Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
It-Tieni Ħadd tal-Għid
24 ta’ April 2022
____________________________________________________________________________________
Qed niċċelebraw il-festa tal-Ħniena Divina. Għada/Ilejla fil-5.00pm ikollna l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja u li se tkun animata mill-Grupp ta’ talb tal-Ħniena Divina. Fis-6.00pm imbagħad ikollna Quddiesa kantata.
It-Tnejn/Għada, ssir il-laqgħa tal-Grupp tat-Terzjarji Karmelitani. Din tkun fl-4.00pm fil-Knisja ż-Żgħira u tibda bit-talba tar-Rużarju u wara ssir laqgħa spiritwali minn Patri Ivan Sciclina O.Carm.
It-Tnejn/Għada ikollna, n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Din tkun mis-7.00pm sas-7.30pm fil-Knisja u Ilkoll mistiedna biex nattendu, ħalli napprezzaw aktar il-Kelma ta’ Alla fil-ħajja tagħna.
It-Tlieta, is-Superjur Joe Fenech, imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija, mid-9.00am sal10.00am, fil-Knisja. Kulħadd Mistieden.
Nhar il-Ħamis, mis-7.00pm sas-7.30pm ikollna l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja u li ser tkun animata mill-Kummissjoni Familja. Din ser issir il-Ħamis peress li l-Ġimgħa hawn tieġ fil-Parroċċa.
Nhar is-Sibt, Mons. Arċisqof ser jordna erbà djakni ġodda, fosthom lil Bro. Ian Zammit, Dumnikan mill-Parroċċa tagħna. L-Ordinazzjoni ser issir fil-Kon Katidral ta’ San Gwann, fid-9.30am u għaliha kulħadd huwa mistieden. Id-Djakonat huwa l-aħħar pass qabel ma dawn iż-żgħażagħ jiġu ordnati saċerdoti s-sena d-dieħla. Tajjeb li matul din il-ġimgħa nżommuhom fit-talb tagħna.
Nhar il-Ħadd 1 ta’ Mejju, bħalha Parroċċa ningħaqdu ma’ Mons. Vincenz Deguara li din is-sena qed jiċċelebra is-60 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu permezz ta’ Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr, fis-6.00pm. F’din il-Quddiesa Mons. Arċisqof ser jagħmel l-omelija. Kulħadd huwa mistieden, biex
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org