Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
12 ĦADD C
19 ta’ Ġunju 2016
____________________________________________________________________________________
Kif konna ħabbarna diġà, riesqa l-Ordinazzjoni Saċerdotali taż-żewġ Djakni mill-Parroċċa tagħna: Rev. Sergio Fenech u Rev. Mark Mallia Pawley, flimkien ma’ Rev. James Saydon li qed jagħmel lesperjenza tad-Djakonat fil-Parroċċa tagħna. Nhar il-Ħamis li ġej huma ser jieħdu sehem filquddiesa tas-6.30pm u wara jmexxu adorazzjoni li fiha nitolbu lill-Mulej biex iqaddishom u nitolbu wkoll għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali. Inħeġġeġ biex il-Ħamis li ġej ningħaqdu ma’ dawn iddjakni fit-talb. L-Ordinazzjoni Saċerdotali ser issir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju fis-6.00pm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Lejliet ser issir velja ta’ talb is-Seminarju, ir-Rabat, li għaliha mistiedna nattendu wkoll. Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ssir laqgħa għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. B’dispjaċir ninnutaw ġrif mall-ħajt fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja. Din it-tip ta’ ħsara turi nuqqas ta’ mħabba lejn il-Knisja kif ukoll nuqqas ta’ fidi. Nittamaw li din il-ħsara ma tkomplix issir. Il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta qegħda toffri diversi korsijiet ta’ studju għal-lajċi, kemm matul il-ġurnata kif ukoll filgħaxija. Dawn jinkludu korsijiet fit-Teoloġija, fl-Istudji Reliġjużi u fl-Ispiritwalità. Aktar tagħrif mill-websajt tal-Fakultà tat-Teoloġija.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 21 4 8 6 35 0
•
E-M AI L: q or m is b ma l t a@g m ai l . c o m