Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
19 Ħadd A
13 t’Awwissu 2017
____________________________________________________________________________________ •
Nhar it-Tlieta li ġejjin niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Mtellgħa s-Sema. Hija Festa Kmandata, fejn aħna msejħin biex nieħdu sehem fil-quddiesa. It-Tnejn filgħaxija ikollna l-quddies fis-6.30 u 7.45pm. It-Tlieta il-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.
•
Tkun ħaġa sabiħa ħafna li fi żmien il-vaganzi insibu l-ħin għall-quddiesa, anke għall-quddiesa ta’ kuljum.
•
Għal sena oħra l-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Pinto ser tkun qed tagħti s-servizz tagħha fil-festa ta' Santa Marija r-Rabat Għawdex nhar it-Tnejn 14 t'Awwissu filgħaxija. Qed jiġi organizzat trasport għal dawk il-partitarji li jixtiequ li jingħaqdu mal-Banda li jitlaq fis-6.00pm minn quddiem il-każin. Biljetti jinkisbu mill-bar tal-każin għall-prezz ta' 7 ewro.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org