Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Il-Ħames Ħadd tas-Sena
6 ta’ Frar 2022
____________________________________________________________________________________
Ifakkru li kull nhar ta’ Tnejn bejn id-9.15am u l-10.00am issir l-laqgħa għal anzjani fil-Kripta tal-Knisja. L-anzjani tagħna huma mistiedna għal din il-laqgħa.
Nhar it-Tnejn/Għada ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Din issir fil-Knisja bejn is-6.30pm u 7.00pm u għaliha kulħadd mistieden biex jattendi.
Nhar il-Ħamis l-10 ta’ Frar, niċċelebraw il-festa għażiża tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Għalhekk l-Erbgħa ikollna Quddiesa fl-4.30pm u fis-6.00pm u l-Ħamis il-Quddies ikun fis-6.30am, fit-8.00am, fid-9.30am li tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija u fis-6.00pm. Ikoll mħeġġa biex nieħdu sehem fil-Quddiesa, biex filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla għar-rigal tal-fidi, l-Mulej illum ikompli jqawwi lilna biex dan id-don inħarsuħ u ngħożżuħ.
Il-Ġimgħa, nagħmlu t-tifkira tal-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes lil Santa Bernadette Soubirous u jkun iċċellebrat Jum il-Morda. Għalhekk tkun ħaġa xierqa li dakinhar nitolbu flimkien t-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna u nżommu fl-intenzjoni tagħna lill-morda u l-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom.
Nhar il-Ġimgħa wkoll bejn is-6.30pm u s-7.00pm ikoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mill-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani.
Infakkru li kull nhar ta’ Ġimgħa fit-8.00pm, fiċ-Ċentru jiltaqà l-Grupp taż-Żgħażagħ IMPACT. Dan il-grupp huwa miftuħ għal żgħażagħ minn tletax–il sena ‘l fuq. Inħeġġu liż-żgħażagħ biex jieħdu sehem fil-laqgħat u attivitajiet li dan il-grupp jorganizza u minn jixtieq aktar dettalji wieħed jistà jidħol fil-paġna tal-facebook tal-grupp.
Nhar il-Ħadd, il-Quddiesa tal-11.00am tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org