Avviżi 3 ta' Novembru 2019

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

3 ta’ Novembru 2019

Il-31 Ħadd ta’ Matul is-Sena

____________________________________________________________________________________ 

Għada/Illum ser issir seminar għall-għarajjes li se jiżżewwġu s-sena dieħla. Dan ikun mid-9.00am sa 12.00pm fil-Kripta u jkun jinkludi l-Quddiesa tal-Ħadd.

Għada/Illum fl-4.00pm issir il-Quddiesa fiċ-Ċimiterju u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Navzaw li matul ix-xahar ta’ Novembru, kull nhar ta’ Tnejn fl-10.00am ikun hemm Quddiesa fiċ-Ċiimiterju.

Minn nhar it-Tnejn/Għada, il-Quddies ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-Parroċċa tibda tkun fis-6.00pm.

Minn nhar it-Tnejn/Għada fl-4.00pm, fl-Uffiċċju Parrokkjali, jiftaħ il-booking tal-intenzjoniet tal-Quddies għas-sena dieħla. Filwaqt li tkun ħaġa xierqa u qaddisa li noffru l-Quddies għal ħutna l-mejtin, tajjeb li niftakru li hemm oħrajn li jixtiequ joffru Quddies għall-membri mejtin tal-familji tagħhom, għalhekk tajjeb li nuru l-prudenza mixtieqa.

Nhar il-Ħamis mill-5.00pm sas-6.00pm fil-Knisja ssir il-prova ġenerali għal dawk l-adoloxxenti li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof. Fl-istess ħin, ikun hawn fil-Knisja, l-Qrar għall-ġenituri u l-parrini ta’ dawn l-adolexxenti. Minħabba f’hekk, ir-rużarju u l-Quddiesa ta’ filgħaxija, nhar il-Hamis li ġej, isiru fil-Knisja ż-Żgħira.

Nhar il-Ħamis ser isisr laqgħa għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Din issir fil-Knisja ż-Żgħira u tibda fis-7.00pm.

Il-Ġimgħa, il-Grupp taż-żgħażagħ IMPACT, ser jibda l-ħidma tiegħu bi grupp ġdid għal żgħażagħ bejn il-15 u 25 sena. Il-laqgħat jibdew jkunu kull nhar ta’ Ġimgħa, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Avviżi 3 ta' Novembru 2019 by St Sebastian Parish Qormi - Issuu