Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
23 ĦADD C
4 ta’ Settembru 2016
____________________________________________________________________________________
Nhar il-Ħamis li ġej niċċelebraw il-Festa tat-Twelid tal-Madonna. Hija vaganza pubblika. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol. Għalkemm mhix obbligu tal-quddies, xorta waħda mħeġġin inqaddsu din il-ġurnata bis-sehem tagħna fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Nhar is-Sibt 10 ta’ Settembru issir l-adorazzjoni għall-qdusija tal-Kleru fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, Kalkara. Tibda fid-9.00pm bil-quddiesa u tkompli l-adorazzjoni sal-11.00pm. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30am jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija. Radju Bastjaniżi FM, li huwa r-radju tal-Parroċċa tagħna, ser jibda jxandar il-Quddiesa tal-11.00am, minflok dik tat-8.00am, għall-benefiċċju ta’ dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jingħaqdu magħna hawn fid-Dar ta’ Alla. Il-ġabra speċjali b’risq il-vittmi tat-terremot fl-Italja laħqet is-somma ta’ €2700. Grazzi lil kull min ta’ l-kontribut tiegħu.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 21 4 8 6 35 0
•
E-M AI L: q or m is b ma l t a@g m ai l . c o m