Avviżi 5 ta' Jannar 2020

Page 1

Avviżi Tal­Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI ­ MALTA

Epifanija tal­Mulej 

5 ta’ Jannar 2020

Qed niċċellebraw il­festa tal­Epifanija tal­Mulej. Għada/Illum It­tfal kollha huma mistiedna għall­Quddiesa tad­9.30am u wara noħorġu fuq iz­zuntier tal­Knisja, biex nilqgħu lit­tlett slaten Magi li ser jitilqu f’purċissjoni mill­Parroċċa ta’ San Ġorġ. It­tfal huma mitluba sabiex iġibu magħhom oġġetti tal­ikel għall­familji fil­bżonn.

Fl­okkażjoni tal­bidu tas­Sena l­Ġdida, l­Parroċċa ser toffri mument ta’ apprezzament lil dawk kollha li jagħtu s­sehem tagħhom b’mod voluntarju fil­Knisja u fil­ħidma pastorali tal­Parroċċa. Dan ser jsir għada/ilejla, nibdew bil­Quddiesa fis­6.00pm fil­Knisja u wara jkollna bibita flimkien fiċ­Ċentru Parrokkjali. Għal dan il­mument huma mistiedna: is­Saċerdoti tal­Parroċċa, l­Komunità tas­Sorijiet Agostinjani, il­membri tal­Kummissjoniet u Għaqdiet reliġjużi, l­Kumitat tal­festa, l­voluntiera kollha li jgħinu fil­Knisja Parrokkjali u fil­Knisja ż­Żgħira, dawk kollha li jgħinu fil­liturġija, l­Katekisti u l­helpers taċ­Ċentru, l­abbatini, l­fratelli, il­Ministri tat­Tqarbin, dawk li jnaddfu l­knisja u jagħmlu l­fjuri, dawk li jqassmu l­Flimkien u l­kolletturi.

Il­Grupp tal­fundrasing tal­Parroċċa, ser jorganizza ikla ġewwa l­Palm Valley, Wied il­Għajn. Din ser issir nhar il­Ħamis li ġej u tluq ikun fid­9.00am minn ħdejn il­Knisja.

Infakkru li kull nhar ta’ Ġimgħa, l­Quddiesa tas­6.00pm qed issir fil­Knisja ż­Żgħira, biex wara bejn is­6.30pm u 7.00pm ikollna nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija flimkien. L­adorazzjoni ta’ nhar il­Ġimgħa, ser titmexxa mill­Komunità tas­Sorijiet Agostinjani.

Nhar is­Sibt, il­Moviment ta’ Kana, qed jorganizza Quddiesa speċjali għal dawk il­koppji kollha li żżewġu matul l­2019. Din il­Quddiesa ser titmexxa minn Mons. Arċisqof u tkun fil­5.30pm, fil­Kon Katidral ta’ San Ġwann, il­Belt.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0

E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.