Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
2 AVVENT A
4 ta’ Diċembru 2016
____________________________________________________________________________________ •
Nhar l-Erbgħa li ġejjin issir it-tieni laqgħa ta’ meditazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali, fis-7.15pm. Kulħadd mistieden, anke min ma setax jattendi l-ewwel laqgħa.
•
L-Erbgħa ssir ukoll il-laqgħa tal-ommijiet li jrabbu weħidhom, fil-Kripta tal-Knisja.
•
Nhar il-Ġimgħa issir it-tielet laqgħa ta’ Lectio Divina, fil-Knisja Parrokkjali, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Permezz ta’ dawn il-laqgħat nifhmu aħjar il-qari tal-quddiesa tal-Ħadd u jkollna għajnuna biex ngħixu aħjar iż-żmien tal-Avvent.
•
Nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm se jittella’ kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza fl-Istitut Kattoliku, filFurjana. Waqt il-kunċert se jitnieda is-CD tal-Milied, “Ħelu Bambin 3”, bis-sehem ta’ diversi kantanti stabbiliti Maltin.
•
Is-Sibt 19 ta’ Diċembru ser issir l-Adorazzjoni għall-Qdusija tal-Kleru fis-Seminarju, tal-Virtù, irRabat. Tibda fid-9.00pm bil-quddiesa u tibqa’ sejra bl-adorazzjoni sal-11.00pm.
•
Il-Ħadd li ġej issir il-quddiesa tal-Magħmudija fid-9.30am. Fil-quddiesa tal-11.00am isir it-tberik talpresepji u l-bambini tal-Milied. It-tfal mistiedna ġġibu magħkom il-presepju jew il-bambin biex jiġu mbierka waqt il-quddiesa.
•
Is-Soċjetà tad-Dutrina Nisranija, Sezzjoni Femminili ser tibda sensiela ta’ laqgħat fuq it-tagħlim ta’ San Ġorġ Preca. L-ewwel laqgħa ser issir nhar l-Erbgħa 7 ta’ Diċembru, fis-6.00pm, fid-Dar Ġenerali tas-Sezzjoni Femminili, il-Furjana.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org