Avviżi 11 ta' Diċembru 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

3 AVVENT A

11 ta’ Diċembru 2016

____________________________________________________________________________________ •

Nhar il-Ħamis li ġej tibda n-Novena tal-Milied, bil-quddiesa ta’ filgħaxija tkun animata mill-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

Il-quddiesa tal-Ġimgħa filgħaxija tkun animata mill-Fratelli tal-Parroċċa. Wara l-quddiesa issir irraba’ laqgħa ta’ Lectio Divina, fil-Knisja Parrokkjali.

Għall-quddiesa tal-11.00am tal-Ħadd li ġej huma mistiedna b’mod speċjali l-anzjani tal-Parroċċa, li nieħdu pjaċir li jingħaqdu magħna biex igawdu mill-atmosfera tal-Milied li jkollna fil-Knisja. Mistiedna anzjani li qegħdin fid-djar tal-anzjani, kif ukoll dawk li qegħdin f’darhom. Min għandu bżonn trasport jikkuntatja l-uffiċċju parrokkjali.

Il-Ħadd li ġej filgħaxija issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina, fil-5.00pm.

Il-Festa tal-Milied qegħda toqrob u nibdew nagħmlu l-pjanijiet tagħna. Importanti ħafna li l-Lejl talMilied inżommuh għall-Mulej. Dan il-lejl għandu jsibna miġburin fid-Dar ta’ Alla, għaċċelebrazzjoni tal-Lejl tal-Milied, li hija l-qofol ta’ dak li niċċelebraw matul dawn il-ġranet.

L-Għaqda tal-Armar flimkien mall-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi ser jorganizzaw 'Għodwa filMilied' nhar il-Hadd 11 ta' Diċembru fil-ġnien ta' ħdejn il-Knisja. Ser ikun hemm kalzetta kbira li min jixtieq jista’ jitfa affarijiet tal-ikel fiha biex jingħataw lit-tfal li jinsabu fil-Creche tal-Ursolini.

Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta’ €1100. Kif għednielkom, matul din ilġimgħa twaħħlu dwal ġodda mall-faċċata u maz-zuntier, biex il-Knisja tkun imdawwla kif jixraq. Għad fadal parti żgħira x’tiġi rranġata li ħolqot diffikultà għax il-cables tad-dawl għaddejjin minn taħt il-bankina, imma nittamaw li ma ddumx ma tiġi rranġata. Dan il-proġett sewa €1700.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.