Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
27 Ħadd A
8 ta’ Ottubru 2017
____________________________________________________________________________________
•
Matul ix-xahar ta’ Ottubru jiġi espost Ġesù Sagramentat fis-6.00pm u wara jingħad ir-rużarju. Nitolbu din it-talba bil-qalb, b’mod speċjali dan ix-xahar li jaħbat il-mitt anniversarju mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima.
•
Nhar l-Erbgħa li ġej issir il-laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fis-6.30pm, fil-Kripta tal-Knisja.
•
Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru fl-okkażżjoni tal-mitt sena tad-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima, ser isir pellegrinaġġ li jitlaq mill-Parroċċa tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun fis-6.00pm sal-Knisja talMadonna ta’ Fatima fi Gwardamangia, fejn Mons Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa.
•
Is-Sibt li ġej issir l-Adorazzjoni għall-Qdusija tal-Kleru, is-Seminarju, ir-Rabat. Tibda b’quddiesa fid-9.00pm u tkompli l-adorazzjoni sal-11.00pm.
•
Nhar il-Ħadd li ġej issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.
•
Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta’ €1100. Grazzi lil kull min ta’ l-kontribut tiegħu.
•
Il-Ħamis li ġej isir coffe morning f’San Pawl il-Baħar. Min jattendi jkun qed jagħti għajnuna lillparroċċa. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-helpers tal-Knisja.
•
Il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru 2017, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali ser jiġi mniedi b’mod uffiċċjali lproġett tal-manutenzjoni tal-koppla tal-Knisja. Kull min għandu għal qalbu din il-Knisja huwa mistieden li jattendi. Mat-tnedija tal-proġett tal-koppla ser ikun hemm Open Weekend fiċ-Ċentru Parrokkjali, mis-27 sad-29 ta’ Ottubru. F’dawn il-ġranet kulħadd ikun jista’ jżur iċ-Ċentru biex jara l-faċilitajiet u l-attività li ssir fih. Fost l-attivitajiet li ser jittellgħu ser ikun hemm wirja ta’ arti minn artisti minn Ħal Qormi. Dawk li jinteressahom jieħdu sehem jistgħu jikkuntatjaw l-Uffiċċju Parrokkjali.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org
•
Hareġ il-fuljiet Flimkien tax-xahar ta’ Ottubru. Mall-fuljett issibu l-envelope biex tingħata offerta lill-Missjoni. Din hija offerta importanti biex tkun ta’ għajnuna għal Knejjes fl-artijiet tal-Missjoni li għandhom bżonnijiet ħafna aktar milli għandna aħna.
•
Fuq iz-zuntier tal-Knisja hemm persuni li qegħdin jiġbru għall-Hospice Movement. Dan huwa moviment li jagħmel ħidma kbira ta’ fejda ma’ persuni qrib il-mewt. Xieraq li jsibu wkoll lgħajnuna tagħna.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan