Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Solennità tal-Epifanija tal-Mulej
2 ta’ J annar 2022
____________________________________________________________________________________ Il-Ħadd, niċċellebraw il-festa tal-Epifanija tal-Mulej, il-Quddiesa tal-11.00am tkun animata mill-Grupp taż-Żgħażagħ IMPACT. Fl-4.00pm ikollna Quddiesa bl-Ingliż għal sħabna li jgħixu fostna u fis-6.00pm ikollna Quddiesa kantata. As a Parish, we would like to invite our friends and their relatives who are living in Qormi, for a special mass in English on Sunday 2nd January at 4.00pm, in our Parish Church. We really appreciate if you come and join us in this moment together on the feast of the Epiphany of the Lord. Nhar it-Tnejn, ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma fil-Knisja, mis-6.30pm sas-7.00pm bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Ilkoll mħeġġa li nieħdu sehem biex tassew tkun biss il-Kelma ta’ Alla li tmexxina fil-ħajja tagħna. Nhar l-Erbgħa, il-Parroċċa tagħna tiċċelebra 86 sena mit-twaqqif tagħha. Nirringrazzjaw lil Alla għal dawk kollha li ġew qabilna u għal dawk kollha li qed jagħtu s-sehem tagħhom llum biex flimkien ikollna Parroċċa kif għandha tkun. Tajjeb għalhekk li nitolbu dejjem biex il-Parroċċa tkun biss kif jixtieqha Ġesù u li ngħixu flimkien fi spirtu ta’ aħwa. Inħeġġiġkom ukoll biex matul din is-sena, nitolbu aktar mis-soltu fil-familji tagħna għal aktar vokazzjoniet saċerdotali u reliġjużi. Nhar il-Ġimgħa, ikun l-ewwel ġimgħa tax-xahar, għalhekk mill-5.30pm ‘l quddiem ikun hawn Patri Alex Scerri O.Carm għall-Qrar u mis-6.30pm sas-7.00pm lkoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mill-Grupp tat-Talb għall-Vokazzjoniet. Nhar il-Ħadd 9 ta’ Jannar, niċċelebraw il-festa tal-Magħmudija tal-Mulej, il-Quddiesa tad-9.30am u tal-11.00am tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg