Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
6 ĦADD GĦID C
1 ta’ Mejju 2016
____________________________________________________________________________________
Matul din il-ġimgħa ser ikompli t-tberik f’dawn it-toroq: It-Tnejn 2 ta' Mejju
pm Triq il-Kaċċatur, Pawlu Farrugia, Triq Gorg Agius
It-Tlieta 3 ta' Mejju
pm Triq in-Nassab, Ragħaj, Armal, M. Montebello, Furnar
L-Erbgħa 4 ta' Mejju
pm Triq l-Aħwa Zammit, MA Vassalli
Il-Ħamis 5 ta' Mejju
pm Triq Karm Debono, Tal-Bajjada
Mit-Tnejn li ġejjin jiftaħ il-booking għall-kors ta’ Kana li ser isir f’Ottubru li ġej. Dan isir fil-ħinijiet tal-Uffiċċju. Nhar it-Tlieta ser issir ir-raba’ laqgħa tal-kors dwar il-ħniena ta’ Alla, fis-7.15pm, fil-Kripta talKnisja. Din ser titmexxa minn Fr Frank Borg OP bis-suġġett: Aspetti tal-Ħniena fil-Liturġija. Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm issir il-laqgħa għall-ġenituri tat-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina fil-Kripta talKnisja. Hija laqgħa mportanti u l-ġenituri għandhom jattendu. Nhar il-Ħadd li ġej fid-9.30am issir il-quddiesa tal-magħmudija. Il-Ħadd li ġej isir ukoll il-Pellegrinaġġ tal-Madonna ta’ Pompei, Marsaxlokk. Tluq fil-5.00pm minn quddiem il-Knisja. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-Ladies’ Circle. Id-distributuri tal-Fuljett Parrokkjali jistgħu jiġbru l-ħarġa ta’ Mejju mill-Uffiċċju Parrokkjali. Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju issir l-ikla ta’ Jum l-Omm. Tluq fid-9.00am minn quddiem il-Knisja. IsSibt li ġej isir bazaar tal-pjanti fuq iz-zuntier tal-Knisja. Għad fadal postijiet għall-pellegrinaġġ għal Fatima bejn it-8 u 15 ta’ Awwissu li ġej. Min hu interessat jikkuntatja l-Uffiċċju Parrokkjali mill-aktar fis.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg