Avvizi 05 06 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

10 ĦADD C

5 ta’ Ġunju 2016

____________________________________________________________________________________ 

  

 

Matul din il-ġimgħa ser isir tindif taċ-ċinta tal-Knisja (fejn hemm l-iskultura). Għal din ir-raġuni, mit-Tnejn filgħodu, il-quddies ta’ matul il-ġimgħa ser isir fil-Kripta tal-Knisja sa ma jitlesta dan ixxogħol. Ikollna bżonn l-għajnuna għat-tindif tal-Knisja nhar il-Ħamis u il-Ġimgħa filgħodu u napprezzaw min jista’ jgħina. Nhar il-Ħamis li ġej fis-7.30pm ser issir quddiesa u purċissjoni b’Ġesù Sagramentat fin-naħa tasSokkors. Il-quddiesa ser issir fit-tarf ta’ Triq Bajjada fis-7.30pm, u wara ssir purċissjoni b’Ġesù Sagramentat li tgħaddi minn Triq l-Aħwa Żammit, Triq il-Kanun, Triq MA Vassalli u Triq TalBajjada. Inħeġġu ħafna lill-familji li joqogħdu f’din in-naħa tal-parroċċa tagħna biex jattendu. Nhar il-Ħamis 9 ta’ Ġunju se jiġi organizzat breakfast il-Qawra. Biljetti mingħand Consiglia Abela. Il-Ġimgħa fis-7.15pm ser issir laqgħa għal dawk li se jgħinu fil-Lejla Maltija li ssir fil-ġimgħa ta’ qabel il-festa. Hija attività importanti biex jinġabru fondi għall-festa: min jista’ joffri għajnuna huwa milqugħ. Il-laqgħa se tkun fil-Kripta. Din il-ġimgħa ser isiru żewġ attivitajiet b’rabta mall-grupp li ser jmur għall-missjoni fil-Gwatemala. L-ewwel se tkun wirja ta’ arti, li se tkun miftuħa minn nhar l-Erbgħa 8 ta’ Ġunju filgħaxija sa nhar il-Hadd 12 ta’ Ġunju fis-Sala Psaila, dħul min-naħa tat-Tribuna ta’ Pinto. It-tieni attività tikkonsisti f’wirja ta’ karozzi nhar il-Hadd 12 ta’ Ġunju mid-9am sas-1pm fil-parkeġġ ta’ ħdejn il-knisja. Fl-okkazjoni tal-154 anniversarju mit-twaqqif tagħha s-Soċjetà Filarmonika Pinto ser ittella’ kunċert bil-Pinto Brass Band il-Ħadd 5 ta’ Ġunju fit-8.30pm quddiem is-sede tal-Każin. Kulħadd mistieden. Dħul b’xejn. Is-Soċjetà Filarmonika Pinto qed torganizza BBQ fi Triq San Ġużepp nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju 2016, lejliet festa pubblika b’risq l-Akkademja Mużikali Pinto. Biljetti mingħand il-membri talkumitat.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.