Avviżi Tal-Kommunità 31 ta' Jannar 2021
Ir-Rabà Ħadd tas-Sena
____________________________________________________________________________________ It-Tnejn/Għada, l-Quddiesa tas-6.00pm, ser tkun b’suffraġju għal dawk li mietu fil-Parroċċa tagħna, matul Settembru u Diċembru li għadda. Il-familjari ta’ dawn ħutna huma mħeġġa li jieħdu sehem f’din il-Quddiesa. It-Tnejn/Għada, fis-6.30pm jiltaqa’ fil-Knisja, l-Grupp Nofsiegħa mal-Kelma, fejn flimkien nirriflettu fuq l-Evanġelju tal-Ħadd li jkun jmiss. Infakkru li l-grupp huwa miftuħ għall-kulħadd u jiltaqa dejjem kull nhar ta’ Tnejn bejn is-6.30pm u 7.00pm. Minħabba ċ-ċirkostanzi, ħsiebna, biex jitqassam flixkun żgħir bl-ilma mbierek lill-familji li joqgħodu f’dawn it-toroq, flimkien ma’ fuljett żgħir ta’ talb, bħala għajnuna għal talb personali u flimkien bħala familja. It-tqassim tal-ilma mbierek ser isir mis-saċerdoti tal-Parroċċa, f’dawn il-ġranet, bejn l-4.00pm u 6.00pm u ser jitħalla wara l-bibien tad-djar tagħna. Tajjeb li bħala familja mbagħad, issibu ħin u tagħmlu flimkien, it-talba tat-tberik, li tinsab fil-parti ta’ wara tal-fuljett. Wara l-Għid il-Kbir, ser inkomplu nagħmlu dan, biex b’hekk nilħqu aktar familji li joqgħodu fit-toroq l-oħra tal-Parroċċa tagħna. It-Tqassim tal-flixken tat-Tberik, ser isir f’dawn id-dati:
It-Tnejn 1 ta’ Frar: Triq San Bartilmew (minn Triq San Bastjan sa Triq l-Imdina), Triq Bertu Hyzler, Triq Dun Gino Mangion, Triq il-25 ta’ Mejju 1743 u Triq il-Vitorja.
L-Erbgħa 3 ta’ Frar: Triq San Edward, Triq Antonio Muscat Fenech, Triq il-Gdida.
It-Tnejn 8 ta’ Frar: Triq Santa Katerina, Triq Ġuże Duca, Trejqet Pascarella, Pascarella Housing Estate u tal-Ħandaq.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg