Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
TLUGĦ IS-SEMA
8 ta’ Mejju 2016
____________________________________________________________________________________
Għada l-Ħadd / Dal-għodu fid-9.30am issir il-quddiesa ta’ Jum l-Omm fiċ-Ċimiterju. Matul din il-ġimgħa ikompli t-tberik tal-familji f’dawn it-toroq: It-Tnejn 9 ta' Mejju
pm Kanun, Sebħ, Fonzu Meli, Alwiġ Psaila, G.M. Camilleri
It-Tlieta 10 ta' Mejju
pm Triq il-Qasam Sperimentali, Wied il-Kbir, Trejqet il-Biedja, Francesco Debono, Triq SVDP
L-Erbgħa 11 ta' Mejju
pm Flats tal-Gvern Blks 1-6
Il-Ħamis 12 ta' Mejju
pm Flats tal-Gvern Blks 7-13
Din ser tkun l-aħħar ġimgħa tat-tberik. Jekk xi ħadd ma kienx id-dar meta berikna t-triq tiegħu, jista’ jagħmel appuntament magħna biex niġu nbierku għandu. Nhar it-Tnejn niċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Preca. Il-quddiesa ta’ fil-għaxija fis-6.30pm tkun animata mis-soċji u t-tfal li jattendu l-MUSEUM. Inħeġġu lit-tfal, ġenituri u parruċċani biex jattendu. Nhar it-Tlieta ser issir l-aħħar laqgħa tal-kors dwar il-ħniena ta’ Alla, fis-7.15pm, fil-Kripta talKnisja. Din ser titmexxa minn Fr Ivan Borg OP bis-suġġett: Il-Ġustizzjua u l-Ħniena. Nhar il-Ġimgħa issir il-quddiesa b’suffraġju għall-mejtin mill-Parroċċa tagħna li mietu bejn Jannar u April ta’ din is-sena, fis-6.30pm. Qraba u ħbieb mistiedna jattendu. Il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-Festa ta’ Pentekoste. Għall-quddiesa tal-11.00am mistennija jattendu listudenti li sejrin jersqu għall-Griżma ta’ l-Isqof flimkien mall-ġenituri u l-parrini tagħhom. Filgħaxija fil-5.00am issir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina. Għad fadal postijiet għall-pellegrinaġġ għal Fatima bejn it-8 u 15 ta’ Awwissu li ġej. Min hu interessat jikkuntatja l-Uffiċċju Parrokkjali mill-aktar fis.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
Nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju ser jintwera l-Eurovision fuq screen kbir fiċ-Ċentru Parrokkjali, dħul minn Triq San Bartilmew. Din hija attività mtellgħa mill-Għaqda ta’ l-Amar. Kulħadd mistieden. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta’ €1070. Grazzi lil kull min ikkontribwixxa.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan