Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Festa tal-Magħmudija tal-Mulej
9 ta’ Jannar 2022
____________________________________________________________________________________
Nhar it-Tnejn/Għada, jibda mill-ġdid l-katekiżmu għat-tfal u l-adolexxenti tal-Parroċċa tagħna wara l-btajjel tal-Milied. Navżaw li dawk it-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru Parrokkjali għalissa ser ikollhom katekiżmu onlajn darba fil-ġimgħa. It-Tfal li jattendu l-Museum tal-Bniet ta’ Correa ser ikunu onlajn ukoll għall-katekiżmu, filwaqt li dawk li jmorru l-Museum tal-Bniet ta’ St. Edward u qegħdin fi Grade 6 ser ikunu onlajn filwaqt li dawk li qegħdin Form 1 u 2 ser ikollhom katekiżmu fil-Museum stess fil-ħinijiet tas-soltu. Dawk li jattendu l-Museum tas-Subien ser ikollhom l-katekiżmu fil-Museum stess. Minn ikun jixtieq aktar informazzjoni wieħed jista’ jagħmel kuntatt permezz tal-paġni tal-facebook ta’ dawn iċ-Ċentri tal-katekiżmu jew ikellem lill-persuni nkarigati.
Nhar it-Tnejn, ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma fil-Knisja, mis-6.30pm sas-7.00pm bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Ilkoll mħeġġa li nieħdu sehem, biex il-Kelma ta’ Alla tkun dik li tmexxina fil-ħajja tagħna.
Nhar l-Erbgħa jergħu jibdew il-laqgħat tal-Grupp tal-Ladies Circle, fid-9.00am, fil-Knisja Parrokkjali.
Nhar il-Ħamis fis-6.45pm issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fil-Knisja.
Nhar il-Ġimgħa mis-6.30pm sas-7.00pm lkoll imħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mill-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani.
Nhar is-Sibt fis-5.45pm ser issir Quddiesa fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt għal dawk l-għarajjes li ser jiżżewwġu din is-sena. Din tkun immexxija minn Mons. Arċisqof.
It-Tnejn 17 ta’ Jannar is-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja mid-9.00am sal-10.00am. Kulħadd huwa mistieden.
It-Tlieta 18 ta’ Jannar fis-6.00pm, l-Kummissjoni Djakonija ser torganizza Quddiesa fil-Knisja b’suffraġju għal dawk ħutna mill-parroċċa tagħna li mietu bejn Settembru u Diċembru tas-sena li għaddiet. Il-familjari huma mħeġġa li jattendu.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org