Avviżi 27 ta' Marzu 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan

27 ta’ Marzu 2022

____________________________________________________________________________________  Mit-Tnejn sa nhar il-Ġimgħa, fil-Parroċċa tagħna ikollna l-Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd li jsiru mid-9.00am sad-9.30am fil-Knisja u jsiru minn Dun Mario Dimech. Inħeġġu lil kulħadd, biex ma nħallux ir-Randan jgħaddi u ma nersqux biex nisimgħu l-Kelma ta’ Alla.  It-Tnejn/Għada, ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-6.30pm sas-7.00pm fil-Knisja, bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħames Ħadd tar-Randan. Imexxi, Dr Joseph Ciappara li huwa studjuż fuq ilKelma ta’ Alla fl-Università ta’ Malta.  L-Erbgħa issir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani. Din tibda fl-4.00pm bit-talb tar-Rużarju fil-Knisja ż-Żgħira u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Scicluna O.Carm.  Il-Ġimgħa, ikun l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Ilkoll mħeġġa biex nieħdu sehem fil-Quddiesa u nersqu għall-Qrar. Għalhekk mill-5.30pm ‘l quddiem ikun hawn Patri Alex Scerri O.Carm għall-Qrar u mis-6.30pm sas-7.00pm ilkoll mħeġġa nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u li ser tkun animata mill-Grupp ta’ Talb għall-Vokazzjoniet.  Bejn is-Sibt 2 ta’ April u l-Ħadd 3 ta’ April, ser ikollna fostna, lill-Papa Franġisku. Ilkoll mħeġġa biex inkomplu nitolbu, ħalli din iż-żjara tħalli l-frott u l-ġid mixtieq. Tkun ħaġa xierqa li jitilgħu lbnadar fuq il-bjut, bħala wkoll sens ta’ rispett lejn il-Missier tagħna l-Papa Franġisku. Navżaw li lQuddies ta’ nhar is-Sibt filgħaxija ser ikun bħas-soltu, filwaqt li l-Ħadd filgħodu l-Quddies filParroċċa tagħna ser ikun fis-6.30am u fi7-7.30am u fis-6.00pm. Dawk li bbukjaw mal-Parroċċa ttrasport għall-Quddiesa tal-Papa fuq il-fosos tal-Furjana, dan jitlaq fid-8.45am minn ħdejn il-Knisja.  Infakkru li bħalha Parroċċa matul ir-Randan, bħala Karità qed ngħinu lil Dun Anton Grech, missjunarju fil-Guatemala. Id-donazzjoniet tagħna nistgħu nħalluhom fil-kaxxa apposta li hawn ħdejn ix-xbieha ta’ Ġesù Kurċifiss fil-Knisja. Navżaw ukoll li matul il-ġimgħa li ġejja, ser niġbru oġetti talikel u tal-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-art għall-familji fil-bżonn tal-Parroċċa tagħna. Dawn nistgħu nħalluhom ħdejn il-Battisteru tal-Magħmudija.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TEL: 2148 6350

E-M AI L: info@qorm isb p arish.org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Avviżi 27 ta' Marzu 2022 by St Sebastian Parish Qormi - Issuu