Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
3 ĦADD GĦID C
10 ta’ April 2016
____________________________________________________________________________________
Għada / Illejla fl-4.00pm ser issir laqgħa għall-miżżewġin kollha, fil-Kripta tal-Knisja, mmexxija minn Fr Robert Grech, li mezza l-eżerċizzi tal-miżżewġin fir-Randan li għadda. Għandha tkun laqgħa interessanti ħafna. Matul din il-ġimgħa ser ikompli t-tberik f’dawn it-toroq: It-Tnejn 11 ta' April
pm Triq iċ-Ċawsli / Triq il-Kus
It-Tlieta 12 ta' April
am Triq Santa Katerina (Minn il-Vitorja sa Triq San Edward) pm Triq Santa Katerina (Minn Triq San Edward sa Triq Ġużè Duca)
L-Erbgħa 13 ta' April
pm Triq St Rokku, Triq l-Immakulata Kuncizzjoni
Il-Ħamis 14 ta' April
pm Ħabbież, Ġunglien, Ġ. Ciappara, Ġebbieda, Mejjilla
Il-Ġimgħa 15 ta' April
pm Triq Amleto Spiteri
Mit-Tlieta 12 ta’ April ser jibda kors ta’ ħames laqgħat dwar is-sena tal-Ħniena. Dan ser jitmexxa mill-Patrijiet Dumnikani. Is-suġġett ta’ l-ewwel laqgħa huwa: Il-Ħniena ta’ Alla u l-Ħajja wara lMewt u ser titmexxa minn Fr Christoper Caruana OP. Il-laqgħa tibda fis-7.15pm. Hija okkażżjoni biex niffurmaw ruħna aktar fil-fidi tagħna. Nhar il-Ħamis 14 ta’ April filgħodu ssir attività soċjali. Biljetti mingħand Consiglia Abela. Nhar il-Ħadd li ġej niċċelebraw Jum il-Vokazzjonijiet. Għal dan il-għan ser issir attività għażżgħażagħ minn 16-il sena ‘l fuq fis-Seminarju, r-Rabat, mit-8.00-10.00pm. Nhar is-Sibt 23 ta’ April fis-7.15pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ser jintwera l-film ‘Saving Grace’. Huwa film b’messaġġ sabiħ ħafna li ta’ min wieħed jarah.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg