Avvizi 15 ta' Settembru 2019

Page 1

Avviżi Tal­Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI ­ MALTA

15 ta’ Settembr u 2019

L­Er bgħa u Għoxr in Ħadd ta’ Matul is­Sena

____________________________________________________________________________________  Għada/Illum, tkun iċċelebrata l­festa ta’ Marija Bambina, fil­Kappella tal­Vitorja. Fis­6.00pm jingħad ir­rużarju u fis­6.30pm Quddiesa tal­festa mmexxija mill­Isqof Awżiljarju, Mons Joe Galea Curmi.  It­Tnejn/Għada mill­10.00am sal­11.00am isir l­Adorazzjoni fil­Kripta mmexija mis­Sup. Joe Fenech. Kulħadd huwa mistieden.  Matul il­ġimgħa li ġejja nkomplu bir­reġistrazzjoni tat­tfal li ser jattendu l­ewwel darba l­Katekiżmu fil­Parroċċa tagħna. Din isir fl­Uffiċċju Parrokkjali fil­ħinijiet tal­Uffiċċju. Fin­noticeboard tal­Knisja jew mill­facebook tal­Parroċċa wieħed isib id­dettalji li hemm bżonn għar­reġistrazzjoni. Navżaw li s­Sena kateketika fil­Parroċċa tagħna, ser tibda t­Tnejn 30 ta’ Settembru.  It­Tlieta, fis­7.30pm, issir il­laqgħa tal­Kummissjoni Familja, fid­Dar Parrokkajli.  Nhar l­Erbgħa, l­Quddiesa tas­6.30pm, tkun għal dawk ħutna li mietu fil­Parroċċa tagħna minn Mejju sa Awwissu. Il­familjari ta’ dawn ħutna huma mistiedna li jattendu.  Nhar l­Erbgħa fis­7.30pm, issir l­laqgħa tal­Grupp Familji Nsara, fiċ­Ċentru Parrokkjali.  Il­Ħamis fis­7.15pm issir il­laqgħa tal­Kunsill Pastorali Parrokkajli, fiċ­Ċentru Parrokkjali.  Nirringrazzjaw lil numru ta’ benefatturi li matul din il­ġimgħa offrew €509 għall­kwadri l­ġodda tal­Knisja ż­Żgħira. B’kollox għal dan il­proġett inġabru sa issa €8,126. Fadal jinġabru €3,474.  Dawk l­għarajjes li jixtiequ jagħmlu l­Kors ta’ Kana, organizzat mill­Parroċċa f’Jannar li ġej, huma mitluba sabiex jimlew formula mill­Uffiċċju Parrokkjali.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0

E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg


 L­Erbgħa 25 ta’ Settembru, ikomplu mill­ġdid il­laqgħat u l­attivitajiet tal­Grupp tal­Ladies Circle tal­Parroċċa. Dakinhar nibdew b’Quddiesa fid­9.30am, fiċ­Ċentru Parrokkjali. In­nisa kollha huma mistiedna li jattendu u jkunu parti min dan il­grupp. Il­laqgħat ikunu dejjem kull nhar ta’ Erbgħa bejn id­9.30am u l­10.30am, fiċ­Ċentru Parrokkjali. Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.