AvviŜi Tal-Kommunità Parroëëa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
6 Ħadd Sena B
11 ta’ Frar 2018
____________________________________________________________________________________
Nhar l-Erbgħa nibdew ir-Randan Imqaddes. Huwa jum ta’ sawm u astinenza mil-laħam. Ikun tajjeb ħafna li nhar l-Erbgħa nieħdu sehem fië-ëelebrazzjoni tal-Quddiesa.
Nhar il-Āimgħa nibdew il-laqghat tal-Lectio Divina. Ser isiru kull nhar ta’ Āimgħa hawnhekk filknisja fis-7.00pm. F’dawn il-laqgħat nieħdu f’idejna l-Kelma ta’ Alla tal-Ħadd, nirriflettu fuqha u naraw xi trid tgħidilna għall-ħajja tagħna. Kulħadd mistieden jingħaqad magħna.
Nhar il-Ħamis ser isir seminar għal kulħadd āewwa l-Museum tal-Bniet fis-Siāāiewi. It-tema hija Xmajjar ta’ Maħfra. Is-seminar jibda fid-9.30am u jintemm fin-12.30pm. Ser ikun hemm il-qrar.
Nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar ser issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina hawnhekk fil-Knisja. Tibda fil5.00pm. Kulħadd mistieden.
Mit-Tnejn 19 ta’ Frar sal-Āimgħa 23 ta’ Frar ser isiru l-EŜerëizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Knisja tas-Sorijiet Agostinjani. Fis-2.35pm ikun hemm it-talba tar-RuŜarju u fit-3.00pm issir il-priedka minn Fr Joe Mifsud.
•
It-Tnejn 19 ta’ Frar fl-10.00am, fil-kripta tal-Knisja, ser issir siegħa adorazzjoni mmexxija misSuperjur Joe Fenech. Kulħadd mistieden.
Paëi u barka
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 48 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o @ q or m i sb pa ri s h. org