Inħeġġu liż-żgħażagħ sabiex jattendu.

Il-Ġimgħa, fil-Parroċċa tagħna niċċelebraw il-festa ta’ Ġesù Redentur u ser ikun jum ta’ talb għall-Konverżjoni tal-midinbin. Fl-10.00am ikollna Quddiesa għall-morda u l-anzjani fejn fiha ssir il-Ġriżma tal-Morda. Mill-5.00pm ‘l quddiem ikun hawn fil-knisja diversi saċerdoti disponibli għall-Qrar u fis-5.45pm ser tiġi inawgurata l-Bradella u l-Bankun tal-istatwa ta’ Ġesù Redentur. Fis-6.00pm, Quddiesa kantata mmexxija minn Mons George Frendo, Arċisqof Emeritu ta’ Tirane-Durres fl-Albanija u wara fil-Knisja stess nitolbu t-talba tal-Via Sagra. Nagħlqu bil-Barka bir-relikwa ta’ Salib Mqaddes. Ilkoll mħeġġa li nattendu biex flimkien niċċelebraw din il-festa għażiża u nitolbu għall-konverżjoni tal-midinbin u nersqu għall-Qrar.

Mit-Tnejn 28 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 1 ta’ April, ikollna fil-Parroċċa tagħna l-Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd li jsiru mid-9.00am sad-9.30am fil-Knisja u jsiru minn Dun Mario Dimech.

L-Erbgħa 30 ta’ Marzu ser isir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani. Din tibda fl-4.00pm bit-talb tar-Rużarju fil-Knisja ż-Żgħira u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Scicluna O.Carm.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.