Avvizi 21 2 16

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORM I ­ M AL TA

2 RANDAN C

21 ta’ Fr ar 2016

____________________________________________________________________________________ 

Għada l­Ħadd / Illejla fil­5.00pm issir l­Adorazzjoni tal­Ħniena Divina.

Mit­Tnejn li ġejjin ser jibdew l­eżerċizzi għal kulħadd filgħodu, wara l­quddiesa tat­8.30am. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jattendi u jisma dawn il­priedki li żgur ser iservu ta’ ġid. Ser jitmexxew minn Fr Paul Bugeja OFM Cap.

Mit­Tnejn 29 ta’ Frar jibdew l­eżerċizzi tal­miżżewġin fis­7.00pm fil­Kripta immexxija minn Fr Robert Grech.

Il­Ġimgħa wara il­quddiesa ta’ filgħaxija issir il­Lectio Divina.

(Is­Sibt 5.15 & 6.30pm) Illejla fiċ­Ċentru Parrokkjali, ser jintwera l­film Amazing Love, fis­ 7.15pm. Huwa film interessanti ħafna u mod sabiħ kif ngħaddu s­Sibt filgħaxija flimkien.

Nhar il­Ħamis filgħodu issir attività soċjali fiċ­Ċentru Parrokkjali b’risq Puttinu Cares.

Matul din il­ġimgħa ser isiru żjarat fid­djar u tberik tal­familji fi Triq Antonio Muscat Fenech u fi Triq San Edward. Il­familji li jkunu ser jitbierku jirċievu ittra minn qabel id­dar.

Fil­Fuljett Parrokkjali hemm appell għal min jixtieq jikkontribwixxi għar­restawr tas­sopra porta tal­bieb prinċipali tal­Knisja ż­Żgħira. Nirringrazzja lil kull min ta’ l­offerta tiegħu. Sa issa hemm madwar €2500 għal dan l­iskop – qegħdin kważi nofs triq biex inkunu nistgħu nagħmlu dan il­proġett.

Paci u Barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SA N BA RTILMEW, ĦA L Q O RMI Q RM 2184

TE L : 2 1 4 8 6 3 5 0

E ‐ M A IL : in f o @q o rm isb p a rish . o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.