Avviżi 16 t'Ottubru 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

29 Ħadd C

16 ta’ Ottubru 2016

____________________________________________________________________________________ •

(Sibt) Illejla qed issir l-attività ta’ Casal Fornaro. Sabiħ li nipparteċipaw fiha.

Nhar l-Erbgħa li ġejjin issir il-laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali, fis-7.30am. Koppji miżżewġin mistiedna jattendu.

Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser issir adorazzjoni mmexxija minn Fr Ray Toledo. Kulħadd mistieden.

Nhar il-Ġimgħa issir il-laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li sejrin jirċievu s-Sagrament tal-Griżma talIsqof f’Novembru li ġej. Din il-laqgħa ser issir fil-Kripta fis-7.00pm.

Il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Grazzi lil dawk li taw l-envelopes tal-Missjoni. Ngħinu lill-ħidma missjunarja tal-Knisja bit-talb u bl-offerti tagħna.

Nhar l-Erbgħa li ġejjin, fiċ-Ċentru Leap, Triq Dun Marju, Ħal Qormi, ser ikun hemm uffiċjal talAwtorità tad-Djar għal min għandu diffikultà dwar il-housing. Il-ħinijiet ikunu mit-8.00-11.30am.

Is-Sibt 22 ta’ Ottubru jintwera l-film Brother Sun Sister Moon, li jirrakkonta l-ħajja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, fis-7.15pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali, dħul minn Triq San Bartilmew. Kulħadd huwa mistieden.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.