Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
28 Ħadd C
9 ta’ Ottubru 2016
____________________________________________________________________________________ •
Matul ix-xahar ta’ Ottubru, kuljum fis-6.00pm issir l-esposizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat u jingħad irrużarju. Matul dan ix-xahar xieraq li nitolbu bil-qalb din it-talba li tnissel paċi fostna.
•
Nhar l-Erbgħa issir il-laqgħa għall-ministri tat-tqarbin, fis-7.15pm fil-Kappella tas-Sagrament filKnisja Parrokjali.
•
Nhar il-Ġimgħa issir il-laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li bdew it-tħejjija għall-Ewwel Tqarbina, fis7.15pm, fil-Kripta tal-Knisja.
•
Mall-Fuljett Flimkien tax-xahar ta’ Ottubru hemm l-envelope tal-missjoni biex nagħtu l-għajnuna tagħna lil knejjes li huma aktar fqar minna. Għandna nkunu ġenerużi u nikkoperaw mall-kolletturi li jiġbru dawn l-envelopes.
•
Il-15 il-edizzjoni tal-Qormi Bread Festival ser issir il-Ġimgħa 14 ta' Ottubru. Ser ikun hemm it-tieg malti, l-ikla tradizzjonali (biljetti mill-kazin jew minghand il-membri tal-kumitat), kompetizzjoni talitjeb Hobza Helwa (formula mil-kazin jew membri) u divertiment ghal familja kollha. Kollox jibda mis-7.30 'l quddiem.
•
L-10 edizzjoni tal-Attivita' Nazzjonali 'Lejl f'Casal Fornaro' ser issir is-Sibt 15 ta' Ottubru. Din tkun lejla memorbali fejn il-ħajja tradizzjonali u l-kultura tagħna l-Maltin jieħdu l-ħajja fil-parroċċa tagħna. Kollox jibda mis-7:00pm 'l quddiem.
•
Fuq iz-zuntier tal-Knisja hemm voluntieri tal-Hospice Movement għal min jixtieq jagħti offerta. Ixxogħol li jsir mill-Hospice Movement huwa ta’ valur kbira u jixirqilhom l-għajnuna tagħna.
•
Mit-Tnejn li ġejjin jibda l-booking tal-quddies għas-sena li ġejja, fl-Uffiċċju Parrokkjali.
•
Il-ġabra speċjali laħqet is-somma ta’ €1300. Grazzi ħafna tal-kontribut tagħkom.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org