Avviżi 18 ta' Frar 2018

Page 1

AvviŜi Tal-Kommunità Parroëëa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

1 Ħadd Tar-Randan

18 ta’ Frar 2018

____________________________________________________________________________________

Għada/Illejla ser issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina hawnhekk fil-Knisja. Tibda fil-5.00pm. Kulħadd mistieden.

Nhar it-Tnejn/Għada fl-10.00am, fil-kripta tal-Knisja, ser issir siegħa adorazzjoni mmexxija misSuperjur Joe Fenech. Kulħadd mistieden.

Minn nhar it-Tnejn/Minn għada sal-Āimgħa ser isiru l-EŜerëizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Knisja tas-Sorijiet Agostinjani. Fis-2.35pm ikun hemm it-talba tar-RuŜarju u fit-3.00pm issir il-priedka minn Fr Joe Mifsud.

Nhar l-Erbgħa jmiss il-laqgħa għal dawk l-ommijiet li qed irabbu weħidhom. Il-laqgħa ssir fil-kripta fis-6.30pm.

Nhar il-Āimgħa nkomplu bil-laqghat tal-Lectio Divina hawnhekk fil-knisja fis-7.00pm. F’dawn illaqgħat nieħdu f’idejna l-Kelma ta’ Alla tal-Ħadd, nirriflettu fuqha u naraw xi trid tgħidilna għallħajja tagħna. Kulħadd mistieden.

Nixtiequ li dawk minnkom li jkollkom xi membru tal-familja f’xi sptar tinfurmawna ħalli nkunu nistgħu nŜuruhom.

Nitolbu għall-membri tal-parroëëa tagħna li matul din il-āimgħa għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem: Clayton Barbara, Filippa Cilia, Lucia Galea u Carmen Farrugia. Agħtihom, Mulej, il-mistrieh ta’ dejjem...

Paëi u barka

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 48 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o @ q or m i sb pa ri s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.