Avvizi 17 04 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

4 ĦADD GĦID C

17 ta’ April 2016

____________________________________________________________________________________ 

    

Matul din il-ġimgħa ser ikompli t-tberik f’dawn it-toroq: It-Tnejn 18 ta' April

pm Triq iż-Żinżell

It-Tlieta 19 ta' April

pm Triq Ġużè Galea, Misraħ 15 ta' Marzu

L-Erbgħa 20 ta' April

pm Triq id-Drama, Triq Ġużè Ellul Mercer,

Il-Ħamis 21 ta' April

pm Triq Bellic, Triq Ġuzè Muscat Azzopardi

Il-Ġimgħa 22 ta' April

pm Gużè Duca, Pascarella HE, Tal-Ħandaq

It-Tlieta ser issir it-tieni laqgħa tal-kors dwar is-Sena tal-Ħniena. Is-suġġett ta’ din il-laqgħa huwa: Il-Ħniena fit-Tradizzjoni Bibblika u ser titmexxa minn Patri Joseph Agius OP. Il-laqgħa tibda fis7.15pm, fil-Kripta tal-Knisja. Nhar l-Erbgħa issir il-laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali, fis-7.30pm. Nhar il-Ħamis issir laqgħa tal-grupp ta’ Patri Piju fil-Kappella ta’ San Franġisk fil-5.30pm. Nhar is-Sibt fis-7.15pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ser jintwera l-film ‘Saving Grace’. b’messaġġ sabiħ ħafna li ta’ min wieħed jarah.

Huwa film

Nhar il-Ħadd li ġej fil-għodu ser issir il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ fl-okkażżjoni tal-275 sena minn meta saret. Ser toħroġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġroġ fid-8.45am u ser tasal ħdejn il-Knisja tal-Vitorja fl-10.00am. Il-purċissjoni tinżel minn Triq il-Vitorja u fl-10.30am tasal ħdejn ilKnisja ż-Żgħira fejn isir mument ta’ talb. Tgħaddi mbagħad minn quddiem il-Każin tal-Banda u tkompli minn Triq San Bartilomew.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Għandna nħarsu lejn din l-okkażżjoni bl-attitudni li aħna lkoll aħwa li nirrispettaw u nħobbu lil xulxin għaliex aħna membri ta’ Knisja waħda u noqogħdu fl-istess belt. Mhix festa tagħna jew tagħhom, imma ta’ kull min iħobb lill-Belt Pinto. Inkunu preżenti bi spirtu ta’ ferħ u ta’ fraternità. Ħadd ma għandu jilbes ilbies provokattiv, b’mod partikulari ta’ kulur aħmar jew aħdar, u waqt ilpurċissjoni ma għandux ikun hemm tqabbil jew kliem li jista’ jkun ta’ ħsara. Inħeġġiġkom biex anke fil-facebook tiktbu dwar din il-purċissjoni b’mod posittiv u tikkoreġu bi spirtu nisrani lil min jipprova jitfa dawl ikraħ fuqha. Għada l-Ħadd / Illejla fil-5.00pm ser issir kumiedja divertenti ħafna fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali, imtellgħa mill-Kummissjoni Nisa tas-Soċjetà Filarmonika Pinto. Kulħadd huwa mistieden.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.