Avvizi 3 ta' Jannar 2021

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Festa tal-Epifanija tal-Mulej

3 ta' Jannar 2021

____________________________________________________________________________________  Nhar it-Tnejn/Għada, ser nagħtu bidu għall-Grupp ġdid fil-Parroċċa, bl-isem ta’ Nofsiegħa mal-Kelma. L-iskop ta’ dan il-grupp huwa, biex permezz tal-Kelma ta’ Alla, nsaħħu r-rabta tagħna ma’ Ġesu u biex nagħrfu aħjar ir-rieda tiegħu għalina, fil-ħajja tagħna. Dan il-grupp huwa miftuħ għall-kulħadd u ser jibda jiltaqa kull nhar ta’ Tnejn, mis-6.30pm sas-7.00pm, fil-Knisja. B’dan il-mod, nkunu qed ngħinu lill-komunità tapprezza aktar il-Kelma ta’ Alla, li nkunu ser nisimgħu l-Ħadd li jkun imiss fil-Quddiesa. Ejjew ma’ nitilfux, din il-grazzja, li bħala Parroċċa qed noffru, biex napprezzaw aħjar il-Kelma ta’ Alla, fil-ħajja tagħna.  Nhar il-Ġimgħa, bejn is-6.30pm u 7.00pm ikollna l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja, li tkun animata mill-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani li għandna fil-Parroċċa. Kulħadd mistieden.  Nhar il-Ħadd, niċċelebraw l-festa tal-Magħmudija tal-Mulej, l-Quddiesa tal-11.00am, tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija.  F’April li ġej, il-Parroċċa ser toffri l-Kors ta’ Kana għall-għarajjes. Dan il-kors jikkonsisti f’għaxar laqgħat li jsiru l-Ħadd, mill-10.00am sal-12.00pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali. L-applikazzjonijiet għal dan il-kors, jinġabru mill-Uffiċċju Parrokkjali, waqt il-ħinijiet tal-Uffiċċju minn nhar it-Tnejn/Għada.  Il-ġabra tal-istrina b’risq il-parroċċa tagħna, kienet ta’ €2,655. Grazzi ħafna mill-qalb tal-ġenerożità tagħkom.  Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Par r oċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: " Mulej, għand min immor r u? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem."

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0

Ġw 6,68

E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg


Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

 Fit-talb tagħna, niftakru f’Rita Attard li mietet fil-Parroċċa tagħna, matul din il-ġimgħa. Nitolbu għaliha u għall-mejtin kollha.

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0

E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg


Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0

E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.