Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
SAN SEBASTJAN
16 ta’ Lulju 2017
____________________________________________________________________________________ •
Bil-għajnuna tal-Mulej wasalna biex niċċelebraw il-Festa Titulari tal-Parroċċa tagħna. (Sibt) Għada filgħodu, l-ewwel quddiesa tkun fis-6.30am. Fit-8.15am tibda l-quddiesa solenni tal-Festa. IlPaniġierku ser isir minn Patri Andrew Galea OFM Conv. Inħeġġeġ li jkollna attendenza tajba għal din il-quddiesa. Issir ukoll il-quddiesa tal-11.00am u tas-6.00pm. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, toħroġ il-purċissjoni li ser titmexxa minn Fr Mark Mallia Pawley.
•
Nhar it-Tnejn l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq, kif ukoll il-Knisja ż-Żgħira.
•
Nhar it-Tlieta prova tal-kor tat-tfal, fis-6.00pm, fil-Kripta tal-Knisja. Tfal kollha, anke dawk li jixtiequ jiġu għall-ewwel darba huma mħeġġa li jattendu.
•
It-Tnejn u l-Ħamis issir ħarġa għall-baħar, fit-3.00pm.
•
Qegħdin niċċelebraw il-Festa ta’ San Sebastjan fi żmien partikolari ħafna għall-parroċċa tagħna. Qegħdin f’posizzjoni li fi ftit ġimgħat oħra, inħallsu l-aħħar pagament fuq is-self li kien sar millparroċċa biex seta’ jinbena u jiġi atrezzat iċ-Ċentru Parrokkjali. L-ispiża ta’ dan iċ-Ċentru kienet kbira ħafna, u għalhekk, il-ħlas tas-self kollu huwa pass kbir ‘l quddiem għall-parroċċa.
•
Fl-istess waqt, mill-ewwel ser ikollna nidħlu għal sfida kbira oħra: dik li tiġi miżbugħa minn barra il-koppla tal-Knisja. Il-bżonn li jsir dan ix-xogħol ilu jinħass. Bħalissa qed jiġi studjat x’inhu laħjar tip ta’ materjal li jista’ jintuża u kif l-aħjar li jsir dan ix-xogħol. It-triq hija twila, l-ispiża ser tkun waħda kbira, imma bil-għajnuna ta’ kulħadd naslu.
•
Irrid insemmi wkoll li dejjem jibqa’ bżonn ta’ proġetti oħra fuq skala iżgħar. Fi żmien qasir, ser ikollna naħsbu għal orgni ġdid, għax dak li għandna qed f’sitwazzjoni li jekk tiġrilu l-ħsara ma jkunx jista’ jitranġa. Ikollna naħsbu wkoll għal dwal ġodda fil-Knisja li jifrankaw l-enerġija u li jagħtu dehra isbaħ lil Knisja.
•
Biex nagħmlu dan kollu, għandna bżonn il-koperazzjoni ta’ kull membru tal-parroċċa. Ikollna bżonn ukoll li noqogħdu attenti li ma nonfqux flus f’dak li mhux prijorità għalina f’dan il-mument.
•
Għalhekk, waqt li nixtiqilkom il-festa t-tajba, nitlobkom li tibqgħu dejjem lesti li tgħinu lillparroċċa fil-mument meta nitolbu l-għajnuna
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org