Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
32 Ħadd C
6 ta’ Novembru 2016
____________________________________________________________________________________ •
Nhar l-Erbgħa li ġej issir il-laqgħa tan-nisa romol u separati, fil-Kripta tal-Knisja, fis-6.30pm.
•
Nhar il-Ħamis li ġej issir Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija mmexxija mill-patrijiet Kappuċċini.
•
Is-Sibt li ġej issir l-adorazzjoni għall-qdusija tal-kleru fil-Knisja ta’ San Franġisk, B’Kara. Tibda fid-9.00pm bil-quddiesa u tkompli l-adorazzjoni sal-11.00pm.
•
Nhar il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-Griżma tal-Isqof lil 65 tifel u tifla mill-parroċċa tagħna. Ilquddiesa tal-Griżma tibda fl-10.00am. Il-quddies tad-9.30 u 11.00am isiru fil-Kripta. Matul din ilġimgaħ nitolbu biex dawk li sejrin jirċievu dan is-sagrament iħallu l-Ispirtu s-Santu jaħdem aktar fihom.
•
Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Novembru ser jibda jiltaqa’ grupp ġdid ta’ meditazzjoni fi tradizzjoni antika ħafna tal-Knisja. Aktar tagħrif issibuh fil-fuljett u fuq il-fliers li għandkom fuq il-bankijiet. Kulħadd mistieden.
•
Il-Ħamis li ġej ser isir coffee morning. Tluq fid-9.00am. Il-Ħadd li ġej issir ħarġa għall-Baħrija. Tluq fis-1.45pm. Biljetti għaż-żewġ attivitajiet mill-Uffiċċju Parrokkjali.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org